B'riferenza għar-rapport li deher fil-gazzetta "The Sunday Times" ta' l-20 ta' Ġunju, 1999 fejn il-President tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ġie kkwotat li qal:
"Legal advisers of the Foundation for Medical Services are of the opinion that the law had not been broken when the foundation has issued a call for tenders for the provision of food to government hospitals",
jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-legal advisers li taw dan it-tali parir kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni kollha li ġiet skambjata bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-legal advisers rigward dan il-parir partikolari?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-`Legal Advisers' li taw il-parir huma Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates. Il-parir ingħata verbalment u mhux b'dokumentazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tlieta, 6 ta' Lulju, 1999 f'ward 6 fl-iSptar San Luqa ma tqassamx it-te' lill-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fis-sala M6 ta` l-Isptar San Luqa, nhar it-Tlieta 6 ta` Lulju 1999 tqassam
kafe u te` bejn 7.00am u 8.00am
kafe u te` bejn 2.00pm u 3.30pm
kafe u te` bejn 7.15pm u 8.00pm
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għal mistoqsija numru 8004 li tkopri sat-18 ta' Ġunju 1999.
Fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid xi tħejjija qed issir biex il-makkinarju elettroniku u komputerizzat ta' l-isptarijiet pubbliċi, inkluż makkinarju sensittiv li jintuża għall-monitoring u kura tal-pazjenti, ikun kollu Y2K compliant meta tibda s-sena 2000? X'arranġamenti qed isiru biex dan il-makkinarju ma jitħarbatx mal-bidu tas-sena ġdida b'dannu għall-pazjenti li jinzertaw ikunu hemm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa ilu sentejn jaħdem biex l-apparat u s-sistemi komputerizzati kollha jkunu ``Y2K compliant''. Għal dan il-għan, sar inventarju s-sena l-oħra u abbażi ta' dan l-inventarju saru kuntratti mal-kumpanija MITTS Ltd biex il-kompjuters jiġu ttestjati u fejn ikun hemm nuqqas ta' ``Y2K compliance'' din tiġi rimedjata. Dan ix-xogħol qiegħed isir skond programm sistematiku sabiex sal-aħħar ta' Novembru 1999 l-apparat u s-sistemi kollha li se jintużaw is-sena d-dieħla jkunu ċċertifikati li huma ``Y2K compliant''. Ta' min igħid li l-maġġoranza tas-sistemi li kellhom bżonn ``upgrading'' diġa ġew ``upgraded'' u issa huma ``Y2K compliant''. Fost is-sistemi li ġew ``upgraded'' riċentiment b'suċċess hemm il-``Patient Administration System'' li topera fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha tal-Gvern.
Għar-rigward ta' makkinarju li jintuża fl-isptar San Luqa kif ukoll fiċ-ċentri tas-Saħħa d-Dipartiment ilu għal aktar minn sena jagħmel xogħol biex jikkonferma li dan l-apparat huwa compliant. Dan il-proċess wasal f'fażi avvanzata ħafna.
Jista' l-Minsitru jara li l-pazjent b'ID card Number li qed tintbagħat separatament jingħata l-mediċina preskritta mill-konsulent mill-aktar fis peress li dan il-pazjent ma jiflaħx jixtrihom u għandu l-karta r-roża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni li ngħatat f'din il-mistoqsija ma hijiex biżżejjed biex inkunu nistgħu nfittxu t-talba għall-mediċina li saret għall-pazjent ikkonċernat.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant għall-aktar dettalji dwar il-mediċina preskritta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Health Centre ta' Ħal Qormi meta d-dentist ikun bil-leave, in-nies ma jinqdewx? Jaf il-Ministru li dawk li marru fil-Health Centre ta' Ħal Qormi, l-Ħamis 15/7/99 għand id-dentist qalulhom li ma jistgħux jinqdew qabel it-Tnejn ta' wara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-Dipartiment tad-Dentistrija l-pazjenti jridu jagħmlu appuntament biex jattendu l-klinika ħlief f'każi akuti b'uġiegħ fejn is-soltu jarawhom mingħajr appuntament. Meta ma jkunx hemm dentist, l-emerġenzi jintbagħtu l-isptar San Luqa biex jinqdew fl-istess ġurnata.
