Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18269 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

St. James Cavalier — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew id-dwal li saru fuq barra biex jiġi inawgurat St. James Cavalier fi tmiem is-sena 1999 u fil-bidu tas-sena 2000? Jista' jgħid min ipprovda dawn id-dwal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #18286 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti esportati — Eżenzjoni tad-dazju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollha fuq l-industrija lokali t-tneħħija ta' l-eżenzjoni tad-dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn l-Amerika? Kemm huwa n-numru ta' industriji li f'pajjiżna jesportaw lejn l-Amerika u kemm iħaddmu ħaddiema llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tneħħija ta' l-eżenzjoni tad-dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn l-Istati Uniti tirrifletti l-livell għoli ta' żvilupp ekonomiku li pajjiżna irnexxielu jikseb matul is-snin li għaddew. Minn analiżi li l-Ministeru tiegħi għamel, jirriżulta li l-aktar settur li jista' jintlaqat huwa dak ta' l-industrija ta' prodotti tad-deheb u prodotti oħra anċillari. L-Onorevoli Interpellant jifhem li kemm in-numru ta' industriji kif ukoll dak ta' haddiema li jkunu involuti f'xogħol ta' esportazzjoni lejn pajjiż partikulari jvarja minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #18084 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Estates Management Company

Question

Jista' l-Ministru jgħid minm se jkollu l-ishma tal-kumpannija Estates Management Company li se jitwaqqaf mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp? Meta se titwaqqaf il-kumpannija? X'se jkunu r-reponsabbilitajiet tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ishma ta' din il-Kumpanija ser jinżammu mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta kif ukoll mill-M.G.I. u l-M.I.M.C.O.L. Huwa maħsub li din il-Kumpanija titwaqqaf fil-futur qarib. Din il-Kumpanija ser tkun responsabbli biex a. isir użu aħjar ta' l-Oqsma Industrijali b. jinstabu metodi ġodda għall-finanzjament ta' żviluppi ġodda fl-Oqsma Industrijali c. timplimenta politika ġdida dwar kera, kostruzzjoni, riabilitazzjoni u manutenzjoni ta' l-Oqsma Industrijali d. timmonitorja l-allokazzjoni ta' spazju u l-utilizazzjoni tal-fabbriki
Leg 9 PQ #18210 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Buġibba — Dawl

Question

Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tisiwijiet tal-lampi tat-toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa fi Triq Għabex, Triq Ħalel, St Anthony Street, Triq il-Pijunieri u Triq Damasku f'Buġibba?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħodija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex din tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ issir il-manutenzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #18211 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Dawl

Question

Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tiswijiet tal-lampi tat-toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa li hemm fi Triq il-Kbira, Triq Little Armier, Parish Street, u l-Marfa, Mellieħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ isiru t-tiswijiet neċessarji.
Leg 9 PQ #18212 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Malta - Dawl

Question

Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tiswijiet tal-lampi tat-toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa li hemm fi Triq Virtu, Triq Vivaldi, Triq San Vinċenz Ferreri, Triq Kola Xara u Ġnien Fieres fir-Rabat, Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant u din ser tagħmel l-istħarriġ meħtieġ u jekk ikun il-każ issir il-manutenzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #18213 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Tas-Sirena - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni tal-lampa f'Tas-Sirena, l/o Rabat, ħdejn id-dar Marija Grazzia?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutnezjoni meħtieġa fuq il-lampa li għaliha qed issir riferenza diga' saret.
Leg 9 PQ #18454 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' fuel li tixtri l-Enemalta għat-tħaddim tal-Power Station tal-Marsa? X'inhi n-nefqa għal dan l-ammont ta' fuel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18499 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Substation

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tibda tiffunzjona s-substation li hemm fi Triq il-Frefet, Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18541 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Kandja — Pumping Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pumping station f'Ta' Kandja hijiex imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ? Jekk fl-affermattiv, hija imqabbda ma' fossa? U jekk hu hekk, kemm-il darba tbattlet din il-fossa f'dawn l-aħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #18027 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Lulju s'issa kemm-il darba sar xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar? Minn fejn ħiereġ l-ilma li qed jiskula għal ġol-kantiena tar-residenti fit-triq? Meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18399 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kuntratturi — Dawl - Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm ħsarat ta' cables tad-dawl minn xi kuntratturi li kienu qed jagħmlu xogħol ieħor din is-sena u sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm huwa stmat li ġiet tiswa din il-ħsara biex ġiet irranġata? Min ħallashom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18432 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17832, jista' l-Ministru almenu jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija, u jgħid x'inhu l-għadd ta' kontijiet tad-dawl u ilma li għad iridu jitqassmu lill-konsumatur? Ta' liema perjodi huma u ta' liema lokalitajiet huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18450 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-kapaċita' produttiva tal-Power Station tal-Marsa? Hemm xi proposta mill-Enemalta li tkabbar il-kapaċita' produttiva ta' dan l-impjant?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18451 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għamlitx xi studju sabiex jiġi upgraded l-equipment tal-Power Station tall-Marsa, b'mod partikolari, għar-raġunijiet ambjentali? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18366 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17941, jista' l-Ministru, jekk hu possibbli, jagħti l-informazzjoni għall-inqas mill-1999 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-impact studies li l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi nieda in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea jinsabu fi stadju avvanzat u mistennija li jiġu konklużi sa Settembru li ġej.
Leg 9 PQ #18389 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Main Replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm propost li jsir main replacement mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma matul din is-sena? X'inhu t-tul ta' mains ġodda li saru s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17941 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll. Intenni li għandha tingħata raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata li bilfors tinvolvi ħafna xogħol sabiex tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18391 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-bini tal-car park u public convenience ġdid f'Ta' Qali Crafts Village meta dan il-villaġġ hu maħsub li jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid fil-futur qarib? Minn liema kuntrattur sar dan ix-xogħol? Kemm se jiġi jiswa x-xogħol kollu li hu propost li jsir u kemm tħallas il-kuntrattur sa issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18393 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartimenti/Azjendi Parastatali — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 17945, peress li domandi simili ġew imwieġba minn ministri oħra, u peress li naħseb li l-poplu għandu dritt ikun jaf fejn qed jintnefqu flusu biex jiġu impjegati persuni ma' entitajiet illi tagħhom huwa responsabbli l-gvern, jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17945? Jekk it-tweġiba tirrikjedi ħfna xogħol jistax jagħtini lista ta' dawn l-entitajiet ħalli mbagħad nagħmel mistoqsija separata fuq kull entita'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li wara li jara l-lista ta' l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi, l-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li t-tip ta' informazzjoni li talab, mifruxa fuq medda ta' ħames snin, tinvolvi kwantita' mhux żgħira ta' riżors uman biex tinġabar.Il-Ministeru li għalih jiena responsabbli huwa iffurmat minn dawn id-dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi: DIPARTIMENTI - Dipartiment għall-Affarijiet tal-Kunsumatur, Dipartiment ta' l-Industrija, Dipartiment tal-Kummerċ, Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, Uffiċċju tal-Proprjeta' Industrijali, Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika u Diviżjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku. KORPORAZZJONIJIET - Korporazzjoni Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (WSC), Korporazjoni tal-Port Ħieles, Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta (MDC) u Malta External Trade Corporation Ltd. (METCO). AWTORITA' - Awtorita' għall-Għemil ta' Standards (MSA) KUNSILLI - Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku (MCED) u Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur. AZJENDI - Air Malta plc, Malta International Airport plc, Maltacom plc, Malta Drydocks, Malta Shipbuilding Co. Ltd., Gozo Channel Co. Ltd., Sea Malta Co. Ltd., Maltapost plc, Institute for the Promotion of Small Enterprise Ltd. (IPSE), Malta Countertrade Co. Ltd., National Standards Laboratory Co. Ltd., Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd. (MOBC), Freeport Terminal Malta plc, Medigrain Ltd., Kordin Grain Terminal, Tug Malta Co. Ltd., Malta Disalination Services Ltd., Gozo Ferries Co. Ltd., The Libyan Arab Maltese Company for Supermarkets Ltd., Kalaxlokk Ltd., Interprint Ltd., Malta Investment Management Co. Ltd. (MIMCOL) u Malta Government Investment (NGI)
Leg 9 PQ #17994 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power stations — Circuit breakers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx servizz ta' manutenzjoni regolari fuq is-circuit breakers fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara? Qabel il-Ġimgħa, 23 ta' Ġunju, meta Malta u Għawdex sfaw bla dawl għal ħin twil, jista' l-Ministru jindika meta sar l-aħħar xogħol ta' manutenzjoni fuq is-circuit breakers?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta unit partikulari ikun mitfi, l-inġiniera tal-power stations jieħdu l-opportunita` jagħamlu l-manutenzjoni meħtieġa. Ninsab infurmat li l-aħħar unit li ġie spezzjonat fil-power station tal-Marsa kien dak tal-Generator Transformer numru 4 u dan sar fit-2 ta` Lulju ta` din is-sena.