Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6699 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – trasferiment ta’ pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Jannar 2011 u Novembru 2013, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7202 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Skrivani

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5553, jista’ l-Ministru jgħid: a) Kemm hemm skrivani tal-Gvern u tal-kuntratturi jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei; b) Kemm hemm skrivani mal-kuntratturi illi applikaw għal mal-Gvern fl-2013 u kemm ġew minnhom ingaġġati; u c) Jekk hemmx diskrepanza fis-salarji bejn dawk tal-Gvern u dawk tal-kuntratturi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

B’referenza għall-mistoqsija 5553, l- Ministeru tas- Saħħa jixtieq jikkonferma li hemm 151 skrivan (ekwivalenti ghall ‘full time’) li huma tal- Gvern u 158 skrivan (ekwivalenti għall ‘full time’) li huma tal- kuntrattur qed jaħdmu fl- Isptar Mater Dei. Ġew ngaggati 10-il skrivan mal- Gvern mis- 66 applikant illi applikaw. Ninsab infurmat li l- iskrivani tal- Gvern jitħallsu fuq skala 16. Fir- rigward tal- kuntrattur, l- gvern iħallas lil kuntrattur għas- servizz li l-impjegati tiegħu jagħtu fl- isptar. Infakkar lill-Onorevoli Membru li tħejjew linji gwida mill- Ufficju tal- Prim Ministru u d- Dipartiment tal- kuntratti biex jiġu salvagwardjati d- drittijiet ta’ dawn l- ħaddiema. Kull kuntrattur huwa obbligat li jsegwi dawn l- linji u l- gvern jara li t- tali kundizzjonijiet qed jiġu onorati.
Leg 12 PQ #6671 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mater Dei Hospital: A Better Social Return – tneħħija ta’ allowances ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għall-Annex 4 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital A Better Social Return, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħew xi allowances li għandhom il-ħaddiema minħabba li l-istess rapport kien kritiku dwar dawn l-istess allowances?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-allowances huma kollha maqbula fil-ftehim settorali li ġie ffirmat bejn l-Ministeru u l- unions varji. L-Ebda bidla ma tista' ssir mingħajr ma ssir konsultazzjoni mal-istess unions.
Leg 12 PQ #6672 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Rapport finali mill-Johns Hopkins Medical International

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport finali ppreżentat mill-Johns Hopkins Medical International?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-gvern ta’ qabel laħaq ftehim mal-JHI li dan ir-rapport jinżamm għal użu intern biss.
Leg 12 PQ #6673 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti

Question

B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid: a) X’kien il-valur tal-kuntratt oriġinali; b) Meta ngħata dan il-kuntratt; u c) X’kien il-metodu li ngħata bih (jiġifieri tender, direct order eċċ.)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6674 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti

Question

B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid: a) Il-ħlasijiet addizzjonali li saru, ġewx imħallsa skont kif provdut fil-kuntratt; u b) Kien hemm xi estensjonijiet jew ħlasijiet minn April 2013 ’il hawn?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6675 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mater Dei Hospital: A Better Social Return – kuntratti approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti

Question

B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid jekk kull ħlas li sar minn meta ġie ffirmat il-kuntratt rispettiv kienx approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6676 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti

Question

B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid: a) Minn meta ġie ppreparat ir-rapport kien hemm xi kuntratt li twaqqaf; u b) Minn meta ġie ppreparat ir-rapport kien hemm xi tender li nħareġ biex jissostitwixxi dawn il-kuntratti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7193 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6678, jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance, il-kumpanija illi ngħatat il-kuntratt, il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei jew xi terza persuna oħra? Fir-rigward tal-liċenzji, jista' l-Ministru jikkonferma illi l-Gvern xtara perpetual u unlimited use license? Jista' jikkonferma jekk hemmx annual fees, u jekk iva, kemm huma u għaliex qegħdin jitħallsu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sapport u l-maintenance qed jiġi presentament ittakiljati internament. A rigward is-CPAS runtime license, din domanda li diġà twieġbet, u ċjoè li ma’hemmx limitu u ebda spejjeż addizzjonali.
Leg 12 PQ #7194 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS – tiswijiet u manutenzjoni – taħriġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, peress illi skont ir-risposta mogħtija t-tiswijiet u l-manutenzjoni qed isiru mill-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ingħata lill-ħaddiema, meta ngħata t-taħriġ, min attenda għat-taħriġ, kemm-il sessjoni kien hemm tat- taħriġ u kemm-il siegħa ngħatat, u jekk ingħatawx user manual u system manual?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-CPAS ftit li xejn teħtieġ manutenzjoni peress li hija sistema affidabbli w hi ġdida.Is-sistema qed tiġi amministrata mil-persunnal ta’ Mater dei, u dawn huma l-istess nies li kienu implimentaw is-CPAS . Infurmat ukoll li dawn in-nies ma’ ngħatalhom l-ebda taħriġ peress li kienu huma stess li kkrejaw il- manuals , id-dokumentazzjonijiet u SOP’s.
Leg 12 PQ #7195 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS – updates

