Postijiet ta' divertiment li ngħalqu fuq ordni tal-pulizija
Question
Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 2003 kemm-il post ta' divertiment/bars, eċċ. ingħalqu fuq ordni tal-pulizija talli kienu qed jiksru l-liġi? Għal kemm-il jum? F'kull każ, x'kien dan il-ksur? F'liema lokalitajiet ingħalqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm bar wieħed fiż-Żejtun li ġie ordnat jagħlaq nhar is-16 ta` Novembru 2003 sakemm sar it-transfer tal-liċenzji nhar l-24 ta` Novembru 2003. Dan ġara wara li nstab li fil-bar kienet qed tindaqq mużika b`volum għoli u li l-bar kien qed ikun ġestit minn persuna mhux liċenzjata.
Postijiet ta' divertiment — Bejgħ ta' alkoħol lil żgħażagħ taħt l-eta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar il-liġi fuq l-alkoħol, jiġifieri dwar l-eta' minima taż-żgħażagħ li jistgħu jidħlu jixorbu f'bars u postijiet ta' divertiment fid-dawl tal-fatt li l-għaqda tal-ġenituri qed tiġbor il-firem biex tagħmel pressjoni biex tinbidel din il-liġi, speċjalment dwar il-bejgħ ta' flixken tax-xorb ħalli minn 16-il sena l-eta' togħla għal 18-il sena u dan peress li l-gvern ilu jistudja din il-materja għal aktar minn sena?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid, qed jiġu ikkunsidrati diversi proposti għal kontroll aħjar tal-konsum u l-abbuż ta` l-alkoħol. Meta tittieħed deċiżjoni, isiru l-emendi neċessarji.
Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Persuni eliġibbli biex jivvutaw
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-persentaġġi ta' dawk bejn it-18-il sena u l-25 sena li kienu eliġibbli biex jivvutaw u li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fis-snin 2000, 2001 u 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull lokalita' separatament?
Response (BORG, TONIO)
Peress li din il-materja tikkonċerna l-Uffiċċju Elettorali nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilliera f'Malta u Għawdex li huma bejn it-18-il sena u l-25 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
L-informazzjoni mitluba tista` tintalab mill-Kummissjoni Elettorali. Sadanittant il-Kunsilli Lokali ser jiġu mitluba jiġbru din l-informazzjoni pero` bħalissa diġa` qed jiddedikaw ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar informazzjoni mitluba b`referenza għal żewġ Mistoqsijiet Parlamentari oħra.
Persuni nvoluti fl-isports — Teħid ta' sustanzi llegali
Question
Għalkemm fil-mistoqsija parlamentari 2347 il-Ministru qal li l-pulizija mhux se jinvestigaw allegazzjonijiet pubbliċi dwar it-teħid ta' sustanzi llegali għaliex il-kummenti kienu ġeneriċi, ma jaħsibx li din mhux tweġiba konvinċenti għaliex fil-fatt saru dawn l-allegazzjonijiet u Ministri oħra ħadu azzjoni? M'huwiex id-dover tal-pulizija li jinvestiga kulma jkun hemm dwar id-droga, speċjalment meta dawn l-allegazzjonijiet saru minn żewġ tobba ggradwati fil-mediċina sportiva u president ta' għaqda sportiva nazzjonali?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba msemmija mill-Onorevoli Interpellant, fejn jirriżulta lill-Pulizija illi jkun hemm xi abbuż minn dawn is-sustanzi, jittieħdu passi skond il-liġi.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-laħam tal-majjal
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prezz tal-laħam tal-majjal skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-ħalib frisk
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prodotti tal-ħalib frisk kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-prodotti taċ-ċanga friska
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prodotti taċ-ċanga friska skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jikkwalifikaw għall-għajnuna legali? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-għajnuna tiġi riveduta?
Response (BORG, TONIO)
Skond l-artikolu 912 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, persuna tikkwalifika għall-għajnuna legali jekk ikun jidhrilha li għandha jedd tajjeb biex tħarrek jew tiddefendi ruħha, jew li tkompli jew tkun parti fi proċedimenti, u illi minbarra l-oġġett fil-kawża, hija ma jkollhiex proprjeta’ li l-valur nett tagħha jammonta għal jew ikun aktar minn Lm3,000, bla ma jitqiesu dawk l-oġġetti tad-dar ta’ kuljum li huma meħtieġa għall-użu tal-persuna; u li l-qliegħ tal-persuna fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu qabel it-talba għall-għajnuna legali ikun inqas mill-paga minima nazzjonali. Fil-kalkolu tal-valur nett imsemmi ma jitqiesx dak tar-residenza prinċipali tal-persuna jew ta’ kull proprjeta’ oħra, immobbli jew mobbli, li dwarha jkun hemm kwestjoni fil-qorti, ukoll jekk dik il-proprjeta’ ma jkollhiex x’taqsam mat-talba għall-għajnuna legali.
Skond l-artikolu 913 ta’ l-istess Kodiċi, il-kondizzjonijiet imsemmija ma japplikawx għal persuna li tagħmel talba biex tingħata għajnuna legali għal azzjoni għall-korrezzjoni jew għat-tħassir ta’ xi reġistrazzjoni, jew għar-reġistrazzjoni ta’ att tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-mewt. Iżda jekk it-talba tiġi miċħuda il-persuna jkollha tħallas l-ispejjeż tal-kawża jekk il-qorti ma tordnax xort’oħra.
