Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Marzu 2005 kien hemm 91 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Marzu 2005
Against morals/honour of family
4
Arson
6
Attempted offences
145
Bodily harm
86
Crimes against public safety
1
Damage
254
Drugs
12
Forgery
2
Fraud
11
Illegal Immigration
14
Prostitution
3
Sexual offences
3
Theft
901
Threats and private violence
5
Violence against public officers
10
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11676, jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga u jgħid għaliex ċittadini li jkollhom każ fil-qorti tal-familja u jkunu akkumpanjati mill-avukat/prokuratur legali ma jitħallewx li jkollhom aċċess (dħul jew ħruġ) mill-bieb ta' Triq Santa Luċija, minkejja li jkunu akkumpanjati?
Għaliex is-sigurta' f'dan l-aċċess ma tiġix eżerċitata bl-istess mod kif isir fil-bieb prinċipali u b'hekk tiġi evitata tip ta' diskriminazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hija miżura ta' sigurta li ma tħallix lill-pubbliku in ġenerali jidħol jew joħroġ mill-bieb ta' Triq Santa Luċija anke jekk akkumpanjat mill-avukat/prokuraturi legali.
M'huwiex possibli li l-aċċess mill-entratura li hemm mill-bieb fi Triq Santa Luċija isir bl-istess mod kif isir fil-bieb prinċipali peress li l-ispazju li hemm preżentament ma jiflaħx li jkun hemm walk through metal detactors. Id-Diviżjoni tal-Qorti qed tistudja possibiltajiet oħra sabiex tassigura s-sigurta' fil-bini tal-Qorti.
Fil-preżent, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema hi l-aktar kawża li ilha pendenti fil-qrati ta' Malta u ta' Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kawża li ilha l-aktar pendenti fil-Qrati ta' Malta tmur lura għas-sena 1931, filwaqt illi fil-każ tal-Qrati ta' Għawdex, l-aktar kawża pendenti tmur lura għas-sena 1958.
Fil-preżent, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-maġistrati u l-imħallfin f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. L-istatistika tinkludi n-numru ta' kawżi maqtugħa (deċiżi), Imħallef b'Imħallef.
L-istatistika tmur lura għas-sena 2000 u hija aġġornata sa Marzu 2005.
Qiegħed inpoġġi kopja ta' l-istatistika tax-xahar ta' Marzu 2005 fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena li tressqu l-qorti matul is-sena 2004?
Kemm minnhom kienu taħt is-16-il sena li tressqu l-qorti fl-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 1,205 kumpilazzjoni mibdija kontra persuni taħt it-30 sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi lill-pulizija li fihom kienu involuti direttament u indirettament barranin mis-sena 2000 sa l-2005? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li għamlu rapporti lill-Pulizija dwar xi tip ta’ reat f’dawn l-aħħar sitt snin huwa kif muri hawn taħt:
Sena
2000
2001
2002
2003
2004
2005*
Numru ta’ Persuni
2,630
2,216
2,452
2,393
2,917
394
*sal-31 ta’ Marzu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux permess li persuna jkollha airgun bla liċenzja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi airgun taqa' taħt it-tifsira ta' "armi tan-nar" skond l-Ordinanza dwar l-Armi u għaldaqstant mhux permess li tinżamm mingħajr liċenzja meħtieġa skond l-istess Ordinanza.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex iċ-ċenswalisti tal-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - qed jiġu mċaħħda milli jixtru d-dirett dominju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li wieħed miċ-ċenswalisti tal-fond in kwistjoni applika biex jifdi ċ-ċens, iżda peress illi irriżulta li l-fond ma kienx qiegħed jintuża għal skop residenzjali huwa ma kkwalifikax taħt l-iskema tal-fidi attwali tal-Uffiċċju Konġunt. Huwa kien infurmat b'dan u kien infurmat ukoll li d-Dipartiment kien lest joħroġ sejħa għall-offerti għall-bejgħ tad-dirett dominju temporanju.
