Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9896 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma ntitolati n-nursing officers biex jagħmlu change of duties fis-sena? Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena 1999 kienx hemm xi nursing officer li għamel iktar minn dak dovut lilu? Min huma dawn l-officers u kemm għamlu aktar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

'Change of duty' issir jew fuq talba tal-management minħabba esiġenzi tas-servizz jew inkella fuq talba ta' uffiċjal konċernat għal raġunijiet personali. Nursing Officer jista' jitlob 'change of duty' sa tliet darbiet fis-sena. Hemm ċirkostanzi fejn biex sala ma titħalliex mingħajr N.O. għal numru twil ta' ġranet li jkun vantaġġuż li 'change duty' issir aktar spiss. 'Change of Duty' ma ddaħħal lid-dipartiment la fi spejjeż addizzjonali u lanqas f'għoti ta' time-off-in-lieu. Fl-Isptar Boffa u fl-Isptar Monte Karmeli il-kwota ma nqabżitx. L-Isptar San Luqa jitlob aktar flessibilita' u fil-fatt kien hemm 13-il nursing officer li kellhom aktar minn 3 'change of duties'. Il-lista ta' ` change of duties' ta' l-N.O.'s ta' l-Isptar San Luqa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #9947 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa n-numru ta' tobba li huwa kkonsidrat adegwat sabiex jintlaħaq il-full complement fis-servizz primarju fil-komunita'? Kemm hemm tobba li qed jaħdmu f'dan is-servizz fil-preżent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' tobba li jikkostitwixxi il-full complement fis-servizz tal-kura primarja fil-komunita' huwa 104. Fil-preżent hemm 83 tabib full-time f'dan is-servizz.
Leg 9 PQ #9971 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kri tas-servizz ta' l-MRI

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet ġie mikri s-servizz ta' l-MRI u minn meta? Kemm-il pazjent intbagħat għal scan b'dan l-apparat? Kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list? Kemm ġie jiswa dan is-servizz sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jidhirlix li għandi nirrispondi domandi ta' natura kommerċjali għal raġunijiet ovvji. Minn Mejju 1997 sa l-aħħar ta' Awissu 1999 saru eżamijiet tal-MRI fuq 863 pazjent. Fl-Aħħar ta' Awissu 1999 kien hemm 179 pazjent fuq il-waiting list. Hu maħsub li d-Dipartiment tas-Saħħa ikollu l-MRI tieghu kmieni s-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #9852 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Pieta' — Ħamiem

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir dwar il-kwantita' ta' ħamiem li jittajru fuq il-Pieta' peress li dawn qed joħolqu ħafna ħmieġ b'detriment għas-saħħa tar-residenti? Jistgħu jingħataw struzzjonijiet biex dawn il-ħamiem jittajru biss minn ħdejn il-baħar biex jitnaqqas kemm jista'jkun l-inkonvenjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #9893 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — General Stores - Għamara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet ordnata għamara mill-General Stores ta' St. Luke's mill-bidu ta' Jannar sa Settembru 1999? Fiex kienet tikkonsisti l-għamara? Min kienu n-nursing officers? Lil liema swali ġew ordnati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9945 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhuma dawk il-mediċini li huma out of stock mill-polikliniċi ta' Malta u Għawdex fil-preżent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċini li kienu `out of stock` fit-30 ta` Settembru 1999 fl-ispiżeriji taċ-ċentri imsemmija huma; Raħal Ġdid; Chlorpropamide 100mg tablets Ergotamine compount tablets Methylcellulose 500mg tablets Methylsaliciylic acid ointment Metoclopramide tablets Sucralfate 1G tablets Tolbutamide tablets Vitamine B comlex tablets Furjana; Calciferol tablets Dimenhydrinate syrup Ephedrine 1% nosedrops Mebeverine tablets Methylsaliciylic acid ointment Metoprolol 50mg tablets Sucralfate 1G tablets Tolbutamide tablets Vitamine B complex tablets Qormi; Ethosuxamide syrup Mebeverine tablets Methylsaliciylic acid ointment Tolbutamide tablets Vitamine B complex tablets Ġżira; Chlorpropamide tablets 100mg Mebeverine tablets Methylsalicylic acid ointment Pyridoxine 10mg tablets Tolbutamide tablets Vitamine B complex tablets Mosta; Ergotamine compound tablets Ethosuximide syrup Methylsalicylic acid ointment Metopropol 50mg tablets Pyridoxine 50mg tablets Tolbutamide tablets Vitamin B complex tablets B`Kara Ephedrine 1% drops Fibrate capsules Hydrocortisone ointment Mesalazine 400mg tablets Methylsalicylic acid ointment Phosphate enemas Prednisolone enemas Tolbutamide tablets Tretinoin gel Vitamin B complex tablets
Leg 9 PQ #9966 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