Għalkemm kull suġġeriment ġdid jiġi kkonsidrat, u diġa’ saru numru minnhom minn dan il-ministeru, pjan sħiħ għal dan it-tibdil għadu ma tnediex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu kontra l-abbużi u moħqrija fuq annimali u tjur f'Malta u f'Għawdex separatament matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2002 u 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar ċitazzjonijiet li nħarġu fuq abbużi u moħqrija fuq annimali u tjur huwa kif ġej:
2001
2002
2003*
Malta
9
29
15
Għawdex
2
1
1
*Sat-30 ta’ Novembru.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet ta' prodotti tat-tjur
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prodotti tat-tjur skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat illi mir-records disponibbli, ma jirriżultax li l-pulizija kellha xi ilmenti kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba prezzijiet tal-bajd frisk
Question
Matul din is-sena, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu retailers, produtturi u proċessuri għaliex ma raħħsux il-prezz tal-bajd frisk skond kif ħabbar il-gvern stess li kellhom jorħsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3148.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Każi ta' serq
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Novembru 2003, kien hemm 9 każi ta’ serq minn propjeta’ pubblika tad-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta’ l-Intern li ġew irrapurtati lill-Pulizija għal investigazzjoni. Infurmat ukoll illi wieħed minn dawn il-każi ġie solvut. Ħlief f’ każ wieħed, fejn il-valur ta’ l-oġġetti misruqa kien jaqbeż l-Lm500, il-valur fil-każi l-oħra kien taħt il-Lm200.
Jista' il-Ministru jispjega fid-dettal il-formola li preżentement tintuża sabiex jiġu allokati l-fondi lill-kunsilli lokali?
Response (BORG, TONIO)
It-tqassim tal-fondi jsir wara eżerċizzju annwali li jikkalkula kemm tiswa lil kull Kunsill sabiex jaqdi l-funzjonijiet statutorji tiegu, kif ukoll ghar-rigward taz-zamma ta’ l-assi skond kif gej:
Iz-zamma u l-manutenzjoni tal-gonna pubblici,
verges
fiz-zoni residenzjali, tindif tat-toroq residenzjali, gbir ta’ skart domestiku u kummercjali, gbir ta’ skart goff,
open skips, bins-on-wheels
, sinjali u tabelli tat-traffiku u ismijçt tat-toroq, latrini pubblici, tindif tat-toroq rurali, tiswija jew ucuh godda ta’ toroq u bankini urbani u rurali, tindif tax-xtut, dawl tat-toroq,
bus
shelters
,
E-Government
u spejjez amministrattivi.
Kull tibdil fil-funzjonijçt jew fl-assi tal-Kunsill kif ukoll assi godda, jigi nnutat matul is-sena fil-lokalitajiet kollha permezz tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Dan l-ezercizzju jservi mhux biss biss tinzamm
data
aggornata ghall-iskop tal-
funding formula
izda wkoll sabiex il-Kunsilli Lokali kollha jkunu aggornati, kif ukoll biex isir ir-Rapport perjodiku ta’ Efficjenza li jitqieghed fuq il-Mejda ta' dan il-Parlament.
Il-kalkolu annwali ta’ stimi ghall-manutenzjoni ta’ l-assi jikkonsidra d-daqs u l-kategoriji ta’ l-assi, kemm frekwenzi ta’ manutenzjoni jinhtiegu kull sena, it-tip ta’ xoghol li hu mehtieg biex jinzammu f’ kundizzjoni tajba, il-metodu tax-xoghol, kemm jittiehed hin biex isir ix-xoghol, il-valur tax-xoghol li jinkludi
labour
, il-makkinarju, il-materjal,
overheads
, spiza kapitali,
mark-up
,
contract management
u VAT.
Il-kalkoli kif imsemmija hawn fuq jintuzaw fil-formula li tinsab fl-Ghaxar Skeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali biex jitqassmu l-fondi lill-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' libell, ċivili u kriminali quddiem il-qrati? F'liema data nfetħu l-proċeduri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub dwar każi ta` libell, ċivili u kriminali pendenti quddiem il-Qorti hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jgħumu mingħajr ħwejjeġ din is-sena? Fejn kienu? Kemm kellhom żmien? Kemm kien hemm nisa u kemm kien hemm irġiel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm sbatax-il persuna, li l-eta` tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u 76 sena, li nqabdu għarwenin jew ma kienux lebsin xieraq fuq xtajtiet fil-Ġnejna, Għajn Tuffieħa, Għadira u Pembroke. Tnejn minnhom kienu nisa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu prostituti jitlajjaw din is-sena? Kemm minn dawn huma riċedivi? X'inhi r-raġuni li dawn qed jitħallew mill-qorti jerġgħu jiffrekwentaw areas magħrufa għal dan l-abbuż meta din issa tiġi mposta? Il-pulizija titlob dan waqt illi l-każ ikun qed jinstema'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 45 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Infurmat ukoll illi l-liġi ma tipprovdix għas-sanzjoni kif issuġerita mill-Onorevoli Interpellant.
Billi kemm jien kif ukoll ħafna Maltin oħra ħassewhom offiżi b'dak li deher fuq il-programm Bondi Plus dwar is-sataniżmu fejn l-isem imqaddes ta' Alla u l-Quddiesa ġew imżebilħa u billi dan huwa reat kriminali, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar dan?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2124.
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħatrux bordijiet ġodda fid-Dekasteru tiegħi minn April 2003 sal-lum.