Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9047 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu jgħid kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar 12- il xahar fejn laħam iffrizat, instab li kien qed jinbiegħ bħala laħam frisk? F'liema lokalitajiet instab dan il-laħam u x'passi ttieħdu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fit- 12 il-xahar li għaddew (Marzu 2013 sa Marzu 2014), uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu sitt elef, mija u disgħa u ħamsin (6,159) spezzjoni ġewwa stabbilimenti tal-ikel madwar Malta u Għawdex. Il-każijiet li nstabu u x’azzjoni ttieħdet qed jiġu riferuti fit-tabella hawn taħt:
Prodotti li nstabu
Lokalita’
X’azzjoni ttieħdet
Koxox tat-tiġieġ
Naxxar
Saret id-distruzzjoni ta’ 73.95kg tal-prodotti in kwestjoni
Koxox tat-tiġieg
Naxxar
Saret id-distruzzjoni ta’ 150kg tal-prodotti in kwestjoni
Tigieg, canga u majjal
Isla
Ittiehdet azzjoni legali kontra l-operatur tal-istabbiliment
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9048 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk instabux, matul l-aħħar 12- il xahar, każijiet ta' prodotti barranin (inkluż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) li minflok, kienu qed jinbiegħu bħala prodotti Maltin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Matul l-aħħar 12-il xahar (Marzu 2013 sa Marzu 2014), uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali filwaqt li għamlu sitt elef, mija u disgħa u ħamsin (6,159) spezzjoni f’postijiet ta’ l-ikel madwar Malta u Għawdex, ma sabu l-ebda każ ta’ prodotti barranin (inkluż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) li minflok, kienu qed jinbiegħu bħala prodotti lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8900 u jgħid kemm tiswa l-kampanja fi stampar u kiri ta’ billboards bil-kliem ‘March 31 – cheaper energy bills’, u lil min qed jitħallsu dawn il-flus? Jista' jgħid kemm swiet il-kampanja ta' riklamar fuq mezzi stampati, u awdiovisivi u fuq liem mezzi saret?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 8900 (tmint elef u disa’ mija).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ pazjenti screened għall-breast cancer li nstabu li għandhom din il-kundizzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
S’issa nstabu 220 każ ta kancer tas-sider minn Ottubru 2009, mill-programm tas-screening jew 1% min dawk li attentew. Il-maġġor parti huma fi stat bikri u b’hekk irċevew trattament iktar fil-pront u b’effett inqas negattiv għal-saħħithom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ ta’ pazjenti screened għall-colon cancer ġew diagnosed kemm ilu jsir dan l-iscreening?
Response (MIZZI, KONRAD)
Sa’llum nstabu għoxrin każ ta’ kanċer tal-musrana il-kbira minn Jannar 2013, jew 0.3% minn dawk li għamlu it-test. Importanti li ngħidu li kien hemm ukoll 200 każ fejn instabu polipi jew felul fir- rita tal-musrana l-kbira ( 3% ). Il-polipi li jinsabu qed jiġu mneħħija, u b’hekk jonqos iċ-ċans li jiżviluppaw f’ kanċer.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għal ħażna tat-Tamiflu? Jista’ jgħid kemm hemm Tamiflu in stock? Meta jiskadu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Gvern preċedenti kien nefaq total ta’ erba’ miljun, tlett mija u disgħin elf, tlieta u disgħin ewro (4,390,093) għall-ħazna tat-Tamiflu, Rilenza u vaċċin tal-H1N1.
Bħalissa hemm 478,990 Tamiflu tal-ħamsa u sebgħin milligramma (75mg) in stock li jiskadu f’Marzu tal-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed pazjenti bil-Melanoma f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? X’inhi l-pronjożi fuq perijodu ta’ ħames snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, f’dawn l-aħħar ħames snin (2008-2012), kien hemm irrappurtati 262 każ ta’ kanċer tal-Melanoma tal-ġilda. Dawn kienu maqsumin kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt.