College of Family Doctors — Retraining

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-College of Family Doctors jibda jkun involut attivament f'retraining kostanti tal-family doctors sabiex il-livell ta' kura li jingħata mill-polyclinics u sptar fuq livell primarju jitjieb dejjem aktar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi kwalunkwe inizjattiva meħuda mid-Diviżżjoni tas-Saħħa dwar training jew re-training ta` tobba li jaħdmu fiċ-ċentru tas-Saħħa il-College of Family Doctors hija waħda mill-għaqdiet konċernati li qed jiġu kkonsultati.
Leg 9 PQ #8573 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Xogħol nutarili

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għal xogħol nutarili, id-Diviżjoni tas-Saħħa dejjem tinqeda bin-Nutar tal-Gvern. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lil-Ministru konċernat. Ma sar l-ebda xogħol nutarili minn entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #9356 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Servizzi għan-Nursing — Direttorat

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna fuq liema kriterji ġiet impjegata l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fid-Direttorat tas-Servizzi għan-Nursing? Jista' jgħidilna wkoll jekk hemmx xi pjanijiet biex jiġu mpjegati aktar nies ma' dan id-direttorat u b'liema sistemi se jsiru dawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress illi d-Direttorat tan-Nursing fid-Diviżżjoni tas-Saħħa reġa ġie mogħti l-importanża li jistħoqqlu qed jintlew il-vakanzi skond kif imfassal il-Human Resources plan tad-Direttorat.
Leg 9 PQ #9357 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Trasferiment ta' żewġ koki

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-Isptar Boffa, wara li ġew trasferiti iż-żewġ koki li kien hemm f'dan l-isptar għal sptarijiet oħra, issa qed jitqassam l-ikel minn nies li xogħolhom hu tindif domestiku u li dawn kemm qabel kif ukoll wara l-ikel ikunu qed jagħmlu dan ix-xogħol ta' tindif?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhuwiex minnu li wara li ġew trasferiti ż-żewġ koki li kien hemm fl-Isptar Boffa għal sptarijiet oħra, issa qed jitqassam l-ikel minn nies li xogħolhom hu tindif domestiku u li dawn kemm qabel kif ukoll wara l-ikel ikunu qed jagħmlu dan ix-xogħol ta' tindif. Qiegħed jintbagħat kok mill-Isptar San Luqa ta' kuljum biex jaqdi l-ħtiġijiet fil-kċina ta' l-Isptar.
Leg 9 PQ #9358 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kemm fl-Isptar Monte Karmeli kif ukoll l-Isptar Boffa jeżisti ħmieġ kull fejn tħares b'għajnejk u li dan jista' jkollu effett ħażin kemm fuq il-pazjent kif ukoll fuq l-impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mhux veru li fl-Isptar Monte Karmeli u fl-Isptar Boffa jeżisti ħmieġ kull fejn tħares. Dwar l-Isptar Boffa, kull parti taqa taħt ir-responsabilita ta mpegati li xogħolhom huwa biss tindif. Ix-xogħol ta` tindif isir kuljum. Dwar l-Isptar Monte Karmeli, minbarra staff inkarigat minn tindif ta swali, ġiet imwaqqfa Unit li tieħu it-tindif ta areas komuni bħal ma huma kuriduri u ġonna. Dan il-Unit jieħu ħsieb ukoll Spring Cleaning fil-Wards. Sa l-aħħar tas-sena se jinxtara makkinarju li biħ isir il-ħasil ta` l-art, kmamar tal-banju u ħmieġ biex it-tindif isir b` mod aktar effettiv.
Leg 9 PQ #9359 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Hospital Management Committee

