Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati armi ġodda mal-pulizija fl-1999? X'tip ta' armi kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999, ġew irreġistrati mall-Pulizija 1,591 arma. Dawn kienu jikkonsistu f`diversi tipi ta` air guns, air rifles, pistols, revolvers, muskets, machine guns, shot guns u rifles, li minnhom 1001 huma snieter (shotguns), 142 (air rifles), u 137 (air pistols).
Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 kemm saru ħarbiet mill-: (1) ħabs; (2) minn persuni li jkunu l-ħabs (ikkundannati jew le) u jkunu nħarġu mill-ħabs biex imorru l-qorti jew għal xi kura; u (3) minn post ieħor - bħal rikoverati l-isptar - iżda għadhom taħt il-kontroll tad-direttur tal-ħabs?
Kemm inqabdu? Meta saret kull ħarba? Min kienu l-persuni? Ta' liema nazzjonalita' kienu? Fuq liema akkuża kienu l-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-unika ħarba ta` priġunieri li seħħet fl-1999 kienet ta` priġunier wieħed li ħarab meta nħareġ mill-ħabs għal kura fid-9 ta` Awissu u li s`issa għadu ma nstabx.
Dan il-priġunier hu Yousef Hisham Azzabi ta` nazzjonalita` Libjana u kien taħt arrest u akkużat illi importa u kellu fil-pussess tiegħu r-raża tal-Cannabis.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta` Lm61,781 tħallas lill-MITTS bħala l-Organizzazzjoni li kienet inkarigata mill-Gvern biex tieħu ħsieb il-problema tal-Y2K fil-Ministeru u fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Rigward is-sistemi l-oħra li ma kienux jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-MITTS, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : -
Dipartiment Spiza Kumpanija Kriterji
Lm
Reġistrazzjoni Ċivili 69.00 Computer Aġenti tas-
24.50 Solutions Ltd sistema tal-
(overtime) passaporti
Awtorita` ta` l- * * *
Ippjanar
Faċilita` Korrettiva 854.00 Advanced Aġenti tas-
ta` Kordin Tele- sistema tal-
communications PABX
Systems
Taqsima tal-Proprjeta`
tal-Gvern 468.00 - -
(overtime)
* Ma ntefqu l-ebda flus esklussivament u speċifikament sabiex tiġi evitata l-problema tal-Y2K. Kull xogħol ta` upgrades li sar kien fl-andament naturali tal-progress fit-teknoloġija u sar b`tender pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija/uffiċjali li ngħataw taħriġ barra minn Malta u jew f'Malta sabiex itejjbu aktar il-professjonalita' tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-sena 1999, ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija hi kif jidher hawn taħt :
* 22 uffiċjal attendew 17-il kors differenti lokalment kif ukoll fl-Italja, fir-Renju Unit, fi Spanja, fil-Ġermanja, fil-Ġappun u fl-Eġittu.
* 20 uffiċjal attendew 5 korsijiet differenti fl-Universita`
ta` Malta
* 76 uffiċjal attendew għal korsijiet li jwasslu sa` l-eżami fil-livell ordinarju fi 8 suġġetti differenti fl-Akkademja tal-Pulizija matul is-sena akkademika 1998/1999.
* 67 uffiċjal bdew jattendu għal korsijiet li jwasslu sa` l-eżami fil-livell ordinarju f`5 suġġetti differenti fl-Akkademja tal-Pulizija matul is-sena akkademika 1999/2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fuq servizzi veterinarji biex jinżammu b'saħħithom u jitfiequ minn xi mard iż-żwiemel u l-klieb tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999, l-ispiża totali fuq servizzi veterinarji li ngħataw lill-klieb u żwiemel tal-Korp tal-Pulizija kienet ta` Lm269.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu liċenzji ta' negozji sa l-aħħar ta': (a) 1996; (b) 1997; (ċ) 1998; u (d) 1999?
Jista' l-Ministru f'kull każ jagħti breakdown tal-kategoriji tan-negozji għal kull sena mitluba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar in-numru ta` liċenzji ta` negozji sa l-aħħar tas-snin speċifikati hu kif ġej : -
Sena 1996 1997 1998 1999
---- ---- ---- ---- ----
Numru ta` liċenzji 12,838 13,256 13,644 14,085
Ninsab infurmat ukoll li t-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jagħti lista lokal lokal ta' liċenzji ta' negozju maħruġin mill-pulizija u għal kull liċenzja jgħid għal liema stabbiliment/ditta/individwu tapplika tali liċenzja, fuq liema indirizz u x'tip ta' negozju huwa permess?
Response (BORG, TONIO)
Din l-informazzjoni hi voluminuża u meta xi darba titpoġġa fuq CD Rom l-Onor. Membru jingħata kopja.
Fl-aħħar għaxar snin, kemm kien hemm priġunieri nisa li welldu tarbija waqt li kienu qed jinżammu l-ħabs?
F'liema sena? F'kull każ kemm damet il-ħabs wara li welldu? X'ġara mit-trabi f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej :
Sena Kemm damet wara li welldet X`ġara mit-tarbija
---- -------------------------- ------------------
1993 6 xhur Iddaħħlet f`istitut
4 xhur wara t-twelid
1997 10 xhur Ġiet fostered xahrejn
wara t-twelid
1999 27 jum Inżammet minn ommha
Jista' l-Ministru jgħid x'policy teżisti, dikjarata jew mhix, dwar x'jiġri lill-priġuniera mara li jkollha tarbija waqt li tkun qed tinżamm il-ħabs jew tkun qed tiskonta s-sentenza tagħha?
X'għajnuna tingħata? Fejn tinżamm? X'jiġri mit-tarbija? Fejn tinżamm it-tarbija meta tibda tikber f'tifel/tifla?
Response (BORG, TONIO)
Regolament 38 tar-Regolamenti dwar il-Ħabs ta` l-1995 jgħid : -
(1) Fil-każ ta` priġunieri nisa tqal, għandhom isiru arranġamenti għal kura ta` qabel il-wild u għat-trasferiment tagħhom fi sptar ghaż-żamma tagħhom u għall-ħlas tat-tarbija.
(2) It-tarbija ta` priġunier mara tista tiġi` milqugħa u miżmuma fil-ħabs biex tieħu ħsiebha l-imsemmija priġunier sa meta t-tarbija jkollha sena. Għandhom isiru arranġamenti għall-indukrar u s-sigurezza kif imiss tat-tarbija miżmuma fil-ħabs kulmeta t-tarbija ma tkunx taħt il-ħarsien ta` l-omm.
(3) Ebda tarbija ta` eta` ta` aktar minn sena ma għandha tinżamm f`ħabs kemm-il darba d-Direttur ma jkunx sodisfatt li jkun hemm raġunijiet speċjali li jiġġustifikaw perijodu itwal.
(4) Jekk tarbija titwieled fil-ħabs il-fatt li t-tarbija tkun twieldet hemmhekk ma għandux jissemma` fl-att tat-twelid u għandu jissemma` biss l-isem tal-lokalita` li fiha jkun il-ħabs.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija meta xi persuna tirrapporta li nstabet dgħajsa mhux reġistrata f'Malta mitluqa fil-baħar?
Min isib din id-dgħajsa jkollu dritt għaliha wara ż-żmien speċifiku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex ikun stabbilit jekk tali sejba tkunx riżultat ta` xi reat jew aċċident. Jekk ikun il-każ, ikun anke` infurmat il-Maġistrat tal-Għassa. Isiru investigazzjonijiet mill-Pulizija sabiex tkun stabbilita` l-identita` tas-sid, anke` jekk meħtieġ bl-assistenza ta` l-Interpol.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dan huwa parir purament legali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12994, jaf il-Ministru li n-numri fi triq imsemmija (Santa Tereża, Ħaż-Żabbar) ġew mibdula riċentement u l-uffiċjal ta' l-awtorita' kellu n-numru tal-bieb (41) li issa għadda għand il-familja Burnell milquta? Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni għamlet il-pulizija f'dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija jirriżulta li n-numru tal-bieb ta` fejn seħħ l-att vandalu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, sa ftit taż-żmien ilu kien jappartjeni għar-residenza ta` uffiċjal ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Għalkemm wieħed jista` jispekula x`seta ġara, m`hemm xejn li jikkonferma dan, u l-Pulizija għadha sejra bl-investigazzjonijiet tagħha.
Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' pulizija li matul l-1999 tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol u/jew weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999, kien hemm kuntistabbli wieħed li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li kien hemm 36 membru tal-Korp li weġgħu waqt il-qadi ta` dmirijiethom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani tal-ħabs li ttellgħu quddiem bord ta' dixxiplina intern matul is-sena 1999 u x'allegatament kien in-nuqqas tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999 in-numru ta` gwardjani li tressqu quddiem bord ta` dixxiplina interna kien ta` 52.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu pulizija quddiem il-PSC matul l-1999? Għaliex ittellgħu u x'weħħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999, kien hemm 8 membri tal-Korp li tressqu quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-akkużi jkopru traskuraġni ta` xogħol, diżubbidjenza t`ordnijiet, telf ta` riputazzjoni u kondotta ta` preġudizzju għal bon ordni.
Ninsab infurmat ukoll li 7 minn dawn il-każi għadhom pendenti filwaqt li fil-każ l-ieħor il-persuna konċernata mietet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġuniera li żaru l-isptar jew il-polikliniċi matul is-sena 1999, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kien in-numru ta' priġunieri li qattgħu xi żmien ġewwa l-isptarijiet? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati mwiet fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena (Jannar sa Ottubru 1999)? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` imwiet irreġistrati f`Malta u f`Għawdex bejn Jannar u Ottubru ta` l-1999, kien ta` 2,771, li minnhom 1,393 kienu rġiel u 1,378 kienu nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati trabi f'Malta u Għawdex fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena (Jannar sa Ottubru, 1999)? Kemm minnhom kienu ta' sess maskili u kemm minnhom kienu ta' sess femminili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` trabi li ġew irreġistrati f`Malta u f`Għawdex bejn Jannar u Ottubru ta` l-1999, kien ta` 3,926, li minnhom 2,029 kienu ta` sess maskili u 1,897 kienu ta` sess femminili.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex normali li persuna fil-korp tal-pulizija li tkun għaddiet proċeduri kriminali u teħel conditional discharge tgħaddi PSC? Jekk iva, kemm kien hemm każi bħal dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1977 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta` Dixxiplina), jekk uffiċjal pubbliku jinsab ħati fuq akkuża kriminali, id-deċiżjonijiet tal-Qorti fuq dik l-akkuża għandhom jintbagħtu mill-Kap tad-Dipartiment lis-Segretarju Amministrattiv. Il-Korp tal-Pulizija isegwi din il-proċedura.
Ninsab infurmat ukoll li f`dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm erba` okkażżjonijiet fejn ġiet segwita din il-proċedura.