Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit għall-Korp tal-Pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm fil-fatt intnefqu flus fl-istess perjodu sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onororevoli Interpellant li t-tagħrif dwar il-baġit tal-Korp tal-Pulizija għall dawn l-aħħar għaxar snin, se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm sezzjonijiet differenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija fil-Floriana hemm għaxar sezzjonijiet differenti:
1. It-Taqsima Amministrattiva
2. It-Taqsima tal-Ispecial Branch
3. Id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali
4. L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga
5. L-Iskwadra ta’ kontra ir-Reati Ekonomici u Vizzji
6. It-Taqsima tal-Forensika
7. It-Taqsima tal-Informatika
8. It- Taqsima tat-Traffiku
9. It-Tasima tal-Administrative Law Enforcement
10. It-Taqsima tas-Snajja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il produzzjoni Maltija u barranija xtara x-Xandir tal-Istat tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm swew lix-Xandir u kemm-il produzzjoni nħadmet f’dan il-perjodu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-PBS hija kumpanija kummerċjali li tibbenefika biss minn fondi tal-EPSO (Extended Public Service Obligation). L-awditjar ta’ dawn il-fondi isir kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju li qed jingħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament liema rwol huwa indikat fil-paġna tal-Facebook tal-istess individwu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4386 li staqsa huwa stess.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed jagħmel il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara li l-programm televiżiv li kienet qed tieħu ħsieb fuq l-istazzjon nazzjonali twaqqaf mid-diriġenti tal-PBS? Hemm xi programmi oħra li din il-persuna qed tieħu ħsieb li bħalissa qed jintwerew fuq l-istazzjon nazzjonali? Ittieħdu xi passi biex jitwaqqaf l-kuntratt fuq bażi ta' non performance minħabba li twaqqaf il-programm?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-persuna konċernata tagħmel xogħol fuq diversi programmi u inizjattivi kummerċjali , u għalhekk m’hemmx lok li jitwaqqaf il-kuntratt, għaliex din il-persuna għandha diversi xogħlijiet ta’ benefiċċju għall-PBS.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri jaħdmu fid-detention services fl-aħħar ta' Mejju tas-sena 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab informat illi fid-detention services fl-aħħar ta' Mejju tas-sena korrenti 2013 kien hemm jaħdmu 3 Officers u 38 Other Ranks tal- Forzi Armati ta’ Malta, 1 Manager (skala 7) u 146 Detention Service Officers.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' disturbance allowance huma intitolati għalihom l-ispetturi tal-Pulizija fix-xahar? Kemm hi r-rata tal-ħlas li jitħallsu l-ispetturi tal-pulizija għal dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 2198 li ġiet mistoqsija propju minnu stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li persuna li ġie mdaħħal lura fil-Korp sab ruħu mill-ewwel fis-servizzi ta’ sigurtà jakkumpanja l-ħin kollu lill-Prim Ministru?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Mhux prudenti li tingħata informazzjoni dwar min jifforma l-iskorta ta' persuni f'karigi pubblici.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija nisa fil-Korp tal-Pulizija? F'liema grad qed iservu dawn il-membri nisa li hemm fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 340 membri nisa fil-Korp tal-Pulizija. Dawn qed jokkupaw il-gradi kif gej:
Supretendent
2
Spettur
19
Surġent Maġġur
3
Surġent
83
Kuntistabbli
233
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet il-crime rate għax-xahar ta’ April 2013 u jistax jindika wkoll kemm kien hemm każijiet ta’ serq rappurtat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi r-reati kollha rrapurtati lill-Pulizija matul ix-xahar ta’ April ta’ din is-sena kien jammonta għal 1, 290, li minnhom 649 kienu rapporti ta’ serq.