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Hospital Management Committee ta' l-Isptar San Luqa ilu ma jiltaqa' għal dawn l-aħħar ħames xhur għax għadu ma nħatarax chairman ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva nikkonferma
Leg 9 PQ #9295 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru Detox — Każi ta' persuni b'overdose

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8926 u 9153, jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies minn Raħal Ġdid b'overdose fl-emerġenza ta' l-Isptar San Luqa fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #8547 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet tal-Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ġew rikoverati wara li għamlu l-operazzjoni tal-bypass tal-qalb bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull pazjent operat għall-bypass jiġi rikoverat. Bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Mejju 1999, 123 pazjent għamlu operazzjoni tal-bypass tal-qalb. Jekk din mhix l-informazzjoni li jrid l-Onor. Interpellant jagħmilli domanda oħra.
Leg 9 PQ #9289 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Tarxien — Persuni b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu l-isptar persuni b'overdose mill-1990 sal-lum mil-lokalita' ta' Ħal Tarxien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif li beda jinġabar mill-1994 permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li fis-snin mill-1994 sal-31 ta' Awissu ta' din is-sena iddaħħlu fl-Isptar San Luqa 18-il każ ta' avvelenament f'persuni minn Hal Tarxien. It-terminu 'avvelenament' jew 'overdose' jinkludi tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenament aċċidentali minn kimika u sustanzi noċivi (Accidental poisoning by exposure to chemicals and noxious substances: ICD-9 code E85; ICD-10 codes X40 - X49). Kategorija B: Avvelenament intenzjonat bi drogi, medikamenti, sustanzi bijoloġiċi, kimika u sustanzi noċivi (Intentional self-poisoning by drugs, medicaments, biological substances, chemicals and noxious substances: ICD-9 code E95; ICD-10 codes X60 - X69) Kategorija C: Avvelenament minn kimika u sustanzi noċivi, fejn l-intenzjoni ma' kenitx stabilita (Poisoning by and exposure to chemicals and noxious substances, undetermined intent: ICD-9 codes E98; ICD-10 codes Y10 - Y19) Sena ____________________________________________ __________ Kategorija 1994 1995 1996 1997 1998 1999 Total _________________________________________(p arti)______ A 1 1 0 1 0 0 3 B 0 0 0 0 0 0 0 C 3 0 3 3 4 2 15 Total 4 1 3 4 4 2 18 ______________________________________________ ________
Leg 9 PQ #9341 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Istitutional Health - Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttur of Institutional Health tad-Dipartiment tas-Saħħa huwiex permess li jagħmel xogħol ta' tabib privat skond il-kuntratt eżistenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #9401 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ftuħ ta' poliklinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiftaħ il-poliklinika ta' Bormla? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din suppost kellha tiftaħ fil-bidu tas-sajf, iżda sal-lum għadha magħluqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-raġuni li għadu ma nfetaħx iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla huwa nuqqas ta' riżorsi umani. Minħabba dan in-nuqqas ma kienx possibli li jiġi provdut servizz sostanzjali u sostenibbli minn dan iċ-Ċentru tas-Saħħa. Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla jinfetaħ hekk kif ikun hemm ir-riżorsi umani li huma neċessarji għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #9609 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Hearing aids