Il-pronjożi fuq perjodu ta’ ħames snin hu ta’ 87.7% ( 95% CI=78.7-93.1) Dan jikkompara tajjeb mal-medja Europea (83.2%; 95% CI= 82.9-83.6).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jew il-Ministeru jew xi entità oħra li taqa' taħtu, rċevewx ilmenti dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb (tal-vit), mil-lokalità tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk sarux rappreżentazzjonijet dwar dan mill-kunsill lokali tal-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk sarux testijiet fuq il-kwalità tal-ilma? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jista' jagħti tagħrif dwar minfejn ġej l-ilma li qed jitqassam fil-mains tal-Mellieħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Jannar 2014 fis-sistema tal-Customer Care ma kienx hemm ilmenti uffiċjali fuq kwalità tal-ilma tax-xorb mill-lokalità tal-Mellieħa. Kien hemm biss żewġ każijiet ta’ sadid fl-ilma li oriġinaw direttament mill-konsumatur, liema każijiet ġew solvuti.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel moniteraġġ kontinwu tal-ilma tal-vit u mill-bidu tas-sena ‘l hawn ġabret ħames kampjuni mil-lokalità tal-Mellieħa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għamilx xi spezzjonijiet partikolari dwar allegazzjonijiet marbutin mal-liquid manure fir-raba, kif deher ukoll fil-gazzetti lokali? Jekk iva fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u x'irriżulta minnhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mis-sena 2012 s’issa uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu diversi spezzjonijiet rigward ilmenti marbuta ma’ tfiegħ ta’ liquid manure fir-raba kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex liema dettalji qed jiġu riferuti fit-tabella hawn taħt:
Sena
Lokalita` f’Malta
Ri
¿
ultat/Azzjoni li ttieħdet
2012
Għelieqi faċċata tat-Trattoria Fiorino D’Oro, l/o Naxxar
l-ilment ma ġiex ikkonfermat
2012
¯ona magħrufa bħala tal-Qadi, Salina
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Għelieqi fil-Magħtab
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Għelieqi fil-Magħtab
L-inkonvenjent tneħħa
¯ewġ ilmenti rigward l-għelieqi ġo Triq Burmarrad fil-viċinanzi tal-Valle del Miele
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Għalqa ġo Triq Burmarrad
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Triq il-Kappella ta’ Santa Marija, Magħtab
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
2013
Għelieqi fi Triq il-Qoton, Bir¿ebbuġa
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
2013
Għalqa fi Triq Wied il-Għajn, ¯onqor, Marsascala,
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
2013
Għalqa fi Triq Wied il-Għajn, Zonqor, Marsascala
L-ilment ma ġiex ikkonfermat
Sena
Lokalita` f’Għawdex
Ri
¿
ultat/Azzjoni li ttieħdet
2012
Ta’Ħamet area, l/o Xagħra
L-inkonvenjent tneħħa
2012
Sannat Road, l/o Victoria
L-inkonvenjent tneħħa
2012
Triq ta’ Ġokk, Xewkija
L-inkonvenjent tneħħa
2012
St Peter Street, Għarb
L-inkonvenjent tneħħa
2012
Triq Ġnien is-Sultan, Xewkija
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Tal-Gruwa Street, Xewkija
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Springs Street, Xagħra
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Marsalforn Valley, Marsalforn l/o ¯ebbuġ
L-inkonvenjent tneħħa
2013
Ras il-Ħob¿ area, Għajnsielem
L-inkonvenjent tneħħa
Bħalissa qed isiru wkoll diskussjonijiet mad-Direttorat tal-Agrikoltura sabiex jiġi mħejji pjan t’azzjoni għall-investigazzjonijiet konġunti ta’ dawn l-ilmenti.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’sar bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont action plan li kien approvat qabel mal-Pjan kien mniedi fl-2011. Bejn Dicembru 2013 u Jannar 2014 tkomplew:
· il-Programm nazzjonali tal-i
screening
għall-kanċer tal-musrana l-kbira,
· il-Programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tas-sider fin-nisa; u
· il-Programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq ta’ l-utru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-Dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-total ta’ azzjonijiet industrijali fil-present fil-Ministeru huwa ta’ ( erba’ u sebgħin) 74 u dawn inħargu mill-MUMN, GWU u UHM:
2014
2013
2012
Qabel 2012
MUMN
32
25
4
6
GWU
1
2
0
0
UHM
2
1
1
0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta’ ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, kategorija b’kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm għadhom pendenti?
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm mediċini li skadew f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, xahar b’xahar, bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 u kemm kienet tiswa?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull Ċentru tas-Saħħa, xahar b’xahar f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru 2013 saru 1,446 ( elf, erba’ mija w sitta u erbgħin) il-house visits miċ-Ċentri tas-Saħħa. F’Jannar 2014 saru total ta’ 1,416 ( elf, erba’ mija u sittax) il-house visits.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ pazjenti li marru f’kull Ċentru tas-Saħħa xahar b’xahar, bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Diċembru 2013 marru total ta’( seba’ u tletin elf, sitt mija u tlieta u ħamsin) 37,653 pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Mill-15 ta’ Diċembru sal-aħħar tax-xahar ġew referuti total ta’ ( mitejn u erba’w tmenin) 284 persuna lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza.
F’Jannar 2014 marru total ta’( erbgħin elf u tlett) 40,003 pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa, fejn ( erba’ mija w seba’u tmenin) 487ġew referuti lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw xogħol lill-inidividwu msemmi.