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, jista' l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq dwar updates futuri? L-updates huma inklużi fil-prezz illi kkwotat mill-kumpanija li ntgħażlet minn dan il-Gvern biex tiżviluppa s-sistema CursorPAS? Jista' jgħid kemm jiswew dawn l-updates, kemm se jkunu frekwenti l-updates, u għal meta huma skedati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li ma’ kien hemm l-ebda kumpanija nvoluta, ċjoè is-CPAS ġiet żviluppata internament.
Leg 12 PQ #7196 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS – service levels

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, peress illi ingħatajt risposta illi ma hemmx service level agreements fir-rigward tas-sistema CursorPAS, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jiġu stabbiliti service levels?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjan għalissa.
Leg 12 PQ #7197 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS — tiswijiet u manutenzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, in vista tar-risposta illi ngħatajt u ċjoè illi “tiswijiet u l-manutenzjoni qiegħed issir mill-ħaddiema ta’ Mater Dei u mill-konsulent tal-Ministeru”, jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance, il-kumpanija illi ngħatat il-kuntratt, il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei jew xi terza persuna oħra? Jista’ jgħid min hu l-konsulent tal-Ministeru illi qed jagħmel tali tiswijiet u manutenzjoni, u kemm qed jitħallas ta’ dan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda kumpanija involuta. Ninforma lill-Onor. membru li s-CPAS ġiet żviluppata nternament.
Leg 12 PQ #7672 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7704 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – fondi għall-proġett

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7451, jista’ l-Ministru jgħid x’apparat hu mistenni jinxtara b’ ko-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Meta hu mistenni li jinħareġ it-tender indikat fl-istess risposta tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-apparat li hu mistenni li jinxtara b’ko-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa : · Apparat għat-teatri kirurġiċi : magni għal anesthesia, magni tan-nifs għat-tfal u għal-kbar, magni tal-qalb għall-monitoraġġ u difibrillazzjoni, apparat għall-endoskopija, monitors għall-parametri diversi, inkubatur, eċċ. · Apparat għall-isptar bħal fridge għall-mediċini u għad-demm, couches, stretchers, trolleys, kabinets b’alarm magħhom għall-mediċini kontrollati, imwejjed għal-operazjonijiet, saqqijiet speċjaliżżati biex jevitaw il-feriti, eċċ. · Apparat għall-laboratorju, dentistrija w radioloġija bl-image intensifier għall-interventi fuq il-qalb u dawk avvanzati tal-orthopaedija. · Apparat ta’ disinfezzjoni u sterilizazzjoni · Apparat għall-fisjoterapija. It-tender hu mistenni li jiġi ppublikat sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Leg 12 PQ #3929 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – Health Centre — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar mill-11 ta’ Marzu 2013 ’l hawn biex il-Health Centre ta’ Raħal Ġdid ikun rikolat minflok il-grawnd ta’ Pace Grasso? Għadu bil-fehma li flok il-grawnd jinbena ċentru reġjonali għas-saħħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma l-Onor. Membru li l-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid għadu priorità ewlenija. Qed isir ix-xogħol kollu neċessarju biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.
Leg 12 PQ #6665 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Bord tal-Appelli dwar il-Lista Formularja tal-Gvern – Remunerazzjoni ta’ membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Appelli dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u x’inhija r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6666 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-ispiżeriji li jiffurmaw parti mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u għal kemm-il persuna tipprovdi l-mediċini kull waħda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6667 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – indemnity insurance ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern għal liema kategoriji ta’ ħaddiema fil-Ministeru tas-Saħħa se jħallas l-indemnity insurance li huma rikjesti li jkollhom? Jista’ jiċċara ukoll jekk hux se titħallas ukoll il-polza ta’ dawk li jaħdmu fuq bażi part-time?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-Gvern ikopri l-ispejjeż relatati ma inċidenti waqt ix-xogħol kliniku tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa. Din il-proċedura ilha fis-seħħ, u ma sar l-ebda tibdil. L- Indemnity Insurance qed tkun rikjesta minn dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa fl-amjent privat, jiġifieri barra mis-settur publiku.
Leg 12 PQ #6668 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – ftehim bejn il-Gvern u l-Ispiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Ispiżeriji dwar l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Minħabba li l-mistoqsija hija sensittiva, nitlob lill-Onor. Membru sabiex jiġi l-Ministeru jara d-dokumenti fil-privat.