Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni li kien hemm fil-unit tad-Dentistrija bejn l-1 u t-2 ta’ Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li din is-sitwazzjoni ġiet riżolta wara diskussjonijiet bejn il-management ta’ l-isptar Mater Dei u d-dentisti nvoluti. Fil-fatt is-sitwazzjoni msemmija ma kienx hemm ħtieġa li jkun hemm investigazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li għad m’għandhomx appuntament għall-intervent li għandhom bżonn fid-Dipartiment tad-Dentistrja?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n–numru ta’ pazjenti li għadd m’għandhomx appuntament għal-intervent li għandhom bżonn fid-Dipartiment ta' Dentistrija huma:
· 191 adulti għal qlugħ ta’ snien/operazjoni bil-lopju
· 78 tfal għal qlugħ ta' snien /operazjoni bil-lopju
· 8 għal dentaturi
· 44 fixed braces
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti (f’kull kategorija imsemmija hawn taħt) ta’ żmien li fih se jsirilhom l-intervent li għandhom bżonn fid-Dipartiment tad-Dentistrja?
a. Anqas minn xahar;
b. Bejn xahar u tliet xhur;
c. Bejn tliet xhur u sitt xhur;
d. Bejn sitt xhur u sena; u
e. Aktar minn sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti f’kull kategorija ta’ żmien imsemija huma kif misjuba fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin mas-sidien/rappreżentanti/konsulenti tal-Isptar St Philip’s dwar xi forma ta’ ftehim li jista’ jintlaħaq bejniethom u l-Gvern dwar l-użu ta dan l-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Biex itejjeb is-servizz tas-saħħa, dan il-Gvern jikkonsidra l-options kollha u għalhekk kollox huwa possibbli biex il-pazjent jingħata l-aħjar servizz possibbli.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'valur jiġifieri f'Euro minflok fi kwantitajiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jara li jintbagħat l-appuntament għall-operazzjoni għand l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li ilu jistenna 6 xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li dan il-każ qed jiġi segwid mid-dipartiment tal-Customer Care fi’ ħdan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' trabi li twieldu mejta matul l-2012 u l-2013 f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm trabi li mietu matul l-ewwel sitt xhur wara t-twelid, fis-sitt xhur ta' wara u kemm kien in-numru ta' trabi li mietu qabel ma għalqu l-ħames snin fl-istess perijodu? Kif jitqabbel dan in-numru ma' pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet fi tfal taħt l-età ta’ ħames snin fl-2012, kien ta’ 26. 23 każ kellhom inqas minn sena età. Minn dawn it-23 każ, 17 mietu fl-ewwel gimgħa tal-ħajja.
Din l-informazzjoni mhijiex available għas-sena 2013, liema data tkun għadha qed tinħadem u tiġi ċċekkjata. Skont rapport tal-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija (WHO), fl-2011, ir-rata ta’ mwiet fi tfal taħt l-età ta’ sena għal kull elf li jitwieldu kienet ta’ 5.00. Ir-rata tal-Unjoni Ewropea (EU-28) kienet ta’ 3.97. Din hi l-iktar informazzjoni riċenti f’dan ir-rigward. Wieħed tajjeb iżomm f’moħħu li minħabba l-fatt li l-abort ta’ trabi bi problemi serji ta’ mard konġenitu mhuwiex legalizzat f’Malta, dawn it-trabi ikollhom riskju ħafna ogħla minn trabi oħra li jmutu fl-ewwel sena ta’ ħajja. Minn 23 każ ta’ mewt fi trabi fl-ewwel sena, 9 ġew meqjusa bħala li mietu minħabba mard konġenitu.
Tabella 1
Numru ta' każijiet ta' mwiet fi tfal taħt l-et
à ta' ħames snin
Età (snin)
0
23
1
1
2
0
3
1
4
1
Total
26
Tabella 2
Numru
ta' każijiet ta' mwiet fi tfal taħt l-et
à ta' sena
Età (ġranet)
0-6
17
7-27
3
28-364
3
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn liema etajiet qed jirriżulta lill-Ministeru li qed ikun hemm tfal, żgħażagħ u persuni oħra li jitqiesu li huma overwieight u obeżi f'Malta? Kif jitqabbel dan in-numru għall-istess gruppi ta' persuni meta mqabbla mal-informazzjoni li ġejja minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-kliniċi lokali li l-Ministeru għandu fid-diversi bliet u rħula li għandna f'Malta? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-istess kliniċi? X'servizzi qed jingħataw minn dawn il-postijiet lir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm 43 Berga (Klinici Lokali) F’Malta, waħda ghal kull local kif ġej –
Sta. Lucia, B’Bugia, Tarxien, Luqa, Kalkara, Vittoriosa, Senglea, Fgura, Għaxaq, Gudja, Zejtun, Pembroke, Ta’ Xbiex, Pieta’, San Gwann, St. Julian’s, Msida, Sliema, Zebbug, Siggiewi, Hamrun, St. Venera, Qrendi, Mqabba, Kirkop, Marsa, Safi, Valletta (Evans), Żurrieq, Żabbar, M’Scala, Xgħajra, M’Xlokk, Dingli, Attard, Għargħur, Lija/Balzan, Iklin, Mellieħa, St. Paul’s Bay, Naxxar, Mtarfa, u Mġarr.
