Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5139 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – Preżentazzjoni ta’ Accounts

Question

Permezz tal-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji, jista’ l-Ministru jgħarraf meta ġiet irreġistrata l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk mit-twaqqif tagħha sal-lum hux dejjem ippreżentat l-accounts tagħha? Jekk le, ta’ liema sena ma ppreżentatx? Jista’ jgħid bħala proċedura x’miżuri jittieħdu kontra dawk il-kumpaniji li ma jippreżentawx l-accounts annwali kif suppost? F’dak il-każ, x’passi ttieħdu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatamentġiet irreġistrata fl-20 t’Awissu 2007. Il-kumpanija riċentement ikkonsenjat għar-reġistrazzjoni l-accounts abridged tagħha tal-2008. Sal-lum, il-kumpanija naqset milli tikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni l-accounts għas-snin 2009, 2010 u 2011. Għal dawn in-nuqqasijiet ir-Reġistratur impona diversi multi skond il-liġi.
Leg 12 PQ #5140 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta' Malta — Survey fost l-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar is-survey li l-Bank Ċentrali se jagħmel fost l-impjegati tiegħu mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija ntgħażlitx b’sejħa pubblika jew b’direct order? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-iskop ta’ dan is-survey, jekk hux se jsir mal-impjegati kollha klerikali jew le, u meta sar l-aħħar survey simili? Jista’ jgħid ukoll kif ġiet komunikata l-aħbar li se jsir dan is-survey mal-impjegati tal-Bank Ċentrali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, ġiet magħżula skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti li jirrikjedu li għal kuntratti sa €25,000 il-Bank joħroġ quotations lil tal-inqas ħames kumpaniji li jipprovdu dan is-servizz. Il-bord li għamel l-evalwazzjoi rrakkomanda li l-offerta tingħata lil kumpannija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament għall-prezz ta €3,894. L-iskop ta’ dan is- survey huwa li tinġabar informazzjoni mill-impjegati kollha tal-Bank (eżekuttivi, klerikali u nonklerikali) dwar kif dawn jaħsbuha fuq l-impjieg tagħhom, kif iħossuhom dwar l-impjieg tagħhom u x’inhi l-perċezzjoni tagħhom fuq dan l-impjieg. Għal dan il-għan, is- survey kien jikkonsisti f’mistoqsijiet dwar il-moral tal-impjegati tal-Bank; is-sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol; il-benefiċċji; ir-relazzjonijiet u l-komunikazzjoni fil-Bank; l-opportunitajiet ta’ żvilupp u taħriġ; l-i staff retention u s-sistema ta’ rappurtaġġ fuq il-livell ta’ performance tal-impjegati. Dan huwa l-ewwel survey ta’ dan it-tip fost l-impjegati tal-Bank Ċentrali. L-aħbar ġiet komunikata permezz ta’ ittra mibgħuta mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali lil kull impjegat tal-Bank bil-posta interna fit-23 ta’ Settembru 2013.
Leg 12 PQ #3666 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-Ministeru, tad-Dipartiment tal-Lottu, IRD, VAT, Kuntratti, EPD, tad-Dwana u t-Tezor; kif ukoll fil-kas tal-MFSA, FIAU, NSO u l-Borza ta’ Malta r-risposta hija fin-negattiv. Din l-informazzjoni ma tinkludix dettalji ta’ konsulenzi li setgħu ngħataw mill-Bank Ċentrali.
Leg 12 PQ #4391 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4872 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konferenzi u laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5089 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

taxxa fuq id-dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li d-dħul tagħhom kien intaxxat bir-rati indikati fl-Art. 56(1) proviso (c) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123) għal individwu li ma jkunx residenti f’Malta, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom huma ċittadini Maltin u kemm mhumiex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma ukoll li ghal fini ta Taxxa tad-Dħul id-Dipartiment ma jzomm ebda informazzjoni rigward iċ-ċittadinanza ta individwi.
Leg 12 PQ #4287 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni miċ-Ċina – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq oġġett li ġab miċ-Ċina u qed isib ħafna ostakli biex idaħħalhom Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4800 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — riklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #3651 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4085 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Festi – għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tingħata għajnuna finanzjarja għall-festi? Kemm ingħatat għajnuna għall-festi f'dawn l-aħħar ħames snin mill-fond tal-kawżi ġusti? Jista’ jingħata l-ammont ta' għajnuna kull sena, maqsum bil-lokalità u għal liema kumitat/festa rispettiv/a?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4811 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti — pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord il-ġdid tal-Fond għall-Kawżi Ġusti minn April 2013 sal-lum? Liema kienu dawk l-għaqdiet li sarilhom il-pagament dovut lilhom fl-istess żmien, u liema huma l-għaqdiet li qed jistennew pagamenti mill-istess bord?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4057 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Spiża biex issir mistoqsija parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor kemm tiġi tiswa biex titwieġeb mistoqsija parlamentari, inkluż ir-riċerka?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża tvarja minn mistoqsija għall-oħra.
Leg 12 PQ #4368 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-kas ta’ l-MFIN, il-Lottu, it-Teżor, l-IRD, il-VAT, il-Kuntratti u d-Dwana; u kif ukoll fir-rigward tal-MFSA, l-EPD, l-FIAU, l-MSE u l-NSO ir-risposta hija fin-negattiv. Il-Bank Ċentrali mhux inkluż f’din ir-risposta.
Leg 12 PQ #3997 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Income tax – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha problema dwar l-income tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba. Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat- Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.
Leg 12 PQ #3995 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Kuntatt mad-Direttur tat-Taxxa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mad-direttur tat-taxxa fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex ikunu magħrufa dettalji tal-każ. Wara sar kuntatt mal-Ministeru li min-naħa tiegħu qed jikkunsidra l-każ
Leg 12 PQ #4653 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: TONIO FENECH To: Ministeru għall-Finanzi

Budget — qtugħ ta' fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-budget li ġie approvat f'April li għadda għal din is-sena, għal kull Ministeru, dipartiment, aġenzija jew entità li tirċievi sovenzjoni mill-Gvern, kemm inqattgħu fondi, minn liema allokazzjonijiet u x'kienet ir-raġuni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4654 Sitting 57 2013-10-02 Oral · Final From: TONIO FENECH To: Ministeru għall-Finanzi

Xogħlijiet li ngħataw b'direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu id-direct orders li ngħataw mid-9 ta' Marzu 'l hawn f'kull Ministeru, entità pubblika, kemm kienu l-ammonti li ngħataw, x'kien ix-xogħol rikjest, għaliex ingħataw b'direct order u kemm minnhom l-approvazzjoni mill-Finanzi ingħatat wara t-talba għal konsenja, xogħol jew servizz kienet saret?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #4352 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru għall-finanzi attenda l-laqgħat kollha tal-ECOFIN.
Leg 12 PQ #1890 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-Kuntratti, id-Dwana, l-IRD, l-FIAU, l-EPD u l-Lottu r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #3875 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Taxxa fuq id-Dħul – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kellha tirċievi xi arretrati fuq taxxa tad-dħul imma s’issa għandha bla risposta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba. Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli nterpellant li dwar materja bħal din. Kien ikun bizzejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana jew ċemplet il-Call Centre fejn normalment jiġu ttrattati kaijiet bħal dawn minn taqsima apposta.