Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħol mogħti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Mill-2004 sa Marzu 2013 kien hemm tlett xogħolijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom ingħataw separtament.
Sena
Lista ta' xogħlijiet
Direct Order jew Sejħa għall Offerti
Spiża għall kul każ
Min awtorizza l-ħlas għall-kul każ
F'kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol
2010
Kiri ta’ Barriers għaż-żjara tal-Papa
PO 1286
€273.76
Manager Corporate Services as per PBS’s procurement procedures
Kiri ta’ Barriers għaż-żjara tal-Papa
Kiri ta’ Platform għal Junior Eurovision
PO 1380
€410.64
Kiri ta’ Platform għal Junior Eurovision
2011
Kiri ta' heaters u cilindri tal-gas.
Direct Order
€826
L-Amministrazzjoni tal-Ministeru
Kiri ta' heaters u cilindri tal-gas fil-Ministeru, fl-okkazjoni ta' ikla organizzata mill-Ministru għall-European Association of Judges.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fuq il-bini tal-Akkademja tal-Pulizija f'Ta' Kandja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-bini tal-blokk fejn hemm il-lecture rooms u l-ufficji tal-amministrazzjoni, għandu jkun lest u jkun jista' jintuża sa l-aħħar tax-xahar id-dieħel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm bdil fil-pjanti u d-disinji oriġinali tal-Akkademja tal-Pulizija f'Ta' Kandja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi it-tibdil li sar fil-pjanti u d-disinji originali tal-Akademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja kien jikkonsisti biss billi tneħħew żewġ ħitan minn bejn il-klassijiet u bieb li ġie magħluq f’tieqgħa. Sar ukoll tibdil fil-livelli tal-bankina ta’ quddiem il-binja, sabiex kemm jista jkun jiġu evitati turġien u rampi fl-entraturi.
Ta' Kandja — Spejjeż fuq bini tal-Akkademja tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bdil fil-pjanti huwiex se jwassal għal spiża akbar fil-bini tal-Akkademja u jekk fl-affermattiv b'kemm?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi t-tibdil li sar fil-kostruzzjoni tal-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja, kif spjegat fit-tweġiba għall Mistoqsija Parlamentari numru 5173 mhux se jkabbar l-ispiża, illi skont ma jien infurmat mhix se taqbeż dik proġettata.
Korp tal-Pulizija – sigħat ta’ xogħol ta’ kuntistabbli u surġenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa qed jaħdem effettivament fil-ġimgħa kull kuntistabbli u surġent, meta wieħed jinkludi wkoll il-ħin li jqatta' fl-Akkademja tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija qed jaħdmu 46 siegħa fil-ġimgħa, inkluż il-ħin assenjat għall taħriġ kif ikun meħtieg.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura għandhom il-Pulizija tal-SAG għall-VIP Protection?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-SAG ilha ma teżistiex mill-1 ta’ Lulju 2013 wara li din l-iskwadra ġiet amalgamata fir-Rapid Intervention Unit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija preżentement stazzjonati fis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija? Kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati konnessi ma' cyber crime fis-sena 2011, 2012 u sal-lum fl-2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm sitt membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fis-Cyber Crime Unit. Minħabba x-xogħol li dejjem qed jiżdied f’dan il-qasam, bħala parti mill-proċess biex jisaħaħ il-Korp tal-Pulizija b’riżorsi umani, qed ikun maħsub li din is-sezzjoni ukoll fi ħdan il-pulizija tissaħaħ aktar. Infurmat ukoll illi l-persuni mressqa quddiem il-Qorti matul dawn l-aħħar tlett snin b'reati konnessi ma' cyber crime kienu kif gej:
Sena
Total ta Persuni
2011
30
2012
27
2013
20
Korp tal-Pulizija — servizz fl-Open Centres u f'postijiet ta’ detenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija jinsab preżentament iservi fl-open centres u postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi ma hemm ebda membru tal-Korp tal-Pulizija li preżentament qed iservi fl-open centres jew f’postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minn dawn huma gwardjani (correctional officers)? Kemm minn dawn huma special response team? Kemm minnhom jaħdmu fl-uffiċini amministrattivi? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin hemm jaħdmu:
202
Total ta’ Impjegati
155
Gwardjani (Correctional Officers)
25
Nisa
130
Rġiel
16
Special Response Team
0
Nisa
16
Rġiel
6
Fl-uffiċini Amministrattivi
4
Nisa
2
Rġiel
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spettur hemm f'kull diviżjoni tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 92 spettur imqassmin fid-diversi taqsimiet tal-Korp, kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jinfetħu aktar ċentri tad-detenzjoni għall-immigranti irregolari meta dawk eżistenti jkunu mimlija, u liema naħat f’Malta qed jiġu kkunsidrati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
M’hemm l-ebda pjanijiet biex jinfetħu aktar ċentri ta’ detenzjoni għall-immigranti irregolari.
Meta tqis l-popolazzjoni ta’ Malta, il-fatt li għandna żewġ ċentri ta’ detenzjoni huri ċar li pajjiżna qed jitgħabba aktar milli jiflaħ bil-problema tal-immigrazzjoni li hi problema ewropea. Is-soluzzjoni għal-immigrazzjoni mhijiex il-ftuħ ta’ aktar ċentri ta’ detenzjoni imma ta’ azzjoni konkreta mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – spejjeż ta’ media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali ma organizza l-ebda PR u Media Events bejn l-10 ta’ Marzu u l-11 ta’ Ottubru 2013 u għalhekk ma kien hemm l-ebda spejjeż involuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati nies bejn l-2003 u l-2013? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-informazzjoni mitluba hija kif spjegat hawn taħt:
Sena
Operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar
Nies salvati
2013
88
1,644
2012
113
1,896
2011
63
1,640
2010
26
54
2009
67
793
2008
105
2,108
2007
148
1,024
2006
93
1,274
2005
109
1,342
2004
69
1,031
2003
73
593
Totali:
954
13,399
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-Maritime Squadron tal-Forzi Armati nghataw Ġieħ ir-Repubblika?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iSkwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta ngħatat Ġieħ ir-Repubblika f’Jum ir-Republika tas-sena elfejn u tmienja (13 ta’ Diċembru 2008).
San Pawl il-Baħar – il-Menqa – ordnijiet fuq opri tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sidien tad-dgħajjes li jtellgħu l-opri tal-baħar tagħhom ħdejn il-Menqa, San Pawl il-Baħar qed jiġu ordnati mill-pulizija biex ineħħu d-dgħajjes tagħhom minn dan il-post, meta l-ispazju nbena apposta biex dawk li għandhom opra tal-baħar itellgħuha f’din il-parti ta’ San Pawl il-Baħar, b’mod partikolari matul ix-xhur tax-xitwa, meta tkun qiegħda ssir manutenzjoni ta’ dawn l-opri?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha diversi lmenti mill-pubbliku illi f’dan il-post kien hemm diversi opri tal-baħar u xi karrijiet tad-dgħajjes li kienu hemm mitluqgħa għal tul ta’ żmien. Għaldaqstant il-Pulizija bdiet eżerċizzju sabiex tidentifika lis-sidien tagħhom ħalli dawn l-oġġetti ta’ ingombru jitneħħew. Dan skond kif jipprovdu Regolamenti dwar l-ikklampjar u t -tneħħija ta’ vetturi bil-mutur u oġġetti ta’ ingombru. Ħafna minn dawn l-opri tal-baħar kienu ilhom mitluqa abbandunati hemm is-snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiddaħħlu rekluti ġodda fir-reklutaġġ li jmiss tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vakanzi approvati għall-post ta’ kuntistabbli huwa ta’ 100. Pero’ dan dejjem jiddependi mir-rata ta’ suċċess li l-kandidati jiksbu fil-proċess ta’ l-għażla u fil-kors ta’ taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lezzjonijiet/korsijiet (magħrufa bħala tal-in service) lill-pulizija mid-9 ta' Marzu sal-14 ta' Ottubru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega fi Twegibiet preċedenti, l-In Service Training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, kien ġie sospiż minħabba li ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Madankollu korsijiet fuq suġġetti speċifici xorta waħda baqgħu isiru, kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u li turi il-korsijiet u taħrig li ngħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bejn id-9 ta’ Marzu sal-14 ta’ Ottubru ta’ din is-sena.