Id-dentist ta` Ħal Qormi kien bil-leave bejn il-Ħamis 8 ta` Lulju u s-Sibt 17 ta` Lulju. Bejn it-8 ta` Lulju u 14 ta` Lulju diġa` kien hemm listi ta` appuntamenti u għalhekk intbagħat dentist ieħor f'din il-klinika. Bejn il-15 u 17 ta` Lulju ma kienx hemm listi ta` appuntamenti u l-emerġenzi ntbagħtu fil-klinika tad-dentistrija San Luqa bħal ma jsir is-soltu f'dawn iċ-ċirkostanzi.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Trasport
Question
Jistgħu persuni b'diżabilita' bl-ID Card speċjali mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' jingħataw servizz ta' trasport b'lifter mill-garage ta' l-isptar b'xejn meta jiġu bżonn minn żmien għal żmien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-servizz ta` transport ta` l-Isptar San Luqa diġa joffri transport b'lifter b'xejn lill-pazjenti b'disabilita` kull meta jkollhom bżonn jiġu l-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-Ministeru għas-Saħħa mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 taż Ġunju, 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir min xi kumpannija privata jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċju tal-Ministeru tas-Saħħa bejn 5.9.1998 u 21.6.1999 sar mill-impjegati ta' l-istess Ministeru ħlief f'okkażjoni waħda li d-dettalji tagħha qed jingħataw.
Ix-xogħol sar f'Ottubru 1998 mid-ditta General Cleaners Co. Ltd. u ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti.
Il-ħlas kien ta' Lm184. Ma hemm ebda kuntratt ta' tindif ma' din il-kumpanija.
Ma narax il-bżonn li npoġġi l-irċevuta konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' donaturi tad-demm bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? Xi kwantitajiet u x'tip ta' demm ingħata? Xi programm qed jikkordina d-dipartiment għall-bqija ta' din is-sena f'dan ir-rigward?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' donaturi tad-demm bejn l-ewwel ta' Jannar u il-31 ta' Mejju tas-sena 1999 kien 6871.
Minn dawn 6727 taw borża demm, 25 taw plasma u 119 taw platelets.
It-tip tad-demm tad-donaturi ta' `whole blood' (borża demm sħiħ) kien hekk:-
O Positive 2776 O Negative 345
A Positive 2667 A Negative 296
B Positive 402 B Negative 44
AB Positive 177 AB Negative 20
Id-Dipartiment kostantament jappella għal donaturi tad-demm. Dan isir permezz ta' avviżi fuq il-mezzi tax-xandir, u parteċipazzjoni fuq l-istess mezzi fi programmi varji. Il-Mobile Unit toħroġ regolari u għalkemm hija ta' għajnuna, id-Dipartiment qiegħed jistudja kif din tista' tkun aktar effettiva.
Permezz ta' sistema komputerizzata ta' 'Donor recruitment' li bdiet titħaddem minn Novembru 1998, in-numru ta' donaturi hu mistenni li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jiżdied.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' donaturi ta' organi tal-ġisem li ngħataw tal-pazjenti li kienu qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet lokali bejn Jannar u Mejju 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta` donaturi li kellhom xi organi tal-ġisem li ngħataw lill-pazjenti li kienu qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet lokali bejn Jannar u Mejju 1999 kienu 8 (tmienja).
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex titwettaq il-proposta ta' rijabilitazzjoni taċ-Ċimiterju tal-Militar fl-Għadira? Kemm se jiswa x-xogħol propost? Meta se jsir ix-xogħol? Jista' dan iċ-ċimiterju jitkabbar? Fiex wasal il-ħsieb li t-tindif regolari taċ-ċimterju ta' Triq l-Erwieħ, fil-Mellieħa jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Kemm jiswa fis-sena dan it-tindif? Min se jħallas għat-tindif?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu qiegħed jinvestiga l-possibilta' ma' dipartimenti u entitajiet oħra kkonċernati li ċ-ċimiterju tal-Militar fin-niżla ta' l-Għadira l-Mellieħa, jerġa jibda jintuża għad-dfin. Informazzjoni fuq stima ta' l-ispiża nvoluta u meta jinbeda x-xogħol propost tkun tista tingħata meta l-proċeduri kollha jkunu ffinalizzati.
L-ispazju li jipprovdi s-sit ta' dan iċ-ċimiterju jippermetti li jistgħu jitħaffru aktar oqbra fl-istess konfini taċ-ċimiterju eżistenti.
It-Tindif taċ-Ċimiterju ta' Triq l-Erwieħ fil-Mellieħa għadu qed isir minn nies tad-Dipartiment tas-Saħħa. Is-suġġeriment mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex jieħu f'idejh ir-responsabbilita' ta' dan it-tindif, għadu qed jiġi evalwat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati tas-saħħa li ġew imweġġgħin waqt il-qadi ta' dmirijiethom minħabba xi attakk li sar fuqhom minn persuni oħra s-sena l-oħra u din is-sena? X'kien il-grad ta' dawk imweġġgħin, fejn saru l-attakki, kemm kienu mwettqa minn pazjenti u kemm minn persuni oħra? Kemm ittellgħu persuni l-qorti talli attakkaw impjegati tad-dipartiment tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1 ta` Jannar 1998 s`issa kien hemm 154 każ t`impjegati li ġew imweġġgħin fuq il-post tax-xogħol. L-informazzjoni dwar kemm minnhom ittelgħu l-qorti ma tinżammx.
Rigward l-informazzjoni l-oħra, peress li din trid ħafna xogħol biex tinġabar, nitlob l-Onor. Membru biex jekk għandu xi każ partikulari, jagħtina d-dettalji u l-informazzjoni tinġabar.
Jista' l-Ministru jara għaliex fid-Dipartiment tal-Prosthesis mhumiex qed jagħtu l-kalzetti speċjali għall-parti tas-sieq fejn teħel il-prosthesis?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta` kalzetti speċjali (starep socks) li jingħataw lill-pazjenti li jużaw 'prosthesis', huwa skond il-bżonn ta` l-individwu kkonċernat sakemm dan ikun ġustifikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqdew nies fiċ-ċentru tas-saħħa f'Raħal Ġdid fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total globali ta` nies li attendew għal xi servizz fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Raħal Ġdid fi-snin konċernati kien hekk:
Sena Total
_________________________________________________
1995 327,603
1996 353,615
1997 373,109
1998 332,193
1999 161,803 (sa l-aħħar ta` Mejju 1999)
Jista' l-Ministru jgħid minn meta nxtrat il-karozza F.M.S. 100, kemm intnefqu flus f'petrol xahar b'xahar sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Karozza FMS (100) inxtrat fl- 20 ta` Mejju 1997.
In-nefqa tal-petrol xahar b'xahar hija skond kif ġej:
DATE AMOUNT MONTHLY TOTAL
in LM in LM
_____________________________________________
23rd May 1997 10.00 10.00
10th June 1997 5.00
20th June 1997 5.00 10.00
1st July 1997 10.00
10th July 1997 5.00 15.00
10th Sep 1997 7.00
18th Sep 1998 10.00
24th Sep 1998 10.00 27.00
2nd Oct 1998 10.70
23rd Oct 1998 8.00 18.70
9th Nov 1998 8.00
17th Nov 1998 8.00
23rd Nov 1998 5.00
27th Nov 1998 8.00 29.00
4th Dec 1998 9.00
15th Dec 1998 8.00
19th Dec 1998 10.55
28th Dec 1998 14.00 41.55
4th Jan 1999 11.00
7th Jan 1999 7.00
12th Jan 1999 9.00 27.00
5th April 1999 7.00
9th April 1999 10.00
28th April 1999 10.00 27.00
7th May 1999 10.00
14th May 1999 7.00
20th May 1999 7.00 24.00
2nd June 1999 10.00
19th June 1999 5.00
21st June 1999 6.00
23rd June 1999 5.00
25th June 1999 7.00 33.00
3rd July 1999 10.00
15th July 1999 10.00 20.00
Jista' l-Ministru jgħid min jagħmel użu mill-karozza JAB342 u kemm intnefqu f'petrol xahar b'xahar mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-petrol mill-karozza JAB 342 mill-1 ta` Ottubru 1998 sa llum kienet kif ġej:
1998 Ottubru 23.50
Novembru 35.25
Diċembru 49.04
1999 Jannar 42.00
Frar 57.75
Marzu 56.88
April 70.00
Mejju 56.75
Ġunju 51.31
Rigward min qed juża` din il-karozza, li hija it-tieni karozza tal-Ministru, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li kien ta l-Prim Ministru għad-domanda numru 5477 li kien għamillu hu stess.
Jista' l-Ministru jgħid għal kull Health Centre, fejn jingħata s-servizz ta' Ophtalmologist, kemm iridu jistennew il-pazjenti biex jasal l-appuntament? Ma jaħsibx li d-dewmien esaġerat qed jippreġudika s-servizz li qed jingħata u s-saħħa tal-pazjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-`next available appointment' fil-ġurnata tal-lum għas-servizz tal-vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa huma hekk:
_________________________________________ _______________________
Floriana 14/12/99
Qormi 29/10/99
Gżira 3/12/99
Paola 29/11/99
Mosta 28/02/2000 (Iżda baqa' session fil-ġimgħa ta' 30 appuntament vojta kull waħda minħabba li din il-ġimgħa rritornat għax-xogħol Opthalmologist li kienet sick leave fit-tul).
_______________________________________ _________________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew kanċellati jew trasferiti għal data oħra operazzjonijiet kirurġiċi fl-Isptar San Luqa mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'miżuri qed jieħu l-Ministru biex inaqqas il-waiting lists twal li qed jiżviluppaw ma' ħafna konsulenti kirurġiċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.