Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Kuntratt bejn il-Gvern u l-kumpanija Autobuses de Leon
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew hux veru li l-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-operatur ġdid tas-servizz pubbliku jipprovdi li wara sitt xhur il-kumpanija Spanjola jkollha dritt li tittermina l-kuntratt?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13935.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm karozzi tal-linja li qed jinstaqu fit-toroq għalkemm għandhom tabelli mwaħħlin fuqhom li juru lii ma jistgħux jinstaqu qabel isirulhom it-testijiet meħtieġa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li dak li qed jiġi allegat f’din il-mistoqsija parlamentari m’huwiex minnu.
Minkejja dan, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk għandu xi informazzjoni f’dan ir- rigward, jgħaddili d-dettalji biex ikunu jistgħu jiġu mwettqa l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il shift hemm fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'kull shift? X'inhuma l-ħinijiet ta' kull shift? Il-ħaddiema kkonċernati qegħdin jieħdu shift allowance? Għal kemm tammonta x-shift allowance?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi – Technical Heads
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma t-technical heads ta' kull sezzjoni fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Xi grad għandu kull technical head?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Technical Heads fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħi huma kif ġej:
Chief Engineer
Technical Head tas-sezzjonijiet tal-Elettriku, Traffic Lights, Lifts u Air Conditioning.
Senior Engineer
Technical Head tas-sezzjonijiet tal-Metall, Plumbing u Funtani.
Senior Engineer
Technical Head tas-sezzjonijiet tal-Mastrudaxxi u tal-Aluminium.
Senior Engineer
Technical Head tas-sezzjonijiet tal-Fleet Management u Operations
Senior Engineer
Technical Head tas-sezzjonijiet tal-Light Vehicles, Heavy Vehicles, Heavy Plant, Auto Electrical u Miscellaneous.
Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi — promotions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi promotions ħarġu fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħu mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienu l-applikanti għal kull promozzjoni li ħarġet? Min ħa dawn il-promozzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex jitranġaw id-dwal taż-zebra crossing fi Triq il-Mu¿ew biswit il-Ġonna Howard u r-roundabout ta’ fejn id-Domus Romana, bejn ir-Rabat u l-Imdina?
L-Imdina – Triq l-Infetti – inċidenti tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku fi Triq l-Infetti, l-Imdina, f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm fatalitajiet f’din it-triq minħabba li f’din it-triq inixxi l-ilma ġieri bit-tafal?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Cleansing Services Directorate – Public Private Partnership
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Cleansing Services Directorate se jsir Public Private Partner mal-privat? Jista’ jgħid dan il-Public Private Partnership hux se jsir permezz ta’ tender jew jekk hux permezz ta’ expression of interest? Jista’ jgħid meta se jinħareġ dan it-tender/expression of interest? Jista’ jgħid jekk il-ħaddiema eżistenti mal-Cleansing Services Directorate hux se jin¿ammu jagħmlu l-istess xogħol u jżommu l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget paġna 126, il-Gvern għandu l-ħsieb li jifforma Public Private Partnership (PPP ) fuq tisbiħ u manutenzjoni tat-toroq. Dan hu proġett amministrat minn naħa ta’ Projects Malta.
San Pawl il-Baħar — Triq ix-Xagħra tal-Bandieri - asfaltar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi dwar ix-xogħol li hu meħtieġ li jsir fi Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, f'San Pawl il-Baħar, billi din it-triq għadha mhux asfaltata?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Transport Malta hija konxja mill-fatt li l-asfaltar għall-ewwel darba ta’ din it-triq, hekk kif stabbilita’ fl-iskema tal-MEPA, taqa’ taħt ir-responsabilità tagħha u għaldaqstant xogħol isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
San Pawl il-Baħar — Triq San Ġużepp - tneħħija ta' tabella
Question
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jieħu l-passi neċessarji biex tabella li hemm fi Triq San Ġużepp, kantuniera ma' Triq San Publiju, ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar, tinqala minn fejn qiegħda?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema tabella qed jirreferi u r-raġuni li qed jitlob li tali tabella titneħħa.
San Pawl il-Baħar – Triq Jean de la Cassiere — xogħlijiet
Question
Billi f’diversi risposti għall-mistoqsijiet parlamentari kont infurmat li x-xogħol meħtieġ fi Triq Jean de la Cassiere, San Pawl il-Baħar kellu jinbeda u jitlesta, iżda llum, xhur wara li nbeda għadu mhux lest għaliex ix-xogħol waqaf ħesrem numru ta’ xhur ilu, u dan a skapitu tar-residenti tal-lokalità, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol jitkompla u jitlesta kemm jista’ jkun malajr?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta taf bis-sitwazzjoni u dewmien riċenti qed jirriżulta minn nuqqas ta’ attendenza tal-kuntrattur fuq is-sit. Transport Malta tkun qed tieħu l-passi neċessarji skont il-kuntratt.