Raħal Ġdid — Għassa tal-Pulizija – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dwar ix-xogħol ta’ manutenzjoni li hemm bżonn li jsir fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid u meta dan ħa jsir?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fl-Għassa ta’ Rahal Ġdid huwa meħtieg tiswija fil-bejt u fit-twieqi kif ukoll tiswijiet fit-tiolet. Hemm ukoll talba sabiex issir rampa minħabba l-aċċessibilita, liema talba qed tkun studjata mil-periti minħabba l-istruttura partikolari ta’ din l-Għassa.
Kif diġa ħabbart f’din il-Kamra bħalissa għaddej studju fuq l-Għasses kollha ta’ pajjiżna ħalli jsiru aktar tibdil skond l-eżiġenzi ta’ diversi lokalitajiet. Dan il-proċess jinkorpora fih ix-xogħol ta’ manutenzjoni fl-Għasses kollha ta’ pajjiżna . Dan hu proċess kontinwu li jsir mit-taqsima tas-snajja tal-korp.
San Pawl il-Baħar – il-Menqa – ordnijiet fuq opri tal-baħar
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5056, filwaqt li ma nippretendix li ningħata l-ismijiet ta' min għamel l-ilmenti li hemm referenza għalihom fir-risposta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif meta saru dawn ir-rapporti fejn saru l-istess rapporti u kemm-il darba sdaru minn persuni differenti? Jista' jikkonerma li l-pulizija li marru fuq il-post mhux talli talbu lil min ineħħi xi dgħajjes, iżda ordnaw ukoll lill-oħrajn biex ma jpoġġux id-dgħajjes tagħhom bf'post li nbena għalihom snin twal ilu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-ilmenti dwar karrijiet ta’ dgħajjes, dgħajjes u oġġetti oħra mitluqha fuq il-moll b’ingombru fuq il-moll fl-inħawi tal-Menqa, San Pawl il-Baħar kienu saru matul dawn l-aħħar gimgħat b’mod konfidenzjali. Infurmat ukoll illi l-pulizija ħadet azzjoni dwar dawk l-oġetti li kienu sors ta’ ngombru fuq il-moll. Pero’ jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif għall kuntrarju ta’ dak li qed ikun rrapurtat lili, ġentilment nissuġerilu li jgħaddili it-tagħrif li għandu, sabiex inkun nista’ nivverifika ulterjorment
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa li jmiss tal-Police Negotiating Board?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Police Negotiating Board ġie iffurmat wara li ġiet ifformata l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija. Fil-jiem li ġejjin l-ismijiet tal-membri ta’ dan il-bord se jkunu ippublikati fil-gazetta tal-Gvern u wara dan il-proċess formali mistennija ssir l-ewwel laqgħa.
Jista’ l-Ministru jispjega x-xogħol li l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel flimkien mal-Aġenzija Ewropea FRONTEX?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi L-attivitajiet ta’ Frontex primarjament jirrigwardaw il-koperazzjoni ma’ l-aġenziji ta’ sigurta Ewropej, f’dak li hu il-kontroll tal-fruntieri. Il-Pulizija Maltija tibbenefika ħafna mill-attivitajiet ta’ din l-Aġenzija billi ta’ kull sena, diversi uffiċċjali jingħatalhom taħrig u Frontex tagħti assistenza biex jigi zgurat illi jkun hemm standards komuni fix-xogħol tal-Ufficcjali tal-Fruntieri.
Il-Pulizija Maltija ukoll taħdem fil-qrib ma Frontex biex meta jkun hemm il-possibilita tieħu sehem f’operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn ta’ persuni li jkunu irregolari fil-pajjiz, specjalment f’każijiet fejn il-konnessjonijiet bl-ajru għar-ritorn ikunu difficli.
Kien hemm żmien fejn Malta ħadmet ħafna ma Frontex biex issaħħah il-kapaċita tagħha ta’ ritorn u kienu saru diversi attivitajiet ma uffiċjlai ta’ Frontex, kemm f’Malta kif ukoll barra min Malta, biex dan l’element jissaħħah.
