Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti — Eżamijiet tal-Matsec

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti, subien u bniet separatament, biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec - intermediate u avanzat? Kemm hemm mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa r-reġistrazzjoni għall-eżamijiet tal-MATSEC fil-livell avvanzat u l-livell intermedju li għalqu fis-27 ta' Jannar, 2005 għadhom qed jiġu pproċessati. Hekk kif jintemm dan il-proċess tkun tista' tingħata tweġiba għall-mistoqsija.

Studenti — Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti, subien u bniet, kemm mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u indipendenti, għall-eżamijiet tas-SEC li se jsiru minn April 'il hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul ix-xahar ta' Novembru, il-Ministeru nefaq is-somma ta' Lm548.04 fi ħlas ta' mobile phones. Il-kontijiet għax-xahar ta' Diċembru għadhom ma waslux u għaldaqstant mhux possibli illi f'dan l-istadju jingħata rendikont tagħhom.

Studenti Barranin ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9905 u cioe' jgħid kemm żaru Malta u Għawdex studenti barranin biex jitgħallmu l-Ingliż matul is-sena 2004? Kien hemm skejjel li ma bagħtux il-figuri mitluba fiż-żmien stabilit u/jew għadhom ma għamlux dan? Liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2004, skond il-figuri li waslu mingħand sebgħa u tletin skola li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, l-ammont ta' studenti li żaru Malta u Għawdex sabiex jitgħallmu l-Ingliż kien 49,298. Hemm sitt skejjel li għadhom ma bagħtux il-figuri. Dawn is-sitt skejjel huma EASY School of Languages; Lasalle Institute; Leonardo da Vinci Global Village; NSTS English Language Institute; UNILANG International School of English u Universal Languages Services (Malta).

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm nies bla xogħol fil-31 ta' Diċembru 2004? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kien hemm li kellhom anqas minn 25 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Diċembru 2004 kien hemm 8103 persuna tirreġistra għax-xogħol, 6511 kienu rġiel u 1592 kienu nisa. Minn dawn kien hemm 2318 persuna li kellhom anqas minn 25 sena.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn dawk li kienu qed jirreġistraw fil-31 ta' Diċembru 2004, kemm kien hemm li ilhom jirreġistraw minn sena sa tliet snin, aktar minn tliet snin sa ħames snin u aktar minn ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-8103 persuna tirreġistra ġħax-xogħol fl-aħħar ta' Diċembru 2004, kien hemm 2134 persuna li ilhom jirreġistraw minn sena sa tlett snin, 517 persuna aktar minn tlett snin sa ħames snin u 647 persuna aktar minn ħames snin.

Skejjel — Karwija - Architecture Project

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-periti architecture project ġewx imqabbda bħala konsulenti għall-iskola tal-Karwija? Jekk fl-affermattiv, dan sar wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħataw AP?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-periti 'Architecture Project' m'għandhom x'jaqsmu xejn mal bini ta' l-iskola l-ġdida ġewwa l-Karwija.

Pembroke — Skola ġdida

Question

Jista' il-Ministru jagħti xi tagħrif dwar xi progress qed isir fil-bini ta' l-iskola ġdida f'Pembroke? Hemm xi data dwar meta se jibda u f'kemm żmien se jitlesta x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qed isir xogħol biex isiru ir-rapporti dwar l-istima ta' l-impatt tal-proġett fuq l-ambjent kif ukoll rapporti oħrra ta' natura teknika li huma meħtieġa għall-ħruġ ta' tenders. Qiegħed ukoll niddiskuti is-sistema ta' finanzjament ta' din l-iskola mal-Ministeru tal-Finanzi. Huwa maħsub li tul din is-sena navvanzaw kemm nistgħu x-xogħol preparatorju, biex il-kostruzzjoni tibda s-sena d-dieħla u titlesta sa sentejn wara.

Skejjel — Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm facilitators fl-iskejjel tal-gvern, fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 2005 in-numru ta' 'personnel doing facilitating duties' kien hekk: Facilitators 280 K.A. (Special Education) 64 K.A. 40 Part-Time 1 Part-Time (Special Education) 2 Supply K.A. (Special Education) 471 ______ Total 858 Informat ukoll li n-numru ta' 'personnel doing facilitating duties' fl-iskejjel tal-Knisja huwa 300, li jinqasmu hekk: Facilitators 67 Supply Kindergarten doing facilitating duties 233 ______ Total 300 Filwaqt li, fl-iskejjel Indipendenti hemm: Supply Kindergarten doing facilitating duties 4

Fgura — Librerija Pubblika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw kotba mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni lil-librerija pubblika tal-Fgura, sena b'sena mit-twaqqif ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Librerija tal-Fgura bdiet tiffunzjona f'Lulju 1980. Id-Dipatiment ta lill-Librerija tal-Fgura 5343 kotba s'issa. Imqassmin sena b'sena kif ġej hawn taħt: 1980 - 102 1981 - 116 1982 - 121 1983 - 127 1984 - 107 1985 - 118 1986 - 121 1987 - 116 1988 - 124 1989 - 121 1990 - 165 1991 - 310 1992 - 192 1993 - 96 1994 - 46 1995 - 153 1996 - 116 1997 - 114 1998 - 125 1999 - 219 2000 - 51 2001 - 52 2002 - 492 2003 - 1376 2004 - 663

Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

FTS — Acting CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallas l-acting CEO ta' l-FTS? X'inhuma l-benefiċċji mniżżlin f'dan il-kuntratt u għalkemm żmien idum dan il-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratt definit in kwestjoni hu ma' kumpanija kummerċjali bir-rata ta' Lm10 fis-sigħa kif diġa indikat għat-tagħrif mogħti fit-tweġiba għal Mistoqsija Numru 35,985 fis-Seduta Numru 798, ta' l-14 ta' Ottubru, 2002. Il-kuntratt skada f'dawn il-ġimgħat, ġie estiż temporanjament u t-tiġdid tiegħu qed jiġi konsiderat mill-Bord ta' l-FTS. L-acting CAO ta' l-FTS għandu ukoll rimbors għall-użu tat-telefon cellulari.

FTS — Inġinier

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-inġinier - ismu qed jintbagħat separatament - hux qiegħed iħallas taxxa fuq id-dħul tiegħu mill-FTS, f'Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont imħallas lill-Inġinieer Farruġia huwa 'Inclusive of local Income Tax' kif stipulat fl-'Agreement' li sar mal-Ingineer.

Skejjel — Karwija - Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol se jsir matul din is-sena fuq l-iskola tal-Karwija? Jista' jgħid kemm hu stmat li tiswa kull biċċa xogħol li trid issir? Kemm inħarġu tenders jew intalbu kwotazzjonijiet s'issa? Fuq xiex intalbu u kemm jiswew flus?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena fl-iskola tal-Karwija ser isir xogħol biex tkun tista' tibda topera f'Settembru li ġej jekk l-ipproċessar u l-għoti tat-tenders ma jiġix intawwal b'mod esaġerat. Dan ix-xogħol jinkludi tikħil u tibjid, madum,soffitti, aperturi, stallazzjoni tas-servizzi, għamara u apparat elettriku u mekkaniku, landscaping u ħwejjeġ oħra anċillari. Diversi tenders diġa ġew pubblikati u oħrajn qiegħdin fil-proċess biex isiru pubbliċi. Dwar tagħrif ieħor mitlub inħoss li mhux prudenti li jiġi pubblikat peress li dan jista' jippreġudika l-proċess ta' tenders jew kwotazzjonijiet.

Mellieħa — Studenti li jattendu l-Liċeo Vassalli tal-Ħandaq

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li fir-rotta li tieħu lill-istudenti mill-Mellieħa sal-Liċeo Vassalli tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi t-tfal qed jitilqu mill-Mellieħa fis-6.30 a.m. meta l-iskola tibda fit-8.30 a.m. u nhar ta' Erbgħa meta l-iskola tispiċċa fin-12.30 p.m. qed jaslu fis-2.00 p.m. u fil-ġranet l-oħra l-iskola tispiċċa fit-3.15 p.m. u jaslu wara l-4.15 p.m.? Jista' jara jekk dan hux skond iċ-ċirkolari maħruġa mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għandna żewġ vetturi li jitilqu mill-Mellieħa lejn l-iskola tal-Ħandaq. Waħda titlaq 6.50a.m. u l-oħra titlaq 7.20a.m. Qed isiru arranġamenti biex l-ebda vettura ma titlaq qabek is-7.00a.m. Fil-fatt it-tfal qegħdin jaslu l-iskola għal ħabta tat-tmienja ta' filgħodu. Informat ukoll li x'ħin tispiċċa l-iskola vettura dejjem tkun qabel il-ħin u l-vettura l-oħra tasal għoxrin minuta tard minħabba li għandu vjaġġ ieħor qabel. Ta' min jinnota li bħalissa hemm ħafna toroq magħluqa mill-inħawi ta' Ħal-Qormi lejn il-Mellieħa.

Tal-Ħandaq — Liċeo Vassalli

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mil-Liċeo Vassalli tal-Ħandaq minħabba li wasluli rapporti ta' nuqqas ta' indafa kif ukoll problemi oħra marbuta ma' l-istruttura tal-bini u jekk se jsir xi ħaġa, meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat ma hemm l-ebda rapport li hemm ħsarat fl-istrutturi tal-bini fl-iskola msemmija. Informat ukoll illi fil-Liċeo Vassalli (Tal-Ħandaq) ma hemmx nuqqas ta' ndafa u l-iskola titnaddaf kuljum mill-purtinara tal-post.

ETC — Gradwati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jgħid fiex huma gradwati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Diċembru 2004, kien hemm 90 persuna gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. Informazzjoni dwar f'liema oqsma kienu gradwati dawn il-persuni ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Libreriji Reġjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema bliet u rħula f'Malta hemm libreriji reġjonali jew lokali, u b'riferenza għal dawn l-aħħar ħames snin kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu minn kull librerija? X'kien is-self ta' kotba kull sena? X'inhu l-ammont ta' kotba f'kull librerija u l-ammont ta' kotba li twarrbu u nxtraw kull sena? Liema minn dawn il-libreriji ġew devoluti lill-kunsilli lokali u meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.