Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17990 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Billi l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li applikat għal post ma' l-Air Malta għadha ma rċeviet ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta dan se jieħu xi risposta mill-Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartmenti — Operations review

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-operations review li saret għad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Aktar kmieni din is-sena, il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ikkommissjona studju dwar l-istrutturi meħtieġa sabiex tiġi żviluppata funzjoni effettiva ta' "market surveillance" fi ħdan l-istess Ministeru. L-għan ewlieni huwa dak li tissaħħaħ il-kapaċita' tal-Gvern li jiggarantixxi ħarsien f'waqtu lill-konsumatur Malti permezz ta' analiżi sistematika tal-kwalita' tal-prodotti fuq is-suq. Mill-bidu ta' dan l-istudju, inħass il-bżonn li dan l-eżerċizzju jiġi inkwadrat fil-kuntest tal-funzjonijiet l-oħra tal-Ministeru u bħala parti minn analiżi aktar wiesgħa ta' l-istrutturi l-oħra meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn il-funzjonijiet kollha b'mod integrat u mingħajr duplikazzjoni ta' riżorsi. Kien għalhekk li dan l-istudju ingħata format ta' "operations review" fejn qed jii mfassal qafas ġdid għall-organizzazzjoni tal-Ministeru kollu kemm hu, bid-dipartimenti kollha u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu. Dan il-qafas ta' organizzazzjoni għadu fi stadju ta' diskussjoni interna u għalhekk mhux il-waqt li kopja ta' dan ir-rapport titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18053 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dwal

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17225, fejn staqsejt lill-Ministru sabiex jiġi rranġat id-dawl li hemm fil-qasam tad-djar HOS Santa Liena, Bormla, u fit-tweġiba qal li t-talba ġiet mgħoddija lill-Enemalta, jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir għax issa dawn in-naħat ilhom fid-dlam għal ħafna żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta, jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet, jirriżulta li l-manutenzjoni meħtieġa fuq id-dawl fl-inħawi tal-Qasam tal-Djar, Sur ta' Santa Liena, Bormla tkun tista' ssir wara li jitlesta x-xogħol li qed isir fuq is-swar.
Leg 9 PQ #18054 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17848, jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultalix li l-management tal-Maltacom ħa xi deċiżjoni f'dan is-sens.
Leg 9 PQ #18056 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan mal-Maltacom? Jista' jgħid x'tip ta' xogol qed jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18066 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Chairman

Question

Possibbli iċ-chairman ta' l-Enemalta ġentilment jikkonsidra talba pendenti biex issir bozza fi Triq il-Bur, Ħaż-Żabbar x'imkien ħdejn ir-residenza Nru. 29? Possibbli l-Enemalta tieħu nota li din it-triq hi ferm abitata b'diversi familji anki bi tfal żgħar u fl-istess waqt hi ferm mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

Irriferejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u eventwalment jittieħdu l-passi neċessarji
Leg 9 PQ #18094 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li din il-mistoqsija tinvolvi xejn anqas minn sebgħa u għoxrin bejn dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi, ma narax għaliex għandha tingħata l-informazzjoni mitluba, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex din qed issir.
Leg 9 PQ #17768 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Xogħol ta' l-arteġġjanar

Question

Peress li hemm persuni li l-għajxien tagħhom jiddependi minn xogħol artiġġjanali li jagħmlu f'Ta' Qali u peress li qed jaħdmu f'bini fil-perikolu li jaqa', jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex dawn il-persuni jingħataw il-permess isewwu dan il-bin vitali għall-għajxien tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex isir l-istħarriġ meħtieġ u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #17943 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Economic Impact Assessment Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17946 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Manifattura ta' l-Għamara — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kumitat li waqqaft għall-ko-operazzjoni fil-qasam tal-manifattura tal-għamara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Kumitat li twaqqaf biex ikun hemm ko-operazzjoni fil-qasam tal-manifattura ta' l-għamara huwa magħmul minn rappreżentanti ta' l-IPSE, il-METCO, il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u l-Employment Restructuring Unit.
Leg 9 PQ #17947 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ricasoli Ind. Estate — Għamara

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-pjani biex Ricasoli Ind. Estate jiġi riżviluppat biex jilqa' fi ħdanu proġetti ristrutturati ta' l-għamara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta bħalissa qed tħejji pjan skematiku għaz-Zona Industrijali ta' Ricasoli bil-għan li tkun tista' takkomoda l-bżonn ta' bini industrijali għall-proġetti ristrutturali ta' l-għamara. Mill-istudju li l-IPSE għamlet fuq dan is-settur, inħasset il-ħtieġa li jsir dan l-eżerċizzju. L-IPSE qiegħda tidentifika fid-dettal il-ħtiġijiet tekniċi li ser ikollhom bżonn dawn il-proġetti u permezz ta' tali informazzjoni l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta tkun f'pożizzjoni li tagħmel pjan dettaljat biex jinbeda l-proċess għall-iżvilupp.
Leg 9 PQ #17948 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Promotion House — Għamara