Fis-7 ta' Diċembru 2004 l-avukat ta' l-istess applikant, informa lid-Dipartiment li l-klijent tiegħu aċċetta li toħroġ sejħa għall-offerti, iżda fl-14 ta' Marzu 2005 l-istess avukat kiteb għan-nom taċ-ċenswalisti kollha li huma rtiraw il-kunsens tagħhom biex toħroġ din is-sejħa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga u x'tip kienet minn Jannar 2005 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta’ droga li nqabdet mill-Pulizija bejn l-1 ta’ Jannar u l-11 ta’ April ta’ l-2005 huwa kif muri hawn taħt:
Tip
Jannar
Frar
Marzu
April
Cocaine
0.3g
45.5g
6.3g
2g
Heroin
234.6g
73.415g
2kg367.45g
-
Cannabis grass
1kg861.3g
-
-
-
Cannabis resin
16.4g
197.81g
3kg264.8g
260.5g
Ecstacy
5.5 tablets
5 tablets
10345.5 tablets
2553 tablets
DHC
11 tablets
15 tablets
-
-
Valium
-
-
2 tablets
-
Halcion
-
-
4 tablets
-
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellna każi ta' usura li tressqu l-qorti u x'sentenzi ngħataw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Qrati tal-Maġistrati (Malta) ġew ippreżentati tmintax-il każ ta' użura filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali jew Istrutturija, ma kien hemm ebda każ. Minn dawn ingħataw tlett sentenzi, l-oħrajn għadhom pendenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati inċidenti tat-traffiku li fihom weġġgħu tfal fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni taħt is-sittax-il sena li weġgħu f'inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-Pulizija f'dawn l-aħħar sitt snin huwa kif muri hawn taħt:
Feriti
2000
2001
2002
2003
2004
2005*
Fatali
1
1
0
1
0
1
Gravi
21
26
26
14
22
5
Ħfief
89
86
111
70
71
19
Total
111
113
137
85
93
25
*sal-31.03.05
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ċittadini ta' pajjiżna talbu l-għajnuna tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu tas-sena 2005, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu total ta' 872 sejħiet għal assistenza. Minn dawn, 68 kienu hoax calls.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali f'pajjiżna dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10251, ninsab infurmat illi fis-sena 2005, s’issa waslu 19.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hija sospiża minn xogħlha fil-ħabs mingħajr spjegazzjoni ta' xejn u kemm ilha sospiża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qatt ma ġiet sospiża. Hija ġiet mitluba tieħu 'forced leave'.
Din il-persuna li ilha fuq 'forced leave' mill-4 ta' Ġunju 2004, ġiet infurmata bil-miktub dwar l-azzjonijiet li kienu ser jittieħdu kontra tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jelenka l-menu tal-breakfast, ta' l-ikla ta' nofsinhar u ta' filgħaxija li ngħataw il-ħabsin din il-ġimgħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għal ġimgħa ta’ bejn il-11 ta’ April 2005 u s-17 ta’ April 2005 fil-ħabs ġie provdut dan l-ikel kif elenkat fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija by naturalisation Ref: CEA/NAT325/2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant wasal fl-aħħar stadju u malli tittieħed deċiżjoni, l-applikant jiġi nfurmat minnufih.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni u l-ipproċessar tagħha għal working permit ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix regolarment Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant għandha liċenzja valida sat-30 ta' Ġunju 2005.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates ma rċieva ebda talba s'issa biex din il-liċenzja tiġi mġedda.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum għadha ma ħarġitx il-liċenzja u l-permess tal-kaċċa tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - meta dan għadda mill-eżami tat-test u kollox?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-liċenzja tal-kaċċa mill-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet ġiet rifjutata u fil-preżent ma hemm ebda talba għall-liċenzja tal-kaċċa minn din l-istess persuna pendenti mal-Pulizija.
B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk:-
id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?
Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jikkonċerna d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11313.
Ninsab infurmat ukoll illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu żewġ skrivani tiegħu li huma assenjati ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u li s-salarju tagħhom hu a karigu ta' l-istess Dipartiment.