Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27307 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laqgħat saru s'issa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? X'deċiżjonijiet ittieħdu dwar ħlasijiet għal dawk maħtura fuq il-fondazzjoni? X'inizjattivi se tieħu għal matul is-sena skolastika 2001-2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi s'issa żammet sitt laqgħat. Iċ-Chairperson u membri tal-Fondazzjoni żammew diversi laqgħat oħra fuq livell eżekuttiv. Il-ħlasijiet għal dawk maħtura fuq il-bord tal-Fondazzjoni għad irid jiġi stabbilit. Il-Fondazzjoni qed taħdem fuq pjan strateġiku għall-implementazzjoni tad-diversi proġetti pilota maħsuba għas-sena skolastika 2001-2002 bħal Hilti, Id f'Id, Hilti-Teżor (sponsorjat mill-HSBC), PEFAL (Proġett fil-programm Ewropej Grundtvig). Dawn il-proġetti jridu jintinsġu f'qafas ta' skejjel fil-komunita`. Il-Fondazzjoni qed tagħmel studju dwar proġetti oħra li tista' tidħol għalihom fil-futur.
Leg 9 PQ #27320 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xgħajra — Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-ground tax-Xgħajra jingħata l-upgrading li għandu bżonn? Jista' jgħid ukoll jekk il-ħajt li hemm wara l-lasta hemmx il-ħsieb li jinbena?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27280 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sitt xhur (mill-bidu ta' Jannar 2001 'l hawn) x'sejħiet saru għal ħatriet u postijiet akkademiċi differenti fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-Universita'? Kemm minnhom imtlew? Kemm għadhom battala? Kien hemm xi ħatriet li ħarġu sejħiet għalihom iżda mbagħad is-sejħiet ġew irtirati? Għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27281 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta hijiex attrezzata adegwatament b'nies u b'riżorsi biex jagħtu edukazzjoni xierqa lill-istudenti fit-teknoloġija ta' l-informatika biex niżguraw li l-għalliema l-ġodda jkollhom bażi soda fl-IT?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjon mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27268 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 27113?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proċess tal-ġbir ta' l-informazzjoni mitluba għadu għaddej kif indikajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27113.
Leg 9 PQ #27276 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Privati — Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi talba minn sidien ta' skejjel privati li għas-sena 2002 l-għajnuna tal-gvern lill-ġenituri li jibgħatu lill-uliedhom fi skejjel privati titla' minn Lm0.5 miljun għal Lm1 miljun

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #26830 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tagħlim tal-Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jkun tlesta l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq, hemmx il-ħsieb li t-tagħlim tal-mediċina jibda jsir minn hemm, ikunx hemm effett fuq il-policy preżenti dwar numerus clausus fil-każ ta' studenti tal-mediċina? (PQ waslet 18/6/2001)

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm il-ħsieb li jinbena post ġdid qrib l-isptar li minn fih joperaw l-iskola Medika u l-Institute of Health Care. In-numerus clausus ilu li tneħħa fil-każ ta' studenti tal-mediċina minn Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #27251 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imnajdra — Perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-kuntratt ta' konsulenza li ngħata l-Perit Alex Torpiano għax-xogħol li għamel fuq l-Imnajdra? Kemm tħallas il-perit Torpiana sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-valur tal-kuntratt ta' konsulenza li ngħata l-Perit Alex Torpiano għax-xogħol li għamel l-Imnajdra huwa ta' Lm1,725 biss. Dan ix-xogħol kopra rapporti u studji preliminari, superviżjoni tax-xogħol kif ukoll il-preparazzjoni ta' rapporti finali. Apparti minn dan ix-xogħol, Dr Torpiano għamel ukoll xogħol ta' superviżjoni tar-restawr ta' Ħaġar Qim. Għal dan ix-xogħol, li ma kienx previst fil-kuntratt imsemmi, Dr Torpiano offra s-servizzi tiegħu mingħajr ħlas. Sal-lum għad ma sarx pagament lil Dr Torpiano.
Leg 9 PQ #27260 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Studji Marittimi

Question

X'kunsiderazzjonijiet serji saru biex l-auxiliary hospital u ċ-chaplain's house fil-Kalkara jintużaw għall-istitut għal studji marittimi? Huwa meqjus li dan sit tajjeb meta l-post magħżul jintlaqat ħażin bil-majjistral u l-iżjed bil-grigal li spiss jintlaqat bil-maltemp u ma jkunx jista' jistuża l-baħar li qiegħed mas-sit? Min ġie kkonsultat dwar l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija daħlet il-bieraħ wara l-għeluq tal-ħin ta' l-uffiċċju biex tiġi mwieġba illum, it-tagħrif mitluba ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27272 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Donazzjoni Volontarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx il-Ministru li donazzjonijiet mitluba mill-kapijiet tal-iskejjel tal-knisja għandhom jkunu volotarju? Għaliex il-kap tal-Iskola Sacred Heart f'San Ġiljan f'laqgħa għall-genituri ta tfal li kienu għadhom kemm spiċċaw l-ewwel sena fl-iskola (tfal ta' 6 u 7 snin) bdiet tgħajjat u titmasħan ma dawk il-ġenituri li jhew ma tawx id-donazzjoni ta' lm 120 kollha ma taw xejn bil-kliem 'You knew the rules when you sent your children here' Peress li irċevejt ilmenti dwar din il-laqgħa li saret 3 ġimgħat ilu, jista' jara li fl-ebda ħin ma jiġu insulatati genituri minn kapijiet ta' l-iskejjel tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija daħlet il-bieraħ wara l-għeluq tal-ħin ta' l-uffiċċju biex tiġi mwieġba illum, it-tagħrif mitluba ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27179 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-Universita' biex fil-5,6 snin li ġejjin ikun hemm persuni kwalifikati adekwatament fil-postijiet akademiċi li se jitbatlu fil-Fakultajiet u Dipartimenti differenti ta' l-Universita' ? F'liema minn dawn l-istrutturi l-iżjed li se jirtiraw akkademiċi u xi pjani hemm biex jiġu sostitwiti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27181 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 27050 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Meta ġiet ikkalkulata s-somma li se tingħata lill-ġenituri ta' studenti fi skejjel indipendenti ttieħdu inkonsiderazzjoni kemm il-miżati kif ukoll it-trasport, uniformijiet, stationery, kotba, ħruġ eċċ.
Leg 9 PQ #27182 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċina

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26050, jista' l-Ministru jgħid x'ġara wara s-sejħa li dehret fil-gurnali lokali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara s-sejħa fil-ġurnali lokali, intbgħatet ċirkolari lill-applikanti kollha fejn ġew mistoqsija jekk kienux interessati li jkunu kkunsidrati biex imorru ċ-Ċina. Applikaw b'kollox 55 żagħżugħ. Peress li bħal ma dejjem isir, ingħatat preferenza lil dawk li qatt ma marru fuq żjarat kulturali, kienu eliġibbli 22 żagħżugħ biex jimtlew l-20 post disponibbli. Wara li erba' parteċipanti infurmaw lid-Dipartiment li m'għadhomx interessati, intgħażlu żewġ żgħażagħ oħra minn dawk li applikaw u li ma kienux siefru s-sena ta' qabel. Din hija proċedura normali fl-għażla ta' parteċipanti fiż-żjarat kulturali f'pajjiżi barranin.
Leg 9 PQ #27207 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27064?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat fir-rapport tar-riżultati tal-Junior Lyceum 2001 li għadu qed jinħadem.
Leg 9 PQ #27208 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Minimu Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27066?

Response (GALEA, LOUIS)

Għalkemm hemm indikazzjoni ċari tal-bżonnijiet, figuri definiti finanzjarji jingħataw fi stadju ulterjuri meta jkunu ġew finalizzati fl-Estimi għas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #27210 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat jinsab il-Mużew tal-Gwerra, liema partjiiet minnu huma miftuħa? Liema partijiet huma magħluqa u għaliex? S'issa matul din is-sena x'nefqa saret għall-manutenzjoni u tiġdid ta' dan il-Mużew? X'xogħol ta restaw sar fuq l-esebiti ta' dan il-Mużaw tul din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Mużew tal-Gwerra bħalissa jinsab miftuħ normali għall-pubbliku. Kien sar xogħol estensiv ta' rikostruzzjoni fis-saqaf tan-naħa tax-xellug tal-Mużew, kien sar ukoll xogħol ta' tikħil, kisi u tibjid, xogħol ta' żeba ta' njam eċċ., f'din il-parti tal-Mużew. Din il-parti issa hija miftuħa għall-pubbliku. Kien sar ukoll xogħol fuq it-toilet pubbliku eżistenti u dan kien inbidel u kien ġie 'upgraded' biex ikun hemm faċilitajiet diċenti. Kienu wkoll saru xogħlijiet estensivi biex ikun hemm 'Reserve Collection Store' ġdid. Bħalissa huma miftuħa għall-pubbliku l-Main Hall, Left Annexe fejn kien sar xogħol indikat ta' rikostruzzjoni fis-saqaf, u r-Right Hall. Bħalissa l-parti li hija magħluqa għall-pubbliku hija l-Aviation Hall. Din il-parti tal-Mużew ġiet magħluqa minħabba li din in-naħa żviluppat ħsarat estensivi fis-saqaf. Bħala nfieq għal dan il-Mużew kien hemm Lm450 bħala nefqa Rikorrenti u Lm1060 bħala nefqa Kapitali. Ix-xogħol ta' restawr li sar tul din is-sena fuq l-esebiti ta' dan il-Mużew huwa xogħol normali ta' manutenzjoni li jsir matul is-sena. Iżda barra dan ix-xogħol kien hemm ukoll xi 'Conservation Projects' speċjali bħal xogħol ta' restawr ta' kanuni, Motorbikes, Machine Guns u diversi esibiti oħra.
Leg 9 PQ #27212 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'referenza għall-artiklu li deher f'ġurnal bl-ingliż (The Malta Independent - 05/07/01) dwar il-Pixxina nazzjonali f' Tal Qroqq, jikkonferma l-Ministru li fost l-oħrajn, żdied il-vandaliżmu u l-ħsara u li żdied is-serq?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27104 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26965?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm erba' offerti għax-xogħlijiet fil-Marsa (Avviż Nru CT 41/2001). Din l-offerta għadha qed tiġi aġġudikata. Għalhekk mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba.