Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #10180 Sitting 231 2005-02-02 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Dħul f'Malta ta' karozzi second-hand

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-lista ta' karozzi second-hand li daħlu Malta minn Mejju sa Diċembru 2004 imqasma skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Karozzi second-hand

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10180 u cioe' jista' jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10180 li qed tingħata f'din l-istess seduta.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda impjegat tal-gvern jew ta' l-Awtorita Dwar it-Trasport li għandhom salarju komparabbli ma skala 14 jew anqas liu siefer bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-ministeru tiegħu fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għal Bormla, Isla, Birgu, Kalkara, Fgura, Zabbar u Xgħajra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-lista ta’ toroq pproġettati fil-Kunsilli Lokali msemmija jinkludu: Lokalita Triq Tul Approssimattiv Bormla Santa Liena 100m Għajn Dwieli 240m Ġdida 150m Immakulata 150m Isla Dawret Ix-Xatt 360m Vittmi tal-Gwerra 60m Kurċifiss 75m San Lawrenz 65m San Ġużepp 295m Parti miż-żewġ mieni 190m Żabbar Sqaq Ġanton 75m Triq il-Berebies 75m L-Għakrux 200m Sant Antnin 150m Lia 100m It-tenders li nħarġu din is-sena jinkludu dawn li ġejjin: Lokalita Triq Fgura Ix-Xemx u il-Qamar 130 m Triq il-Merhba c/w Triq Is-Summien Road Works Triq il-Misk Road widening Tenders li ħirġin Żabbar Culvert - Triq is-Santwarju Road works at Triq Gardiel Vittoriosa Road at Tax-Xewk, Kalkara Isla Repair works at Isla quay Triq it-Tarzna

Ħal Qormi — Culvert

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4060, 5259 u 9837, jista' il-Ministru jikkonferma li l-awtorita' dwar it-trasport qed isserraħ ras ir-residenti ta' Triq l-20 ta' Jannar, Gorg Borg u Mifsud Ellul f'Ħal Qormi li dan il-culvert ma jippreżenta l-ebda periklu meta nafu li l-ilma minn dan il-culvert żbokka f'xi residenzi? Jista' jikkonferma jekk dan il-culvert jgħaddix minn taħt bini eżistenti? Jekk iva, minn taħt liema? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-culvert? Meta tnaddaf l-aħħar dan il-culvert? Jippreżenta xi periklu lir-residenti dan il-culvert? X'assigurazzjonijiet jista' jagħti l-Ministru biex iserraħ ras l-istess residenti li ilmentaw mad-dipartiment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-għargħar fl-area msemmija huma riżultat tas-sistema naturali tal-qlib ta' l-ilma fil-viċinanzi tal-Wied ta' Ħal-Qormi. L-Awtorita' dwar it-Trasport irċeviet rapport dwar l-għargħar viċin dan il-culvert darba waħda biss, jiġifieri fil-maltempata tal-15 a' Settembru, 2003. Kif diġa' kien konfermat f'mistoqsija parlamentari preċedenti, dan il-culvert għaddej minn taħt residenzi li nbnew wara li kien tlesta l-culvert. Għalhekk jidher li r-responsabbilita' tar-residenzi msemmija għandha tiġi attribwita' lill-periti responsabbli minn dan il-bini. L-ADT m'għandiex pjanti ta' dan il-culvert. Dwar it-tindif tal-culvert, ninforma lill-Onor. Interpellant li dan huwa responsabbilita' tal-Kunsill Lokali.

Fleur-de-Lys

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li Fleur-de-Lys, quddiem il-knisja tal-Karmnu, tiġi patched up bħalma ġara aktar 'l isfel, għaliex ħafna minnha sfrondat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' patching li kien sar fi triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jifforma parti mill-programm ta' xogħolijiet ta' manutenzjoni li qedha tiġi mħejja mill-Works Division. L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tikunsidra wkoll li din il-parti ta' Fleur de Lys quddiem il-knisja tal-Karmnu tiġi kkunsidrata f'dan il-programm u għamlet rapport lill-Works Division biex b'hekk tkun tista' tiġi msewwija.

Fleur-de-Lys — Traffic Lights

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li f'żewġ lokalitajiet fi Fleur-de-Lys, Birkirkara jsru t-traffic lights, wieħed ħdejn il-każin tal-MLP u l-ieħor fil-junction salib ma' Psaila Street?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtortita dwar it-Trasport flimkien mall-Malta Environment and Plannng Authority qed teżamina possibiltajiet ta' immaniġjar tat-traffiku fiż-żona li jinkludu wkoll il-junctions msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan qed isir sabiex titjieb il-flow tat-traffiku f'din iż-żona.

Kottonera — Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet li qed isiru/iridu jsiru marbuta mal-proġett tal-Kottonera huma responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu? X'inhu t-time-frame meta kull biċċa xogħol trid tibda u/jew titlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Pembroke — Triq il-Mediterran

Question

B'referenza għal konferma ta' xogħol fi Triq il-Mediterran, f'Pembroke, jista' il-Ministru jinformani meta x'xogħol propju se jibda, kemm se jdum u kemm se jiġi jiswa? L-ispiża hija kollha mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi x-xogħol hu mistenni li jibda fil-ġranet li ġejjin wara li jkunu saru l-coordination meetings neċessarji kif ukoll inħarġu l-permessi meħtieġa. L-ispiża kollha għal dan ix-xogħol ser toħroġ mill-budget. Deskrizzjoni u stima tax-xogħol diġa ngħataw fit-tweġiba parlamentari numru 9160.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma jekk it-triq 'New Street in Mosta Road - St Paul's Bay' fl-area magħrufa bħala 'Tal-Qarbuni' fejn hemm il-flats tal-Gvern, hiex qiegħda fil-lista biex tiġi rranġata? Jekk fl-affermattiv meta ser jibda x-xogħol ta' tarmac peress din l-imsemmija triq tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija Triq La Cassiere. LA biex tinbena t-triq imsemmija ħarġet fil-11 ta' Jannar 2005. Ix-xogħolijiet jinkludu l-bini mill-ġdid tal-parti tat-triq minn Triq La Vallette sa fejn il-flats il-ġodda tal-gvern. Ix-xogħolijiet hu maħsub li jibdew l-Erbgħa, 2 ta' Frar, 2005 u l-kostruzzjoni tat-triq hi mistennija li titlesta fi żmien sitt ġimgħat.

Rabat — Triq Għeriexem

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qatt xi darba saritx spezzjoni ta' Triq Għeriexem fir-Rabat peress li din tinsab f'xifer madwar żewġ sulari 'il fuq mill-għelieqi, barra li tinsab f'qagħda mħarbta jidher ukoll li m'għandhiex pedamenti sodi biżżejjed? Jekk le, jista' jikkonsidra li ssir tali spezzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Fgura — Triq tax-Xemx u l-Qamar

Question

Peress li fl-aħħar jidher li beda x-xogħol fi Triq tax-Xemx u l-Qamar, Fgura, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħajt li hemm fit-tarf tat-triq lejn Carmel Street hux se jitwaqqa' sabiex it-triq titwessa'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jibni l-ħajt fuq in-naħa ta' ġewwa ta' din l-għalqa qabel ma jinħat il-ħajt ta' barra, minħabba raġunijiet ta' sigurta' għal affarijiet tal-bidwi. Kif jitlesta dan ix-xogħol, il-ħajt ta' barra ser jitwaqqa' u b'hekk din it-triq titwessa'.

Rabat — Venda tal-Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-venda tar-Rabat għadha ma marritx fi Triq Santa Rita? Jista' jara li din it-talba tiġi milqugħa mmedjatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi preżentament l-arranġamenti huma li kollox jibqa' jaħdem kif inhu, jiġifieri sad-9.30 ta' filgħodu il-venda tkun fi Triq Santa Rita u wara id-9.30 ta' filgħodu il-venda tkun is-Saqqajja. Filfatt teżisti pjanta iffirmata fil-21 ta' Frar 2003, fejn sar qbil bejn l-Awtorita' Dwar it-Trasport, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali tar-Rabat illi l-venda tibqa' is-Saqqajja.

Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' — Club houses

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-ministeru tiegħu, id-dipartiment ta' l-artijiet u l-konsorzju MIDI dwar it-trasferiment tal-blokk ta' Club Houses lill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8943.

