Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6669 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – lista sħiħa ta’ spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ spiżeriji li joperaw taħt l-iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u jgħid kull waħda kemm tħallset minn mindu bdiet topera l-iskema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru lil lista ta’spiżeriji tinsab annesa f’mistoqsija palamentari numru 6666. Peress li l-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba hija kkonsidrata bħala waħda ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant hija sensittiva, ma tistax tingħata f’dan l-istadju. Minflokk, qed jingħata rendikont tal-ħlasijiet li saru minn mindu bdiet titħaddem l-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek fuq bażi globali kif ġej (euro) Dawn iċ-ċifri jirriflettu t-tariffi maqbula skond l- Memorandum of Understanding iffirmat fl-Lulju 2007 u l-Ammenda ta’ dan l- Memorandum of Understanding iffirmata f’Jannar 2013. In-numru tal-ispiżerija jirriflettu l-pass tal-estenzjonijiet tal-Iskema tal-POYC sakemm din infirxet matul Malta u Għawdex kollha.
Leg 12 PQ #6670 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Simvastatin – persuni intitolati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma intitolati għall-mediċina Simvastatin (jew prodott sostitu tagħha) fid-dożi varji tagħha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li llum hawn b’kollox 33,713 persuna intitolati għall-medicina Simvastatin fid-dożi varji tagħha. Din il-figura hija dinamika u għaldaqstant tvarja skond il-ħtieġa medika tal-pazjenti.
Leg 12 PQ #7192 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – PAS system

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6677, jista' l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-kumpanija inkwistjoni, u dan peress illi t-tweġiba li ngħatajt biex nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6679 ma tagħmel ebda referenza għal kif ġiet magħżula l-kumpanija inkwistjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li ma kien hemm l-ebda kumpanija involuta.
Leg 12 PQ #7834 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti li stennew fuq stretcher

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti stennew fuq stretcher qabel ġew assenjati sodda fl-Isptar Mater Dei minn Mejju 2013 sat-12 ta’ Frar 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infirmat li n-numru ta’ pazjenti li stennew fuq stretcher qabel ġew assenjati sodda fl-Isptar Mater Dei minn Mejju 2013 sat-12 ta’ Frar 2014 huwa kif misjub fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7839 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karen Grech – żieda fis-sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk żdidux sodod fl-Isptar Karen Grech mill-elezzjoni ‘l hawn? Jekk iva, f’liema sala żdiedu? Dawn żdiedu b’mod temporanju jew permanenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li żdiedu bi tlettax il-sodda fl-isptar kollu, b’mod temporanju fil-perjodu tax-xitwa
Leg 12 PQ #6548 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja – project brief

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-project brief li saret referenza għalih fit-tweġiba?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li, kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 5500, id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtiega kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħarġu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett. Infurmat ukoll li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta l-Project Brief għal dan il-Proġett speċifiku.
Leg 12 PQ #6549 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp għaddiet f-idejn l-Uffiċjal inkarigat mill-MEPA mill-ipproċessar tagħha. Infurmat ukoll li bħala parti minn dan il-proċess l-istess MEPA ħasset il-ħtieġa li tinizjala applikazzjoni għal tibdil fil-pjan regulatur taż-żona rilevanti. Tal-aħħar qiegħda tkun ipproċessata wkoll.
Leg 12 PQ #6550 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF — kollaborazzjoni mal-Istitut Sismer

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5735, jista’ l-Ministru jgħid kif u meta se titkompla l-imsemmija kollaborazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ma' Sismer ġie ffirmat f'Ottubru ta' 2013 u jorbot iż-żewgt 'parties' għal sitt xhur. Il-kollaborazzjoni fil-qasam tal- IVF mal-Istitut Sismer tal-Italja huwa biex jingħata s-Servizz ta' Embryologist , din se tkompli sakemm il-persuni magħżula mill- Expression of Interest ilestu t-taħriġ neċessarju ta' Embryologists.
Leg 12 PQ #6663 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema Myhealth – tobba reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba reġistrati mas-sistema myHealth?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-5 ta’ Frar 2014 kien hemm 176 tabib reġistrat mas-sistema myHealth.
Leg 12 PQ #6664 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kumitat Konsultattiv dwar il-Lista Formularja tal-Gvern – Remunerazzjoni ta’ membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u x’inhija r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7697 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Korrispondenza dwar operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm żball fuq il-korrispondenza dwar operazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mill-Customer Care tal-Ministeru
Leg 12 PQ #7722 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-katarretti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu bżonn l-operazzjoni tal-katarretti u ilu fuq il-lista ta’ stennija għal dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Diprtiment tal-Customer Care fil-Ministeru.
Leg 12 PQ #6542 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jagħti elenku dettaljat tax-xogħol li sar s’issa fuq dan il-proġett?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li, kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari 5499, id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtiega kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett. Infurmat ukoll li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta l-Project Brief għal dan il-Proġett speċifiku.
Leg 12 PQ #6543 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja — baġit

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-baġit indikat fit-tweġiba tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma meħtiega sabiex jitfassal proġett xieraq li għandu jwassal lid-Dipartiment tal-Kura Primarja biex japplika għall-fondi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea fiċ-ċiklu l-ġdid ta' fondi ewropej 2014 - 2020. Din il-ħidma tinkludi t-tlestija tal-Project Brief, fejn imbagħad skont il-Project Brief ikun jista jitfassal budget dettaljat ħafna għal dan il-proġett. Għalhekk il-figura ta' madwar 15-il miljun Ewro hija stima.
Leg 12 PQ #6544 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja – project brief

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-project brief li saret referenza għalih fit-tweġiba?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li, kif spjegajt fit-twegiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 5499, ninsab infurmat li d-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtiega kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett. Infurmat ukoll li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta l-Project Brief għal dan il-Proġett speċifiku.
Leg 12 PQ #6545 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6546 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jagħti elenku dettaljat tax-xogħol li sar s’issa fuq dan il-proġett?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li x-xogħol kollu relatat ma dan il-proġett kif indikat fir-risposta parlamentari 5500 għadu għaddej.
Leg 12 PQ #6547 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja – baġit

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-baġit indikat fit-tweġiba tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li għalissa d-dipartiment għadu mhux f’pożizzjoni li jista’ jagħti breakdown dettaljat tal-baġit minħabba li x-xogħol preliminarju fuq dan il-proġett għadu għaddej.
Leg 12 PQ #7177 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #7544 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Peress li f’Ġunju 2013 kien hemm numru mdaqqas ta’ student li lestew il-kors ta’ extended diploma in health studies mill-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu ngaġġati mad-Dipartiment tas-Saħħa bħala paramedic aid jew xogħol ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm ħsieb li jsir l-mili ta' vakanzi ta' Paramedic Aides skont l-approvazzjonijiet mogħtija fil-Capacity Building Exercise bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.