Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċensiment Nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10041 u 10201 u cioe' jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir iċ-ċensiment nazzjonali li jsir kull għaxar snin? Jista' jgħid kemm se jqum dan iċ-ċensiment? Meta se jsir? Liema oqsma tal-ħajja se jkopri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10041.

Boroż tal-Plastic — Taxxa ta' l-Eco-Tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10056, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe', jgħid jekk il-boroż tal-plastic li jiġu mgeżwrin fihom ħwejjeġ u affarijiet oħra għall-bejgħ humiex intaxxati bl-eco-tax? Min iħallas l-eco-tax fuq xogħol importat minn barra f'każi fejn hi applikabbli din it-taxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk il-boroż tal-plastik li jkun hemm imgeżwra fihom oġġetti, bħal qomos, m’humiex suġġetti għal din il-kontribuzzjoni. Iżda, jekk meta jinxtara xi oġġett, dan jitpoġġa f’borża tal-plastik (shopping bag), allura dan ikun suġġett għal EKO- Kontribuzzjoni. Rigward l-aħħar parti tad-domanda: l-EKO-Kontribuzzjoni ma tiġix imħallsa ma’ l-importazzjoni imma meta jsir l-ewwel bejgħ ta’ dak l-oġġett jew prodott, sew jekk ikun impurtat jew akkwistat jew manifatturat lokalment.

President/Ministri/Segretarji Parlamentari — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fis-safar li sar minn ministri, segretarji parlamentari u l-entourage li ħadu magħhom matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Kemm kienet l-ispiża totali fis-safar li sar mill-President tar-Repubblika u l-entourage li ħa miegħu fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà tajt lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Numru 10034.

EU — Financial Perspectives

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10523 u cioe' jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-gvern biex iħares l-interessi ta' pajjiżna fix-xhur li ġejjin issa li qed jitfasslu l-financial perspectives ta' l-Unjoni Ewropea 2007-2013, bl-istatistika bħalissa turi li l-GDP ta' pajjiżna huwa 75.9% tal-medja Ewropea u allura ma nikkwalifikawx iżjed għall-fondi taħt Objective 1?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġà ntqal f’diversi fora, l-Gvern ma jistax jaċċetta li Malta ma tibqax titqies li tikkwalifika kompletament bħala reġjun Convergence (Objective 1) sempliċiment għax minħabba l-‘effett statistiku’ l-GDP tagħha kellu jogħla aktar minn 75% tal-medja tal-25 pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Din ser tibqa’ l-pożizzjoni tal-Gvern Malti waqt in-negozjati li qed isiru fl-Unjoni Ewropea fuq il-Perspettivi Finanzjarji.

Pensjoni

Question

Billi l-anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ilu żmien rikoverat f'St. Vincent de Paule u billi m'għadx hemm familjari joqogħdu f'dak l-indirizz, x'inhi r-raġuni li minkejja li l-persuna l-oħra - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha żmien twil titlob biex il-pensjoni tintbagħat fl-indirizz ta' dan ta' l-aħħar billi għandha prokura fuq iċ-cheque tal-pensjoni ta' l-anzjan, it-Teżor xorta waħda qed jibqgħu jibagħtu ċ-cheques fl-indirizz antik ta' l-istess anzjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kuntratturi — Ħlas għal xogħlijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartimenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandhom jagħtu total ta’ Lm213,523, kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Lm Uffiċċju tal-Prim Ministru 2,428 Forzi Armati ta’ Malta 26,617 Dipartiment ta’ l-Informazzjoni 567 Stamperija tal-Gvern 160,017 Awtorità tax-Xandir 26,322 Nagħmel kjarifika dwar l-ammont ta’ Lm160,017 li jrid jitħallas mill-iStamperija tal-Gvern. Dan l-ammont huwa parti minn investiment f’xiri ta’ magna għall-istess stamperija liema nvestiment ġie mixtri bi ftehim, mas-supplier li l-ħlas isir fuq perjodu ta’ tlett snin bl-aħħar pagament jiġi affettwat f’Marzu 2006. Għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi r-risposta hija fin-negattiv.

Kuntratturi — Ħlas għal Xogħlijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10029 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kuntratturi — Ħlas għal Xogħlijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10029 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10029.