Transport Malta –Uffiċċji tal-Marsa — xogħlijiet fuq ir-reception area
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12748, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li tqabbad jagħmel ix-xogħol imsemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wara li ntalbu kwotazzjonijiet għal dawn ix-xogħlijiet, intgħażlet l-irħas offerta hekk kif diġa indikat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12748. Il-kuntratturi li ġew magħżula sabiex jagħmlu dawn ix-xogħlijiet huma Josef Borg u Emilio Bilocca.
Ministru għat-Trasport u Infrastruttura – Credit Card
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk inħarġitlux credit card fuq ismu mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex saret din il-credit card? Jista’ jagħti lista dettaljata xi nxtara permezz ta’ din il-credit card?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull Ministru tal-Gvern huwa ntitolat li jkollu Credit Card fuq ismu. Ir-raġuni għaliex inħass il-bżonn għal din il- Credit Card hija biex l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar, bħal prenotazzjonijiet ta’ lukandi eċċ, ikunu koperti permezz ta’ din il- card u għalhekk ma jkunx hemm għalfejn li jinġarru ammonti ta’ flus kontanti waqt safar uffiċċjali. Ma sar ebda xiri ieħor, apparti minn servizzi imsemmija hawn fuq.
Peress li meta l-Malta Public Transport kienet għadha kumpanija tal-Gvern kienet bdiet tisprejja l-karozzi tal-linja bojod, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol ħallsitx għalih il-kumpanija Spanjola? Jekk fin-negattiv, dan ix-xogħol kienx inħareġ b'offerta jew b' direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li fiż-żmien meta l-operat tat-trasport pubbliku kien għadu f’idejn il-kumpanija tal- Gvern, l-ispejjeż sabiex jinżebgħu disa’ karozzi tal-linja kienu ġew imħallsa mill- istess kumpanija.
Infurmat ukoll li l-għażla tal-kuntrattur li wettaq dan ix- xogħlijiet kienet saret wara li saret talba għall-kwotazzjonijiet.
Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — CCTV Cameras – xiri u stallazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġew stallati ammont sostanzjali ta' CCTV cameras fil-bini tal-Ministeru tiegħu fil-Furjana? Kemm-il kamera ġew mixtrija u konsegwentament stallati? Dawn inxtraw u ġew stallati b'direct order jew b'tender? Min issupplixxa dawn il-kameras u min stallhom?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onorevoli Interpellant huwa totalment żbaljat, bħal ma kien żbaljat f’ diversi okkażżjonijiet oħra, meta qed jassumi li ġew installati ammont sostanzjali ta’ CCTV Cameras fil-bini tal-Ministeru tiegħi.
San Pawl il-Baħar – Triq li twassal mill-Wardija saż-Żebbiegħ — xogħlijiet
Question
Billi jidher li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ma applikax biex it-triq li twassal mill-Wardija sa ħdejn salib it-toroq li hemm fi triq li tieħu lejn iż-Żebbiegħ (Triq Busewdien u Triq Ras il-Wied) tiġi inkorporata bħala parti mill-iskema ta’ toroq fil-kampanja, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tingħata tindifa u wiċċ ġdid ta’ tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-triq msemmija ma taqax taħt ir-responsabilta` ta’ Transport Malta. Madanakollu Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.
Wara li sar ix-xogħol ta' tindif u manutenzjoni b'mod urġenti fis-subway ta' Bieb il-Bombi, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li jiġu stallati CCTV cameras f'din is-subway u tabelli kemm fuq barra kif ukoll ġewwa s-subway li jinfurmaw lill-pubbliku li jkunu se jgħaddi minnha, li s-subway qegħda taħt sorveljanza tal-pulizija lejl u nhar peress li xorta waħda instabu oġġetti relatati ma' teħid ta' drogi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed nitlob pariri biex dawn is-CCTV Cameras ikunu jistgħu jiġu nstallati.
Transport Malta — rottot ġodda tal-karozzi tal-linja
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ftehmitx ma' xi kunsill lokali partikolari biex ikun hemm rottot ġodda tas-servizz ta' karozzi tal-linja? Jekk iva, liema kienu dawn il-kunsilli lokali u x'kien it-tibdil li seħħ? Meta seħħ jew se jseħħ dan l-istess tibdil?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7331, fejn ġie spjegat illi t-tfassil tar-rotot il-ġodda kien sar wara konsultazzjoni wiesgħa mal-kunsilli lokali kollha, kif ukoll mal-pubbliku in ġenerali.
Dawn it-tibdiliet ser jiġu ntrodotti gradwalment fix-xhur li ġejjin.