Minn kull berga jingħata servizz bażiku ta’ tabib tal-familja u nfermiera.
Servizz ta’
Speech Language Pathologist
jingħata wkoll minn dawn il-bereġ
-
Attard, B’Bugia, Dingli, Għargħur, Ħamrun, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Naxxar, Qrendi, Safi, St. Paul’s Bay, Sta Venera, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.
Sptar Mater Dei – stennija għal trasferiment ta’ pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra u għal kull każ (mingħajr ma jagħti l-isem) jgħid x’età għandu l-pazjent u kemm ilu jistenna biex jiġi trasferit?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Sptar Mater Dei – kanċellazzjoni ta’ elective surgeries
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm elective surgeries fl-Isptar Mater Dei li ġew ikkanċellati bejn Jannar 2011 u Diċembru 2013 xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni skont id-Dipartiment rispettiv?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mit-teatri ta’ l-operazzjonijiet, in-numru ta’ operazzjonijiet/interventi li kienu bbukjati b’data u li ma sarietx l-operazzjoni/intervent f’dik id-data jinsab fit-tabellali qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, xahar b’xahar minn Jannar 2011 sa Diċembru 2013.
Ta’ min wieħed jinnota li ir- raġunijiet l-aktar komuni għaliex jitħassru l- operazzjonijiet li jkunu diġa tpoġġew fuq il- lista ta’ l- operazzjonijiet huma:
1. Il- pazjent ma jiġix għall-operazzjoni.
2. Minħabba xi kontraindikazzjoni medika.
3. Il- pazjent irrifjuta l-operazzjoni.
4. Ikun hemm operazzjonijiet fuq l-istess lista li jkunu damu iżjed milli kien mistenni.
5. Il- pazjent ma’ kellux bżonn l-operazzjoni, għaliex il- kundizzjoni tiegħu tkun inbidlet.
6. Minħabba li jkun hemm xi każ urġenti li jkun irid jiġi operat minnufieħ.
7. Il- pazjent ma jkunx ippreparat sew għall-operazzjoni, eż, ma jkunx sajjem.
Fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-raġuni l-għalfejn l-operazzjoni/intervent ma jsirx fid-data bbukjata huwa għaliex il-pazjent ma attendiex jew il-pazjent ma nstabx f’kundizzjoni medika adegwata biex titwettaq l-opearazzjoni/intervent (punti 1 u 2).
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess u r-rekwiżiti neċessarji biex tinħareġ liċenzja għall-ispiżerija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li biex tkun tista tinħareġ liċenzja għall-spiżerija, l-applikazzjoni trid tilħaq u tissudisfa l-kriterji kollha mnżilla u stabilliti fl- Avviż Legali 279/2007 (REGOLAMENTI DWAR IL-LIĊENZI GĦALL-ISPIŻERIJI) kif emendat, ta’ liema kopja qed tiġi mqeda fuq il-mejda tal-kamra ma’ din ir-risposta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-liċenzji ta’ spiżeriji f’kull lokalità f’Malta u Għawdex
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ma’din ir-risposta qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ talbiet li bħallissa hemm pendenti għal-liċenzji ta’ spiżeriji f’kull lokalità f’Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-liċenzji ta’ spiżeriji u kemm ilhom pendenti miġburin f’dawn il-kategoriji:
a) 10 xhur jew anqas
b) Aktar minn 10 xhur u anqas minn sentejn;
c) Aktar minn sentejn u anqas minn tliet snin;
d) Aktar minn tliet snin u anqas minn erba’ snin;
e) Aktar minn erba’ snin u anqas minn ħames snin;
f) Aktar minn ħames snin u anqas minn għaxar snin; u
g) Aktar minn għaxar snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab informat li bħallissa hemm 320 talba pendenti għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji f’Malta u Għawdex u dawn ilhom pendent kif ġej:
a) 10 xhur jew anqas - 10
b) Aktar minn 10 xhur u anqas minn sentejn; - 10
c) Aktar minn sentejn u anqas minn tliet snin; - 5
d) Aktar minn tliet snin u anqas minn erba' snin; - 8
e) Aktar minn erba' snin u anqas minn ħames snin; - 2
f) Aktar minn ħames snin u anqas minn għaxar snin; -29
g) Aktar minn għaxar snin? - 256
Sptar Mater Dei – trasferiment ta’ pazjenti long-term
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra bejn Jannar 2011 u Novembru 2013, xahar b’xahar fl-aħħar jum ta’ kull xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li nġabret mill-Patient Administration Sytem preċedenti tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li ġew klassifikati bħala “long-term care” li kienu qegħdin jistennew trasferiment għal faċilita oħra bejn Jannar 2011 u Diċembru 2013 fl-ewwel ġimgħa ta’ kull xahar jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.