Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fl-2004: 1) f'xiri ta' għodod; 2) f'xiri ta' karozzi; u 3) f'xiri ta' vetturi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2004, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nefqet f'xiri: LM Għodod u makkinarju l00,935 Karozzi nil Vetturi Oħra (vannijiet) 24,000 ______ Total l24,935

Kordin Grain Terminal — Impjegati - Overtime

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sar ħlas f'overtime fis-sena 2004 fil-Kordin Grain Terminal? Kif kien imqassam fuq kull ħaddiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Minħabba l-obbligu tal-protezzjoni tad-data personali, ninforma biss, lill-Onor. Interpellant illi l-overtime mħallas mill-K.G.T. fl-2004 kien ta' LM18,612 mqassam fuq tnax-il ħaddiem.

Kordin Grain Terminal — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema (inkluż il-management) mal-Kordin Grain Terminal? Jista' jaqsamhom skond kull grad ta' kull impjegat? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-istess azjenda?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

BOV — Impjegati ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-BOV tagħmel sejħa għall-impjiegi biex jiġu mpjegati aktar skrivani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba in-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Adeodato Gatt - pressa ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex m'hemmx biżżejjed pressa ta' l-ilma ġewwa Triq Adeodato Gatt, f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 286, jiena nfurmat li bħala efett indirett tax-xogħlijiet li qed isiru fit-toroq in konnessjoni mal-Protocol Taljan, il-pressa ta' l-ilma fit-triq imsemmija f'dil-mistoqsija mistennija li tiżdied.

Bank of Valletta — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-privatizzazzjoni tal-Bank of Valletta? Liema kumpanniji wrew interess s'issa u liema huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif diġa ġie mħabbar fil-5 ta' Jannar 2005, Rothchilds SpA ġew appuntati bħala l-konsulenti għall-dan il-proċess. Il-proċess li jmiss hu li joħroġ "information memorandum".

Malta Drydocks — Tank cleaning farm

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9919 u cioe' jista' jgħid kemm-il darba t-Tarzna għamlet użu mit-Tank Cleaning Farm fir-Rinella matul is-sena 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' vapuri li għamlu użu mill-"Malta Shipyards Tank Cleaning Facilities" tar-Rinella matul is-sena 2004 kienu tlieta u sittin.

Tnaqqis ta' erbat ijiem vaganza għall-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'kemm ġie kkalkolat li se jtejjeb il-produttivita' ekonomika u allura jservi ta' inċentiv għall-investiment it-tnaqqis ta' erbat ijiem vaganza għall-ħaddiema? B'liema metodu ta' riċerka ħarġet din il-konklużjoni? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koncernat.

Qasam ta' l-informatika — Dħul ta' l-eco-tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret miegħu dwar id-dħul ta' l-eco-taxes fuq il-qasam ta' l-informatika? Xi studju sar fuq l-impatt ta' dawn it-taxxi fuq il-qasam ta' l-informatika? Jista' ipoġġi kopja ta' l-istudji fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Eco contributions fil-qasam tal-informatika huma biss waħda mis-serje li jolqtu diversi setturi u nassigura lill-Onor. Interpellant li konsultazzjoni miegħi saret b'mod effettiv. Nieħu din l-okkażjoni ukoll biex jgħid li ma naqbilx mal-Oppożizzjoni li qalet li l-introduzzjoni ta' l-eco contributions ixejnu b'xi mod it-tkabbir tas-soċjeta tal-informazjoni jew hi kuntrarja jew kontradittorja għal-politika tal-Gvern f'dan il-qasam. Dan joħroġ mill-fatt illi l-politika ambjentali hi mportanti daqs il-politika favur l-IT u l'ftit żieda nvoluta fl-introduzzjoni tal-eco contributions hi altru minn kompensata mill-iskonti 'l-kbar li l-Gvern ġab għall-poplu Malti permezz ta' l-allejanzi strateġiċi li qed nagħmlu.

PBS — Financial statements and reports

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9995 u cioe' jista' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies? Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra, flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta/WSC — Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Minsitru jgħid kemm kien l-ammont totali li l-korporazzjoni Enemalta u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kellhom idaħħlu mill-klijenti (industriji, lukandi, ħwienet, dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali, djar privati, eċċ) qabel ma bdiet il-kampanja biex jitħallsu l-kontijiet pendenti sa l-aħħar ta' Novembru li għadda u x'kien l-ammont li nġabar tul din il-kampanja? X'inhuma issa l-passi li mistennija jieħdu l-korporazzjoni Enemalta u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex jiġbru l-flus pendenti li baqgħalhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Ħlas pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' flus li għandha ddaħħal il-Maltacom mingħand il-klijenti tagħha u x'passi qed jittieħdu min-naħa tagħha biex dawn il-flus jinġabru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.

Power Stations

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Enemalta sabiex jitħaddmu ż-żewġ power stations fl-1994, 2000, 2003 u 2004 s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi l-ispiża għall-Enemalta biex jitħaddmu ż-żewġ Power Stations għall-dawn l-erba' snin huwa kif ser ngħid: 1994 - LM24,951,000 2000 - LM43,696,000 2003 - LM57,832,000 2004 - LM60,057,000 Il-figura għas-sena 2003 hi awditjata u approvata mill-Bord tad-Diretturi. Dik tas-sena 2004 m'hix finali u l-anqas awditjata.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9004 u 9519 u cioe' jgħid kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru, dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformana kemm hu kkalkolat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Tilwimiet Industrijali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew reġistrati mal-ministeru tiegħu matul din is-sena? Jista' jinformana bl-istess informazzjoni għas-sena l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda tilwim industrijali reġistrati mal-Ministeru tiegħi matul din is-sena u ta' qabilha. Dan ma jinkludiex korporazzjonijiet jew kumpaniji li għalihom hu responabbli l-Ministeru tiegħi.

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl

Question

Wara li kienet għalqet it-twissija ta’ l-Enemalta fit-30 ta’ Novembru 2004 dwar ħlasijiet pendenti ta’ kontijiet, jista' il-Ministru jgħid kemm–il dar, każin u għaqda ma baqgħux jingħataw is-servizz tad-dawl? F’liema lokalitajiet kienu? Kemm kien hemm persuni li għamlu arranġamenti ma’ l-Enemalta biex il-kont jitħallas bin-nifs?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — Impjegati ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise minn Settembru 2004 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, f'liema grad kienu dawn l-impjiegi? Kif saret is-sejħa għall-impjieg? Kemm applikaw? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu mpjegati ħaddiema ġodda ma' l-istess entita' fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.