OPM — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Minsitru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda impjegati li għandhom aktar minn 61 sena u li jaħdmu ma’ kumpaniji/entitajiet/awtoritajiet taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fl-entitajiet tad-dekasteru tal-Finanzi hemm seba’ persuni li għandhom aktar minn 61 sena. Dawn huma: Entità Isem Kuntratt/ Konsulenza Pożizzjoni Remunerazzjoni u/jew Allowance (fis-sena) Awtorità ta’ l-iStatistika Reno Camilleri m/a Chairman Lm7,720 Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta Charles Mallia Kuntratt (part-time) Compliance Officer Lm2,000 Paul Spiteri Kuntratt (part-time) Listing Committee Chairman Lm6,500 David Pullicino Kuntratt (part-time) Listing Committee Member Lm1,500 Edward Carbone Kuntratt (part-time) Listing Committee Secretary/ Official Receiver Lm11,500 Vincent Farrugia Kuntratt (part-time) Konsulent maċ-Chairman Lm2,400 Albert Attard Kuntratt (part-time) Listing Committee Member Lm1,500

Dħul/Infiq tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, sena b'sena, it-tagħrif għal bejn l-1985 u l-2004: tad-dħul rikorrenti tal-gvern; tal-ħruġ rikorrenti tal-gvern; tad-dħul straordinarju tal-gvern; ta' l-infiq kapitali; tad-deficit strutturali; u tad-dejn tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni kollha tinsab fir-Rapport Finanzjarju Annwali maħruġ mit-Teżor f’Ġunju ta’ kull sena. S’intendi, għas-sena 2004, it-Teżor, bħal issa, qed jagħlaq il-kotba biex il-kontijiet jiġu awditjati u r-Rapport Annwali jiġi ppubblikat skond ir-Regolamenti Finanzjarji.

Heaters tal-pitrolju — Importazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati heaters tal-pitrolju kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u kemm ġie mpurtat apparat ieħor li jaħdem bil-pitrolju fl-istess żmien u x'kien l-apparat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm tliet tariffi (HS Codes) tad-Dwana li jirreġistraw l-importazzjoni ta’ apparat li jaħdem bi fuel likwidu u dawn huma: HS Code Deskrizzjoni 73211 20000 Cooking appliances/plate warmers iron/steel, for liquid fuel 73218 21000 Other non-electrical appliances for liquid fuel with exhaust outlet, iron/steel 73218 29000 Other non-electrical appliances for liquid fuel without exhaust outlet, iron/steel Kif japprezza l-Onorevoli Interpellant, l-ebda waħda minn dawn it-tariffi ma tirreferi speċifikament għall-importazzjoni ta’ heaters tal-pitrolju u għalhekk ma jistax jingħata t-tagħrif kif mitlub minnu.

VAT — Solar Water Heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-eżenzjoni mill-Value Added Tax, sa limitu ta’ Lm50, fuq solar heating energy savers, li tħabbret fid-Diskors tal-Budget, tirrappreżenta għotja ta’ darba fuq il-valur tax-xiri ta’ l-apparat. Ma hemm ebda eżenzjoni mill-Value Added Tax fuq xogħol ta’ manutenzjoni fuq apparat simili.

Bank Ċentrali — Karigi fl-istrutturi ta' l-impjiegi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi ġodda maħluqa fl-istrutturi ta' l-impjiegi tal-Bank Ċentrali? Minbarra bidliet fl-isem ta' dawn il-karigi, x'kondizzjonijiet ġodda (salarji, allowances, fringe benefits ....) hemm marbuta magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nħolqu l-ebda karigi ġodda fl-istruttura ta’ l-impjiegi tal-Bank Ċentrali. Kien hemm biss tibdil fl-isem ta’ l-għola grad fil-Bank biex tirrifletti l-funzjoni ta’ dawk il-karigi b’mod aktar preċiż. Ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet jew remunerazzjoni ta’ dawn l-impjegati.

VAT — Solar water heaters

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9914 u cioe' jgħid jekk l-eżenzjoni tal-VAT fuq solar water heaters imħabbra fil-budget tapplikax ukoll għal xogħol ta' manutenzjoni fuq l-istess sistemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9914.

Awtoritajiet governattivi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet tal-gvern? Liema huma? Kemm swiet lill-gvern kull awtorita' fl-2003 u fl-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-entijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jidhru fir-Rapport Finanzjarju tat-Teżor u fl-Estimi Finanzjarji mill-Ministeru tal-Finanzi taħt il-Kategorija “Kontribuzzjonijiet lill-Entijiet Pubbliċi” fil-Voti Rikorrenti tad-diversi Ministeri.

Bank Ċentrali — Karigi fl-istrutturi ta' l-impjiegi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9957 u cioe' jista' jgħid liema huma dawk il-karigi ġodda maħluqa fl-istrutturi ta' l-impjiegi tal-Bank Ċentrali? Minbarra bidliet fl-isem ta' dawn il-karigi, x'kondizzjonijiet ġodda (salarji, allowances, fringe benefits ....) hemm marbuta magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9957.