ADT — Kodiċi ta' dixxiplina għax-xufiera tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħroġ Kodiċi ta’ Dixxiplina għax-xufiera għaliex għalkemm il-ftehim mas-sidien tat-trasport pubbliku sar f’Ottubru, għadu ma ħareġ l-ebda Kodici ta’ Dixxiplina? Jista’ jgħid min huma dawk li qed jaħdmu fuqu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Floriana — Triq Sant'Anna

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-awtorita' dwar it-trasport awtorizzat l-għeluq ta' Triq Sant'Anna fil-Floriana fl-istess żmien meta taf li t-triq quddiem Pinto Wharf tinsab magħluqa wkoll għat-traffiku? Jikkonferma l-Ministru li dan hu nuqqas ta' ippjanar serju min-naħa ta' l-ADT? Jista' il-Ministru jinnota li se jiġu kkawżati ħafna konġestjonijiet tat-traffiku bla bżonn minħabba din id-deċiżjoni? Jaqbel il-Ministru li dan jikkonferma li minkejja li d-dipartiment tat-toroq sar awtorita', xorta waħda mhux qed jaqdi d-doveri tiegħu b'mod professjonali kif inhu mistenni mill-poplu li qed iħallas it-taxxi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li qed isir bħalissa mill-Awtorita' Dwar it-Trasport fi Triq Sant’ Anna qed isir għal żewġ raġunijiet. L-ewwel skop huwa li tiġi rranġata l-ġeometrija fil-parti bejn Pjazza Robert Sammut u Portes Des Bombes biex tiġi mtejba s-safety tat-triq. Fl-istess waqt qed isiru l-alterazzjonijiet neċessarji b’konnessjoni mall-proġett tal-Park and Ride. L-Awtorita' Dwar it-Trasport għamlet il-konsultazzjoni kollha meħtieġa ma’ dawk kollha kkonċernati fosthom il-Kunsill Lokali Floriana u t-Taqsima tal-Xogħlijiet li bħalissa qed tieħu ħsieb ix-xogħol fit-Triq ta’ ħdejn Pinto Wharf. Fl-istess waqt, qed jiġi assigurat li fl-ebda ħin Triq Sant’ Anna ma qed tingħalaq għat-traffiku li jkun ħiereġ mill-Belt u l-Floriana billi il-parti tal-karreġġjata fuq in-naħa ta’ ġewwa għadha miftuħa għat-traffiku. Biex ikompli jitnaqqas l-inkonvenjent għat-traffiku, il-pelican lights fi Triq Sant’ Anna ġew mitfija bil-għan li jiġi minimizzat il-waqfien tat-traffiku. Fl-istess waqt gew irranġati is-subways f’din it-triq. L-Awtorita’ Dwar it-Trasport ħadet prekawzzjoni meħtieġa għal meta tinbeda it-tieni parti tal-proġett billi ġiet provduta rotta alternattiva minn Triq Sant Anna għal Hornworks Ditch għal Belt il-Ħażna u lura għal Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda. Ix-xogħlijiet fuq dan il-junction diġa' kienu posposti darb'oħra minħabba l-biża' li l-perjodu tal-kuntratt jittawwal għaż-żminijiet tal-Milied. Minħabba proġetti oħra fuq junctions oħra fl-istess triq ma kienx possibli li x-xogħol jerġa jiġi pospost. Dwar l-aħħar parti tad-domanda ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta-Toroq dejjem qeda d-dmirijiet tiegħu u mexa skond il-prijoritajiet u l-urgenza tax-xogħol.
Leg 10 PQ #10180 Sitting 226 2005-01-27 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Dħul f'Malta ta' karozzi second-hand

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Rabat, Malta — Triq Ġorġ Borg Olivier

Question

Jista' il-Ministru jiċċara eżatt ta' min hi r-responsabbilta' għall-immaniġjar tat-traffiku minn Ġorġ Borg Olivier Street, ir-Rabat, Malta? Jista' jgħid jekk il-kunsill lokali tar-Rabat għandux ir-responsabbilta' għall-immaniġjar tat-traffiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat mhux ikklassifikata bħala triq arterja u lanqas triq distributorja. Bħal kull triq oħra li taqa' fil-konfini tal-Kunsill Lokali, il-proposti ta' immaniġġar tat-traffiku jiġu mressqa għand l-Awtorita' dwar it-Trasport mill-Kunsill Lokali u flimkien jiġu diskussi tali proposti minn aspett tas-sigurta' fit-toroq u skond il-ħtiġijiet tal-lokal.