Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill-kumpanija imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli kriminali inferjuri pendenti għas-sentenza fil-Qorti tal-Appell Kriminali fl-ewwel jum ta' kull xahar tal-2015 u tal-2016 sal-1 ta' April 2016? Għal kull wieħed minn dawn l-appelli, jista’ jgħid minn meta kienu differiti għas-sentenza u mil-liema Imħallef?
Response (BONNICI, OWEN)
Ma tinżammx statistika b’lura ta’ kemm kien hemm appelli kriminali inferjuri pendenti għas-sentenza fil-Qorti tal-Appell Kriminali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell kriminali inferjuri ġie ippreżentat kull xahar fl-2015 u fl-2016 (sa April 2016) fil-Qorti tal-Appell Kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-appell kriminali inferjuri li ġew preżentati fil-Qorti tal-Appell Kriminali Malta u Għawdex huma indikati fit-tabella hawn taħt:
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
Jan
16
33
46
22
28
21
33
Fra
56
62
50
74
48
63
58
Mar
77
68
70
38
59
62
72
Apr
34
43
39
40
51
48
34
(Sa 18/4)
Mej
55
36
71
68
44
77
Ġun
54
41
67
49
49
73
Lul
64
57
48
50
64
52
Aww
26
16
21
13
13
11
Set
13
14
16
15
13
10
Ott
64
59
76
73
72
67
Nov
56
68
59
53
55
40
Diċ
41
33
47
57
52
42
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġuri sar quddiem il-Qorti Kriminali kull sena bejn l-2003 u l-2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-ġurijiet li saru quddiem il-Qorti Kriminali, Malta bejn l-2003 u l-2015 huma indikati fit- tabella hawn taħt :
2003
10
2004
11
2005
9
2006
8
2007
18
2008
10
2009
15
2010
13
2011
19
2012
15
2013
6
2014
11
Permezz ta’ l-Att Nru. IV ta’ l-2014, ġiet introdotta l-proċedura (permezz ta’ l-Artikolu 392B tal-Kodiċi Kriminali) li permezz tagħha persuna akkużata b’reati serji u li tkun se tgħaddi ġuri, tista’, fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri, inkluż waqt il-kumpilazzjoni, tirreġistra ammissjoni u l-każ jiġi deċiż fi żmien qasir mill-Qorti Kriminali, mingħajr il-ħtieġa li tissokta l-kumpilazzjoni u mingħajr ma jsir il-ġuri.
Permezz ta’ din il-proċedura, wara li l-akkużat jirreġistra l-ammissjoni, il-każ imur quddiem il-Qorti Kriminali (fi żmien massimu ta’ xahar u tlitt ijiem) u jew issir trattazzjoni dwar il-piena quddiem il-Qorti Kriminali jew isir patteġjament dwar piena ma’ l-Avukat Ġenerali, fejn il-Qorti Kriminali tkun tista’ tgħaddi minnufih għas-sentenza jekk taqbel ma’ dak il-patteġjament, u cioe’ mal-piena maqbula bejn l-akkużat u l-Avukat Ġenerali. Il-vantaġġi ta’ din il-proċedura l-ġdida huma ħafna.
Din il-proċedura l-ġdida tat il-frott. Fis-sena 2015 biss, waqt li kien hemm 4 każijiet li għaddew ġuri, kien hemm madwar tmintax (18)-il każ fejn l-akkużati għażlu li jibbenefikaw minn din il-proċedura minflok ma għaddew ġuri.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ebda membru fil-Restorers’ Warrants Board għadu ma ġiex nominat, u meta beħsiebu jinnomina kull membru sabiex dan il-bord ikun jista’ jiffunzjona?
Response (BONNICI, OWEN)
Fl-2007 kien inħatar bord ad hoc biex jeżamina l-artikli 31 sa 39 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, li jitrattaw il-warrant tar-restawraturi. Dan il-bord kien immexxxi minn Dr Philip Farrugia Randon, Prof. Joanne Cassar, Dr Nicholas Vella u S-Sur Nathaniel Cutajar. Dan il-bord identifika diversi problemi legali f’dawn l-artikli. Il-bord kien tal-parir li l-artikoli 31 – 39 ma setgħux ikunu implimentati. Il-bord għamel rakomandazzjonijiet dwar kif dawn il-problemi legali setgħu ikunu sorvolati. Dawn ir-rakomandazzjonijiet qed jiġu evalwati fil-reviżjoni li qed issir ta’ titjib fil-liġi.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li jagħmel review tal-Atti dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445) u jekk iva, f’liema stadju wasal dan ir-review u meta beħsiebu jressaq l-emendi quddiem il-Parlament?
Billi fir-risposta għad-domanda parlamentari 24625, ingħad li l-kunsilli lokali jiġu wkoll ikkonsultati fejn ikun neċessarju, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx, jew hemmx l-intenzjoni li jkun hemm ċirkostanzi li fihom jistgħu jsiru proġetti, jew xogħlijiet oħra ta’ entità kemm kbira kif ukoll żgħira, li dwarhom jista’ jkun hemm deċiżjoni min-naħa tal-Gvern, li l-istess kunsilli ma jiġux ikkonsultati? Jekk iva, f’liema ċirkostanzi hu mistenni li l-istess kunsilli lokali ma jiġux ikkonsultati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
First time offenders in possession of drugs — cases
Question
To ask the Minister, how many cases have been presented before the Commissioner of Justice in terms of Chapter 537 for first time offenders who are in possession of drugs, since the coming into force of this law?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Każijiet ppreżentati lit-
Tribunal bejn Sep 2015 u Mar 2016
Nmu ta’ każijiet
First time Offenders Maltin
258
First time Offenders Barranin
86
Total Cases
344
Drug Offenders Rehabilitation Board – second time offenders
Question
To ask the Minister, whether there have been any second time offenders who had already appeared before the Drug Offenders Rehabilitation Board, and if so, have any decisions been given?
Response (BONNICI, OWEN)
S'issa kien hemm każ wieħed li ser jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss tal-Bord ta’ Riabilitazzjoni nhar is-27 ta’ April, 2016.
To ask the Minister whether there have been any habitually non-resident persons in Malta who were fined in terms of Article 4(5) of Chapter 537 and if so, how many, and were the payments inflicted, always made?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill- Onor Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
No
Value
Non-Residents Fined
76
€5,378.00
Out of which paid
30
€2,675.00
Outstanding Fines
46
€2,703.00