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-Export Promotion House li għandha titwaqqaf għas-settur ta' l-għamara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li fil-preżent l-IPSE qed tagħmel l-istudji tagħha dwar kif l-aħjar għandha tkun strutturata l-Export Promotion House, inkluż l-attivitajiet tagħha, għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #18026 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qala Għawdex — St Joseph Square - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb u jagħti d-direttivi neċessarji sabiex floodlight li hemm quddiem il-bieb bin-numru 19, St Joseph Square, Qala, Għawdex, titneħħa minħabba inkonvenjent kbir li qiegħda tikkawża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta jasalli ilment komuni li jkollu x'jaqsam ma' l-operat ta' azjenda mhix fil-prattika tiegħi li nagħti direttivi, iżda nippreferi li nirreferi tali ilment sabiex jiġi investigat. In vista ta' dan, it-talba ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #18028 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17834?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Maltacom, bi ftehim ma' rappreżentanti tal-ħaddiema, qed tagħmel eżerċizzju ta' roster ġdida li hekk kif tiġi fis-seħħ il-frank pendenti kif ukoll dak attwali li ghandhom l-uffiċjali tas-sigurta' tal-Kumpanija ikun jista' jingħata fuq bażi regolari.
Leg 9 PQ #17941 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw il-ħsarat mill-1998 sal-lum? Kemm tħallsu, sena b'sena, kull kuntrattur mill-1998 sal-lum? Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains l-oħra? Jista' jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli x-xogħol jaraw li qiegħed isir sew? Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill-1998 sal-lum? X'tip ta' xogħol ħażin sar? F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħadmu? Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din il-mistoqsija hija identika għal dik numru 17520 magħmula mill-istess Onorevoli Interpellant, bid-differenza li din id-darba l-informazzjoni mitluba tkopri perjodu ta` sentejn u nofs minflok ghaxar snin. Għalkemm din id-darba l-erjodu huwa iqsar, madanakollu xorta waħda nħoss li ghandha tingħata raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata li tinħtieġ kwantita' ta' riżors uman biex tinġabar.
Leg 9 PQ #17944 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq A.M. Valperga - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17752?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li Triq A.M. Valperga fil-Fgura hija mdawwla adekwatament. Rigward abbużi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, nissuġġerilha li tinforma bihom lill-awtoritajiet konċernati.
Leg 9 PQ #17945 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment/azjendi parastatali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministru, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin, u x'tip ta' xogħol jagħmlu? Fejn ġew impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba tinvolvi xejn anqas minn sebgħa u għoxrin entita' bejn dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, ma narax għaliex għandha tinġabar tali informazzjoni sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab.
Leg 9 PQ #17950 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq Kordin - Main pipes

Question

Jista' l-Ministru jara li bħalma sar fil-flats blokk B, C u D Triq Kordin, Raħal Ġdid fejn ibiddlu l-main pipes ta' l-ilma, isir l-istess bdil fil-flat A, Triq Kordin, Raħal Ġdid minħabba numru ta' ilmenti li qiegħed ikun hemm minħabba kwalita' ħażina ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi nistħarrġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #17951 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq il-Bies - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Bies, fiż-Żejtun, tiġi mdawla aħjar minħabba li hemm bozza waħda biss?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant biex jiżdied id-dawl fi Triq il-Bies iż-Zejtun, ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi mistħarrġa u jekk ikun meħtieġ id-dawl jiżdied.
Leg 9 PQ #17848 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema on loan tal-Maltacom? Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk huwiex minnu li dawn il-ħaddiema se jintbagħtu lura lejn il-post tax-xogħol oriġinali fejn kienu jaħdmu? F'dan il-kwadru, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex se jingħataw xi tip ta' inċentiv bħala rikonoxximent tas-snin twal ta' servizz li taw lill-ex Telemalta u issa Maltacom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'tip ta' inċentiv dawn il-ħaddimea se jingħataw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li huwa l-ħsieb tal-Maltacom li timplimenta eżerċizzju li permezz tiegħu ħaddiema li huma mislufa lilha, wara d-data stabbilita mill-Kabinett, li ma għandux ikun hemm aktar 'secondments', jirritornaw fl-azjenda, korporazzjoni jew dipartiment fejn kienu qabel. Jiena nfurmat li huwa l-ħsieb tal-Maltacom li timplimenta eżerċizzju li permezz tiegħu ħaddiema li huma mislufa lilha, wara d-data stabbilita mill-Kabinett, li ma għandux ikun hemm aktar 'secondments', jirritornaw fl-azjenda, korporazzjoni jew dipartiment fejn kienu qabel.