Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — rranġar fil-faċċata ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi verifikat każ ta' rapport ta' xogħol ta' tiswijiet fil-faċċata tal-post tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex jiġi verifikat il-każ imsemmi. L-inkwilin diġa ġie nfurmat bid-data ta’ meta se ssir l-ispezzjoni.

Awtorità tad-Djar – Messaġġiera u minor staff

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li ħadd mill-messaġġiera u l-minor staff ingaġġati mill-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum, ma kien diġà gawda minn skema ta’ irtirar kmieni minn xi entità oħra governattiva?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Valur ta’ integrazzjoni — għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta’ għajnuniet jagħti l-Gvern sabiex ikunu jistgħu jsiru xi tip ta’ inizjattivi/proġetti fil-komunitajiet biex jissaħħaħ il-valur tal-integrazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku

Djar tal-Anzjani fil-Belt Valletta, Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' dawk id-djar tal-anzjani, night shelters jew day centres għall-anzjani ppjanati fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera u għal kull waħda jgħid fiex se jkun qed jikkonsisti l-proġett, f'liema stadju qiegħed u meta se jibda jopera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti, u jagħti break down tal-lokalità fejn huma residenti l-applikanti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,163 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva u l-applikanti qegħdin japplikaw mil-lokalitajiet kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – talba għal stallazzjoni ta’ lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet u/jew blokks ta' appartamenti li għalihom l-Awtorità tad-Djar għandha talba biex jiġu stallati lifts fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħlas ta’ kirja tal-Gvern – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi rivedut il-każ ta' din il-familja rigward ħlas ta' kirja tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sinjura in kwestjoni kienet applikat biex tpartat il-post nhar is-7 ta’ Frar, 2007. L-applikanta ġiet allokata post din is-sena bi tlett kmamar tas-sodda ġewwa Santa Lucija. Il-kera nħadmet fuq id-dħul tas-sena l-oħra u s-sussidju li tikkwalifika għaih. Peress li l-Awtorita’ ma ġietx mgħarrfa bit-tnaqqis fid-dħul tagħha, il-kera ma setgħatx tittnaqsilha. L-Awtorita’ ser terġa’ tevalwa l-każ tagħha skont iċ-ċirkostanzi u l-kriterji eżistenti fi ħdan l-Awtorita’.

Awtorità tad-Djar – Head Executives – Livell ta’ Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiċi għandha l-persuna magħżula biex tokkupa l-kariga ta’ Head Executive fl-Awtorità tad-Djar? Jekk il-kwalifiċi mhumiex mill-Università ta’ Malta, jista’ jikkonferma li l-persuna magħżula għandha mhux anqas minn Masters MQF level 7 kif normalment jintalab f’karigi tal-għola livell? Jista’ jpoġġi l-verifika u l-validazzjoni tal-MQF level tal-kwalifika li għandha din il-persuna fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema Executive Head qed jirreferi.

Awtorità tad-Djar – ingaġġ ta’ periti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm periti li jagħtu s-servizz tagħhom lill-Awtorità tad-Djar? Fuq liema bażi huma ingaġġati dawn il-periti? F’kull każ, x’inhu l-pakkett finanzjarju, il-perkaċċi u l-benefiċċji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — periti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-periti li taw is-servizz tagħhom lill-Awtorita tad-Djar mill-2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ jgħid meta bdew l-ingaġġ, fuq liema bażi u b’liema kundizzjonijiet? Jista’ jagħti r-raġuni għat-terminazzjoni ta’ dawk il-periti li m’għadhomx mal-awtorità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – Messaġġiera u minor staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm messaġġiera u minor staff li jagħtu s-servizz tagħhom lill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jagħti rendikont ta’ kif inhuma maqsuma dawn il-karigi? Kemm minn dan l-istaff daħal mal-awtorità minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 5 messaġġiera, u 3 community workers fuq skema tal-ETC, ‘Community Work Scheme’ li qed jagħtu servizz ta’ messaġġiera lill-istess Awtorità. Tlieta mill-messaġġiera msemmija daħlu jaħdmu mal-Awtorità minn Marzu 2013 sal-lum.

Awtorità tad-Djar – Ingaġġ ta’ Messaġġiera u minor staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew ingaġġati l-messaġġiera u l-minor staff tal-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum? Fuq liema bazi huma ingaġġati dawn l-staff?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni magħżula għall-pożizzjoni ta’ messaġġiera ġew ingaġġati wara li l-Awtorità kisbet l-permessi kollha meħtieġa, ħarġet sejħa interna u wara ħarġet sejħa permezz tal-ETC, skont il-proċeduri stabbiliti għal dawn l-aħħar snin. Il-messaġġiera magħżula ġew ingaġġati fuq bażi indefinita.

Awtorità tad-Djar – Messaġġiera u minor staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-rekwiżiti mitluba biex ġew ingaġġati l-messaġġiera u l-minor staff tal-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum? Kemm applikaw persuni għal dan il-post? Kemm minnhom ġew short listed għall-interview?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżiti mitluba biex ġew ingaġġati l-messaġġiera tal-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum kien dak ta’ school leaving certificate. Għal dan il-post ta’ messaġġiera kien hemm 310 kandidati li minnhom 21 kienu shortlisted biex issirilhom intervista.

Awtorità tad-Djar – Head Executives

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Head Executives fl-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid jekk dan in-numru inbidilx bejn Marzu 2013 u llum? Jekk kien hemm bdil fin-numru, għaliex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar qabel Marzu 2013 kellha 3 Executive Heads waqt li llum hemm 5. Ir-raġuni hija li kien hemm żewġ posizzjonijiet ta’ Executive Head li kienu battala u issa mtlew.

Awtorità tad-Djar – Head Executives – perkaċċi, benefiċċji u paga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’paga, perkaċċi u benefiċċji kien hemm marbuta mal-kariga ta’ Head Executive fl-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – Head Executives

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ Head Executive fl-Awtorità tad-Djar hijiex waħda fuq bażi ta’ perijodu definit jew perijodu indefinit? Fil-każ kemm hu t-terminu marbut mal-kariga?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal-liema Executive Head qed jirreferi.

Awtorità tad-Djar – Kariga ta’ Head Executives

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk biex imtliet il-kariga ta’ Head Executive fl-Awtorità tad-Djar intalbux il-permessi mill-awtoritajiet konċernati inkluż il-PAHRO u l-Finanzi? Mingħand min intalbet l-awtorizzazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar kisbet l-permessi kollha neċċessarji mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-PAHRO u l-Finanzi.

Awtorità tad-Djar – Sejħa għall-Head Executives

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna magħżula biex tokkupa l-kariga ta’ Head Executive fl-Awtorità tad-Djar ġietx magħżula wara sejħa pubblika jew imqar wara sejħa interna? Jekk din il-persuna ġiet magħżula direttament bħala position of trust, kien hemm awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex din il-kariga tiġi magħżula mingħajr sejħa? Min awtorizza din is-sejħa b’dan il-mod?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal-liema Executive Head qed jirreferi.

Awtorità tad-Djar – Head Executives

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi gradi kienet tokkupa din il-persuna magħżula biex tokkupa l-kariga ta’ Head Executive fl-Awtorità tad-Djar, minn meta daħlet mal-Awtorità u qabel ma’ intgħażlet biex tieħu l-kariga l-ġdida?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal-liema Executive Head qed jirreferi.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9660 u jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informaqzzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.