Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – servizz barra l-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija fil-preżent li qed jaqdu d-doveri tagħhom ma' dipartimenti oħra mhux fil-Korp tal-Pulizija, u fejn qegħdin jaqdu dawn id-dmirijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 64 membru tal-Korp li huma assenjati xogħol f’Dipartimenti jew Entitajiet oħra barra mill-Korp, kif ġej: Visa office 2 Ministeru għas-Saħħa 1 Ministeru għall Energija u Konservazzjoni tal-Ilma 1 Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà 1 Dipartiment tal-Protezzjoni Civili 1 Uffiċċju tal-Avukat Generali 1 L-Uffiċċju tal-Prim Imħallef 1 Faċilità Korretiva Kordin 15 Servizz tas-Sigurtà 41

Korp tal-Pulizija – ċirkolari dwar reduced hours

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkolari li ħareġ il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġimgħa li għaddiet dwar reduced hours?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Public Service Commission – risposta ta’ ittra dwar recall ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta tal-Public Service Commission għall-ittra tal-Gvern datata 17 ta' April 2013 lill-istess Public Service Commission dwar ir-recall tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, lura fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri ta’ recall jinħarġu mill-Prim Ministru għalhekk din id-domanda trid tiġi indirizzata lil Ministru konċernat.

Liċenzja għal xiri ta’ armi moderni

Question

Jista’ l-Ministru jara għala persuna li għandha l-licenzja ta’ Collector Licence A mhux qed titħalla mill-Pulizija tixtri armi moderni (u ċjoè dawk ta’ wara l-1945) kif jipprovdi l-avviż legali li ġie fis-seħħ fl-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Persuni li għandhom liċenzja ta’ Kolletur A qegħdin jingħataw permess sabiex jixtru Armi moderni (u ċjoè dawk ta’ wara l-1945) kif provdut fl-avviż legali li ġie fis-seħħ fl-2013 bil-kundizzjoni li jekk in-numru ta’dawn l-armi jaqbeż l-għaxra dawn l-armi ma jistgħux jinbiegħu qabel ma jgħaddu ħames snin mid-data illi fihom inxtraw.

Rapporti lill-Pulizija dwar moħqrija ta’ annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ moħqrija fuq l-annimali lill-Pulizija f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm tressqu nies il-Qorti fuq l-istess akkużi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif gej: 2009 2010 2011 2012 2013 Rapporti dwar mohqrija ta’ annimali 108 94 98 104 59 Persuni mressq l-Qorti 20 16 19 13 10

Korp tal-Pulizija — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-MPA rigward il-wegħda elettorali li l-membri tal-Korp jitħallsu tal-overtime pendenti mill-1993?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Police Assocation għadha kemm ġiet rikostitwita , fil-jiem li ġejjin hemm il-ħsieb li ssir laqgħa ma’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-Bord tan-Negozjati.

MPA – laqgħat bejn unions u d-direttur tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-MPA hiex inkluża fil-laqgħat li qegħdin isiru bejn il-unions u d-direttur tax-xogħol rigward il-wegħda elettorali li l-membri tal-Korp dixxiplinati jssieħbu f’union?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi għaddejin laqgħat bejn il-unions u d-direttur tax-xogħlijiet u li hemm il-ħsieb li jattendu għalihom ukoll membri ta’ Korpi Dixxiplinati.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-bidu ta’ Mejju 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li overtime li sar mill-ħaddiema tal-facilita korretiva ta' Kordin min Mejju 2013 sa Settembru 2013 hu kif ġej: (May 2013) - € 134,609.94 (June 2013) - € 133,397.51 (July 2013) - € 134,808.39 (August 2013) - € 128,467.93 (September 2013) - € 128,954.37

Korp tal-Pulizija – xiri ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-Korp tal-Pulizija, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi minn Jannar 2009 sa Settembru ta’ din is-sena, il-vetturi ġodda mixtrija mil-Korp tal-Pulizija kienu 47 vettura, 21 mutur u 2 segway.

