Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3494 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Is-Siġġiewi (Salib tal-Għolja) — restawr tal-kappella

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3120 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1255 u 1688, jista’ l-Ministru jindika l-persuna kkonċernata fi ħdan il-Ministeru tiegħu li lilha għandha ssir it-talba formali għar-restawr tal-Knisja tal-Għolja fis-Siġġiewi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba formali għar-restawr tal-Kappella tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi tista’ ssir lil Ministeru direttament.
Leg 12 PQ #3080 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Is-Swieqi — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità tas-Swieqi?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3081 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

L-Imsida — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità tal-Imsida?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3082 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ta’ Xbiex — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3083 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

San Ġwann — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta’ San Ġwann?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3084 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħal Għargħur — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 fil-lokalità ta' Ħal Għargħur?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3085 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħal Luqa – ġbir ta’ skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill ta' Ħal Luqa għandux kuntratt in vigore għall-ġbir ta’ skart fil-bor¿a s-sewda? Jekk hemm kuntratt in vigore jista' l-Ministru jgħid fi x'ħin suppost qiegħed jinġabar l-iskart f'Misraħ Sant' Indrija ġewwa Ħal Luqa?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li fil-preżent għandu kuntratt għall-ġbir tal-iskart, inkluż għall-ġbir ta’ skart fil-borża s-sewda. Infurmat ukoll li l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart huwa mid-9.00 am ’il quddiem fis-Sajf u mis-2.00 pm ’il quddiem fix-Xitwa.
Leg 12 PQ #1540 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward ta' Malta Air Traffic Services (MATS) u Civil Aviation, din l-informazzjoni tiġi preżentata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1646 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Tempji tal-Ġgantija

Question

Jista' l-Ministru jelenka x-xogħol li sar fis-sit tat-tempji tal-Ġgantija f' Għawdex matul l-aħħar ħames snin? Liema xogħol hu għaddej bħalissa? Kemm minn dan ix-xogħol li tlesta u li jinsab għaddej huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Meta hu mistenni li jkun lest ix-xogħol li għaddej?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin saru bosta xogħolijiet fuq it-Tempji Megalitici tal-Ġgantija u fil-madwar. Saru xogħolijiet iffinanzjati mill-VODAFONE Malta Foundation, li swew madwar €200,000, li jinkludu ‘walkway’ riversibbli fit-tempji sabiex tipproteġi l-art preistorika oriġinali u sabiex tagħmel it-tempji aċċessibbli għal kulħadd, u ġew installati ‘weather station’, sistema ta’ CCTV kif ukoll zewg ‘interactive infomation kiosks’. Barra minn hekk, bħala parti mill-proġett ta’ €9.2miljun ko-finanzjat mill-Fond Ewropew ghall-Iżvilupp Regjonali (ERDF), li jkopri tliet siti ta’ Heirtage Malta (il-Katakombi ta’ San Pawl u t-Tempji ta’ Hal Tarxien u tal-Ggantija), bħalissa għaddej xoghol ta’ bini ta’ ċentru ta’ interpretazzjoni, tisbiħ u konservazzjoni tal-‘landscape’ orġinali u bini ta’ ‘Exit Building’, b’valur totali ta’ €2.3miljuni. Dan ix-xogħol jinstab fi stadju avvanzat u mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin. Qed isiru wkoll studji fuq l-istabbilita’ ta’ partijiet mit-tempju li llum hemm scaffolding mibni madwarhom. Sar ukoll xogħol ta’ skavi arkeologici u surveys bi preprazzjoni għal dan l-istess proġett.
Leg 12 PQ #3074 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2013 u l-15 ta' Ġunju 2013 f'Malta u Għawdex?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3075 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Is-Swieqi — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità tas-Swieqi?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3076 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

L-Imsida — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità tal-Imsida?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3077 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ta’ Xbiex — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità ta' Ta' Xbiex?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3078 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

San Ġwann — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità ta' San Ġwann?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3079 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħal Għargħur — avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 fil-lokalità ta' Ħal Għargħur?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3240 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Interim From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3253 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukanda Selmun Palace

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2989, billi jirriżulta li l-lukanda in kwestjoni hi parti mill-assi ta’ kumpanija sussidjarja tal-Air Malta, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 2794 u ċjoè: jista’ jagħti tagħrif dwar jekk is-Selmun Palace Hotel irritornatx fuq il-kotba tad-Dipartiment tal-Artijiet inkella le, u jekk hemmx xi pjan partikolari biex dan l-ispazju mibni jiġi użat b’xi mod matul is-snin li ġejjin?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-lukanda Selmun Palace Hotel għadha fuq il-kotba tal-Air Malta. Il-pjan huwa li l-lukanda tinbiegħ.
Leg 12 PQ #1319 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Permessi għal gabbani

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokal b'lokal, kemm hemm permessi għal gabbani? Jista' jgħid jekk, għal kull każ, għandhomx permess permanenti jew irid jiċċaqalqu kuljum?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ gabbani liċenzjati mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu jammonta ghal sebghin (70). Il-lokalitajiet ta’ dawn il-gabbani huma kif jidhru fit-tabella li ser npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-gabbani jistgħu joqogħdu b’mod permanenti fuq il-post skond id-dati stipulati fl-encroachment permit jew skond kuntratt ieħor (kirja jew cens) maħrug mid-Dipartiment tal-Artijiet. Il-gabbani li jridu jiċċaqalqu kull jum huma dawk liċenzjati mid-Dipartiment tal-Kummerċ bħala street hawkers.
Leg 12 PQ #3073 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

avviżi ta' kontravenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il avviż ta' kontravenzjoni (mhux tickets) inħarġu mill-gwardjani lokali u mill-Pulizija separatament bejn il-15 ta' Marzu 2012 u l-15 ta' Ġunju 2012 f'Malta u Għawdex?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3171 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Strateġija għall-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima

Question

B'referenza għar-rakkomandazzjoni numru 70 fl-istrateġija għall-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar it-Turżmu hix se tkun qed tipprepara Tourism Action and Contingency Plan skont l-iskadenzi tal-istrateġija?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħed jitkompla x-xogħol fuq il-pjan għall-prodott turistiku. Dan il-pjan se jinkludi fiħ elementi marbuta mal-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima.