Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Diċembru 2013 u Jannar 2014 ġew trasferiti mija u sitta w ħamsin ( 156 ) u mija u disa’ w sebgħin ( 179 ) pazjent rispettivament mill-Isptar Mater Dei għall-isptarijiet eżistenti.

Sptar Mater Dei – Djar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-b’mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fix-xhur imsemmija ddaħlu tatal ta’ 60 pazjent fid-djar tal-anzjani tal-Gvern eżistenti mill-Isptar Mater Dei.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda xogħol lill-persuna msemmija.

Wied il-Għajn – Triq il-Blajjiet – dwal fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jassisti finanzjarjament lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn sabiex Triq il-Blajjiet minn Triq iż-Żonqor sa Triq Hurds Bank għal stallazzjoni ta’ dawl fit-triq billi hija kompletament fid-dlam?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat responsabbli mill-Kunsilli Lokali.

Problema fuq kont — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha kont pendenti u tinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kuntatt li għamlet l-ARMS Ltd mal-familjari tal-anzjana, irriżulta li ma hemm l-ebda lment dwar dan il-kont.

Awtopsji — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru awtopsji (fuq bnedmin) matul dawn l-aħħar disa' xhur? Kemm minn dawn l-awtopsji għad m'għandhomx ir-rapport finali tagħhom li ġie konkluż u li ntbagħat għand l-awtoritajiet koncernati, biex igħaddi għand il-familjari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, f’dawn l-aħħar disa’ xhur (minn Lulju 2013 sa Marzu 2014), kien hemm 196 awtopsji (fuq bnedmin) irrapurtati lir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet. Minn dawn kien hemm 3 awtopsji li għad m'għandhomx ir-rapport finali tagħhom.

Glyphosate — allegazzjonijiet

Question

Billi minn żmien għall-ieħor qed ikun hemm referenza ta’ allarm għal dak li jikkonċerna l-glyphosate, f'Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru ħassx il-bżonn li jiġu investigati dawn l-istess allegazzjonijiet, iktar u iktar meta wieħed iqis li r-rapporti li saru fil-media huma tali li joħolqu allarm? Jista’ jgħid x'passi ttieħdu s’issa mill-Ministeru dwar dan is-suġġett?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Laħam – Prodotti kkunsmati fl-isptarijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru tas-Saħħa jagħmilx xi kontrolli biex jikkonferma li l-prodotti tal-laħam li jiddaħħlu fl-isptarijiet u fil-postijiet pubbliċi l-oħra (marbuta mas-saħħa) fejn jiġi kkunsmat il-laħam, ikunu fil-fatt prodotti f'Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

M’hemm ebda obligu legali, li prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem fl-isptarijiet, f’istituzzjonijiet oħra tas-saħħa jew stabbilimenti oħra tal-ikel huma meħtieġa li jkunu prodotti ta’ Malta.

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin: a. Anqas minn tliet xhur; b. Tliet u sitt xhur; c. Seba’ u tnax-il xahar; d. 13-il xahar u 24 xahar; u e. Aktar minn 36 xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei f’Diċembru 2013 u Jannar 2014 u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Testijiet tad-demm li saru fl-Isptar Mater Dei, f’Diċembru 2013 huwa ta’ ħames mija, u ħamest elef, mitejn u ħamsa u għoxrin (505,225); f’Jannar tal-2014 saru ħames mija, tlieta u disgħin elf, seba’ mija u sitta u tmenin (593,786).

Ċentru tas-Saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull Ċentru tas-Saħħa f’Diċembru 2013 u Jannar 2014 u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numri ta’ pazjenti li sarilhom test tad-demm huwa kif ġej: Diċembru 2013 - tmient elef disa’ mija u ħamsin (8,950) u f’ Jannar 2014 – għaxart elef, disa’ mija u tnejn u sittin (10,962). Il-fuguri juru żieda ta’10.5% għal Diċembru 2013 fuq Diċembru 2012, u żieda ta’ 16.5% għal Jannar 2014 fuq Jannar 2013. Ħafna drabi ikun sar aktar minn test wieħed lil kull pazjent Ma tinzammx statistika għal kull tip ta’ test li ittieħed ħlief ta’ l-INR.

Testijiet CT-Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014 u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar

Testijiet CT Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ persuni li qed jistennew għal CT Scan huwa ta’ elf, ħames mija u erbatax (1,514). In-numru ta’ persuni li qed jistennew MRI huwa ta’ tlett elef, seba’ mija u tnax (3,712).

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #9078 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Crisis Intervention Team

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm raw nies il-Crisis Intervention Team fis-sena 2013 u din is-sena u jagħti break down xahar b'xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Crisis Team raw total ta’( seba’ mija w wieħed ) 701 persuna fit-2013 u total ta’ ( mija w sbatax ) 117 f’din is-sena 2014 minn Jannar sa Marzu. Dettalji għal kull xahar jidhru fit-tabella. 2013 Jannar 52 Frar 54 Marzu 50 April 57 Mejju 63 Gunju 67 Lulju 77 Awissu 68 Settembru 66 Ottobru 63 Novembru 41 Dicembru 43 Total 701 2014 Jannar 53 Frar 33 Marzu 31 Total 117

Colestyramine sachets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-colestyramine sachets qegħdin out of stock fil-POYC però fl-istess ħin l-isptar għandu stock tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir biex tittaffa l-problema ta’ parkeġġ li hemm għall-ħaddiema u paramediċi tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Ministeru għas-Saħħa bħalissa qed jistudja d-diversi għażliet li għandu biex tittaffa l-problema tal-parkeġġ għal dawn il-ħaddiema.

Sptar Monte Karmeli – servizz ta’ psikjatra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex pazjenti li jidħlu l-Isptar Monte Karmeli anke b’kundizzjonijiet psikotiċi gravi jew anke suwiċidali jridu jistennew minn jumejn sa ġimgħa sabiex jarahom il-konsulent psikjatra,u dan għax uħud minn dawn il-konsulenti jattendu l-Isptar Monte Karmeli darba fil-ġimgħa biss tant li jekk dik il-ġurnata li fiha jattendi tinzerta festa pubblika il-pazjent ikollu anke jistenna sa ġimagħtejn mingħajr ma jarah il-konsulent psikjatra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Kuljum isir ward round mit-Tobba psikjatri biex jaraw il-pazjenti kollha. Il- Multidisciplinary Team jiltaqa biex jara l-pazjenti regolarment.

Reverse osmosis – water produced

Question

Can the Minister provide the official cost of water produced by the three reverse osmosis plants, as well as the polishing plant in Gozo (in EUR/year and in EUR/m3), and the cost of sewage treatment at the three sewage treatment plants (also in EUR/year and in EUR/m3) and provide a detailed break down of these costs in 2013 (e.g. electricity at EUR/kWh, chemicals, salaries, sludge transport and disposal costs, depreciation, etc.)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Prodotti barranin mibjugħa bħala prodotti lokali — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9046 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm każijiet matul l-aħħar 12-il xahar, li wara spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-dipartimenti konċernati, ittieħdu passi kontra min kien qed ibiegħ laħam li ġie f'Malta minn barra, li iżda kien qed jinbiegħ bħala prodott lokali (frisk jew iffriżat)? Fejn instabu l-każijiet, u x'tip ta’ laħam instab? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Matul l-aħħar 12-il xahar, (Marzu 2013 sa Marzu 2014), uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali filwaqt li ghamlu sitt elef, mija u disgha u hamsin (6,159) spezzjoni f’postijiet ta’ l-ikel madwar Malta u Għawdex, waqt l-ispezzjonijiet tagħhom f’stabbilimenti tal-ikel ma sabu l-ebda każ ta’ laħam li ġie Malta minn barra u li kien qed jinbiegħ bħala prodott lokali.