Malta ukoll tagħti is-sehem tagħha ma’ din l-Aġenzija, biex ikunu jistgħu isiru analżi u tinħoloq stampa ċara u attwali fuq bażi regolari tal-fenomenu tal-immigrazzjoni illegali fl-Ewropa.
Barra min dan isir xogħol ukoll fi ħdan il-Frontex billi jintbagħtu ufficcjali tal-Pulizija Maltin, imħarrgin fix-xogħol ta’ immigrazzjoni, biex meta jkun hemm il-bżonn jassistu fix-xogħol tagħhom lill-Forzi tas-Sigurta inkarigati mill-fruntieri f’pajjizi oħra Ewropej.
Fi ħdan il-Pulizija, Malta għadha kuntatt regolari u kontinwu mal-Aġenzija Frontex permess tan-National Frontex Point of Contact (NFPOC), li permezz tiegħu tirċievi u tinbagħat informazzjoni fuq diversi suġġetti ta’ nteress, liema nformazzjoni tigi disseminata lill entitajiet konċernati, inkluż lill-Forzi Armati ta’ Malta, li huma attivi ħafna wkoll fix-xogħol ta’ Frontex, kemm bil-mezzi ta’ l-ajru u tal-baħar kif ukoll bir-riżorsi umani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata sick leave ttieħdu globalment fis-snin 2011, 2012 u sal-lum fl-2013 mill-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ ġranet sick leave li ttieħdu globalment fis-snin 2011, 2012 u matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Settembru mill-membri tal-Korp tal-Pulizija kienu kif ġej:
2011 -
25391.5 Ġurnata
2012 -
26593 Ġurnata
2013 -
18303.5 Ġurnata
Korp tal-Pulizija – membri li għadhom iservu wara l-25 sena servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li fl-1 ta' Mejju 2013 kienu għadhom iservu fil-Korp minkejja li għalqu 25 sena servizz? F'liema grad jinsabu dawn l-uffiċjali? Kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sal-aħħar tas-sena kurrenti 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif gej:
Grad
Membri tal-Korp tal-Pulizija li fl-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena kienu għadhom iservu fil-Korp minkejja li għalqu l-25 sena servizz.
Membri tal-Korp li mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sa l-aħħar ta’ din is-sena 2013
Kummisarju
1
-
Deputat Kummissarju
1
-
Assistent Kummissarju
6
-
Supretendent
9
-
Spettur
8
3
Surgent Maġġur
33
2
Surġent
23
3
Kuntistabbbli
168
15
Korp tal-Pulizija — Akkademja – in service training
Question
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra minn min qed jiġi mfassal il-kurrikulu fl-Akkademja tal-Pulizija għall-in service training li qed jingħataw il-membri tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġiba preċedenti, l-In Service Training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, huwa sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa.
Bhalissa għaddej eżerċizzju ta’ ristrutturar fl-Akkedmja tal-Pulizija, fejn anke’ ser jinħatar Direttur ta’ l-Istudji li, skond kif jipprovdi l-Att dwar il-Pulizija, ikun responsabbli għat-twaqqif tal-korsijiet u kurrikula tal-Akkademja.
Korp tal-Pulizija – medical investigation room f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-każ ta' eżami mediku mit-tabib tal-Korp tal-Pulizija, jekk hemmx il-ħsieb li l-Pulizija Għawdxin ikollhom il-faċilità ta' medical investigation room anke f'Għawdex stess?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li jekk qed jitkellem fuq kamra fejn it-tabib tal-pulizija ikun jista jagħmel eżamijiet medici lill-pulizija stess, għallissa f’pajjiżna hawn kamra waħda biss li hi attrezzata għal dan l-iskop. Minkejja dan mhux qed jigi eskluż, li tiġi attrezzata facilita ta’ Medical Investigation Room f’Għawdex. Dan isir skond il-prijoritajiet u l-eżiġenzi tal-korp.