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm mods tal-hearing aids, meta dawn ilhom nieqsa mill-isptar minn Mejju ta'l-1999? X'inhi r-raġuni li dawn il-mods ilhom nieqsa daqshekk? Meta se jkunu available fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nispera li l-Onor Interpellant qed tirreferi għall-'moulds' tal-'hearing aids'. Il-problemi dwar ix-xiri tal-'moulds' li kien hemm fl-aħħar sitt xhur issa ġew riżolti u l-'moulds' bdew jitqassmu lill-pazjenti.
Leg 9 PQ #8546 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kura medika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8068, jista' l-Ministru jagħti risposta għall-perijodu bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. In-numru ta` pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kien 164 imqassam hekk: Irgiel - 48 Nisa - 46 Tfal - 70 2. Il-pazjenti kollha ntbagħtu l-Ingilterra.
Leg 9 PQ #8340 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Karen Grech — Midwifery Team

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-Midwifery Team ta' l-Isptar Karen Grech ġie xolt jew imwaqqaf minn ħidmietu? Jekk jirriżulta li l-Midwifery Team twaqqaf milli jkompli jopera, jista' l-Ministru jgħid: 1) min ħa din id-deċiżjoni; 2) fuq liema bażi ttieħdet; 3) x'wassal għal din id-deċiżjoni; 4) jekk id-deċiżjoni ma ttieħditx mill-Ministeru, jista' l-Ministru jgħid jekk ta' l-inqas ġiex ikkonsultat? U jekk ġie kkonsultat, x'kien il-parir tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nispjega fil-qosor x`kien ir-rwol tat-Team Midwifery. Dan inbeda bħala proġett pilota fejn numru ta` nisa tqal jiġu segwiti b`regolarita minn grupp ta` qwiebel wara li jiġu referuti mill-ispeċjlisti. Mill-bidu tal-proġett, id-Direttur ta` l-Ostetrija u Ġinekoloġija u żewġ konsulenti taw sapport lill-proġett filwaqt li tliet konsulenti ma aċċettawx din is-sistema. Għalhekk din is-sistema tiddependi fuq kemm il-konsulent ikun lest li jiddelega għaliex fl-aħħar mill-aħħar fl-ambitu tas-servizz pubbliku tas-saħħa ir-responsabbilta` hija tal-konsulent inkarigat. Il-qwiebel involuti kellhom l-obbligu li jippreżentaw evalwazzjoni regolari tas-sistema. Dan ma sarx. Bdew jirriżultaw lid-Dipartiment ta` l-Ostetrija każi fejn il-konsulent responsabbli ma kienx qed jiġi infurmat jew konsultat fuq pazjenti li kienu qed jiġu ammessi taħt il-kura tiegħu bir-riżultat li naqset ferm il-koordinazzjoni tas-servizz. Agħar minn hekk kien qed jiġri li ftit pazjenti kellhom l-attenzjoni kontinwa ta` qabla waqt il-ħlas, waqt li l-oħrajn ma kellhomx dan is-servizz. Irriżultat ukoll differenza fil-kwalita` tas-servizz li kien qed ikollhom l-ommijiet waqt il-ħlas, `high risk` cases li qatt ma ġew eżaminati minn speċjalista jew li ma ġewx eżaminati minn speċjalista bil-frekwenza li kien jitlob il-każ u pazjenti li minn għalihom li l-ispeċjalista jaf bihom u ma kien veru xejn. F`din is-sitwazzjoni d-direttur ta` l-Obstetrija deherlu li kien hemm problemi serji ta` natura klinika u għalhekk wasal għad-deċiżjoni li s-servizz jiġi sospiż b`effett mill-21 ta` Ġunju 1999. Wara li kkonsulta mad-Diviżjoni tas-Saħħa, s-servizz ġie sospiż. Nagħmilha ċara lli f`materja ta` natura klinika filwaqt li l-Ministeru jiddiskuti biex jara x`inhuma l-problemi u s-soluzzjonijiet possibli, joqgħod ferm attent illi jissalvagwarda l-aspett kliniku li fl-ahhar mill-aħħar huma taħt ir-responsabbilta` diretta tal-konsulent li qed jipprovdi s-servizz. Ser jittieħdu passi biex is-servizz jiġi ristruttat biex jinħolqu mudell li fih speċpjalisti-tobba-qwiebel jaħdmu tassew bħala team.