Korp tal-Pulizija – membri involuti f’inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta' dmirijiethom f'dawn l-aħħar ħames snin u kif kienu maqsuma sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti f’incidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta’ dmirijithom bejn Jannar 2009 u Settembru ta’ din is-sena huwa kif ġej: Sena 2009 2010 2011 2012 2013 Membri tal-Korp involuti f'inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta' dmirijiethom 18 16 8 17 12 Numru ta’ incidenti 21 21 8 17 13

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – urine tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru urine tests fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tul x-xhur ta' Marzu, April u Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2013 saru dawn il-urine tests: Marzu - 69 test April - 93 test Mejju - 168 test

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — każijiet ta' dixxiplina interna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' dixxiplina interna pendenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Meta l-aħħar li ngħatat deċiżjoni ta' dixxiplina interna fil-ħabs?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Bħalissa hemm 25 każ pendenti ta’ dixxiplina interna fil-Faċiltà Korrettiva ta’ Kordin. L-aħħar li ngħatat deċiżjoni ta’ dixxilplina interna kien fl-20 ta’ Settembru 2013.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — klassifikazzjoni tal-priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jispejga x'passi qed jittieħdu għall-klassifikazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, il-klassifikazzjoni tal-priġunieri qiegħda ssir kif ġej: - skont l-eta’ (id-Divizjoni tal-YOURS) - skont is-sess (in-nisa huma separati mill-irġiel) - skont il-vulnerabbilità tal-individwu (Divizjoni 8)

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — programmi ta' rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm programmi ta' rijabilitazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li attwalment qed isegwu l-priġunieri?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ir-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għandhom il-possibilità li jsegwu wieħed minn-żewġ programmi residenzjali kontra l-abbuż tad- droga, dak offrut mill-Aġenzija Sedqa u dak offrut mill-Caritas.

Forzi Armati ta’ Malta – għajnuna fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-għajnuna fuq il-baħar kellhom il-Forzi Armati ta’ Malta tul dawn l-aħħar ħames snin? X’kienu r-raġunijiet prinċipali għal dawn is-sejħiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi f’dawn l-aħħar ħames snin ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol li jsir mill-priġunieri waqt li jkunu Kordin isirx fuq bażi volontarja? Jeżisti xi protokoll biex jgħin lil dawn il-persuni jsibu xogħol ladarba dawn jirritornaw lura fis-soċjetà?

Response (MALLIA, EMANUEL)

In-numru ta’ individwi miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: Sena 2007 389* 2008 423* 2009 492* 2010 582* 2011 591* 2012 596* 2013 602* Dwar ix-xogħol li jsir mill-priġunieri waqt li jkunu fil-Faċilità, dan dejjem jsir buq ba¿i volontarja fejn kull priġunier li jkun jixtieq jagħmel xogħol jitkellem mal-Uffiċjal addett għal dan il-għan u l-istess Uffiċjal jqassam ix-xogħol skont il-ħtieġijiet tal-Faċilità u l-abilitajiet tal-priġunier. Improtanti li jingħad li tittieħed ukoll in kunsiderazzjoni lis-stat ta’ saħħa tal-priġunier. Jekk l-Onorevoli interpellant qed jirreferi wkoll, għall-xogħol li jsir mill-priġunieri barra l-Faċilità (xogħol fil-komunità) il-priġunieri jdaħħlu l-applikazzjoni tagħhom u kull talba tkun evalwata minn mill-Prison Leave Board.

Rapporti lill-Pulizija dwar abbuż fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati lill-Pulizija każijiet ta’ abbuż fuq anzjani tul din is-sena? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, il-Pulizija kellha 187 rapport ta’ abbuż fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar. Dawn kienu 65 każ ta’ vjolenza domestika, 75 offiżi fuq il-persuna, 6 serq, 5 mugging, 36 snatch & grab. Infurmat ukoll illi dawn il-każijiet ġew investigati u s’issa 54 persuna ġew imressqa quddiem il-Qorti

Korp tal-Pulizija – membri jservu barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija qed iservi barra minn xtutna? F'liema organizzazzjoni u f’liema pajjiż qed iservu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi għandhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm Supretendent li qed jservi fl-Olanda u Surġent li qed jservi fil-Kosovo.

Akkademja tal-Pulizija – suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti akkademiċi li qed jiġu mgħallma l-Pulizija , konnessi direttament max-xogħol tagħhom, fl-Akkademja tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 2212 li staqsa huwa stess.

Qbid ta’ Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija fis-snin 2009, 2010, 2011, 2012 u sal-lum fl-2013, u x'kienet din id-droga?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif dwar l-ammont ta’ droga li nqabdet mil-Pulizija minn Jannar 2009 sa Settembru ta’ din is-sena, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.