Jista' il-Ministru jgħid jekk qatt xi darba saritx spezzjoni ta' Triq Għeriexem fir-Rabat peress li din tinsab f'xifer madwar żewġ sulari 'il fuq mill-għelieqi, barra li tinsab f'qagħda mħarbta jidher ukoll li m'għandhiex pedamenti sodi biżżejjed? Jekk le, jista' jikkonsidra li ssir tali spezzjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Periti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport se jagħmlu spezzjoni dettaljat biex naraw jekk it-triq imsemmija hux qed tfalli. Jekk jirriżulta hekk tiġi preparata stima dettaljata tax-xogħlijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi n-nefqa tal-Ministeru tiegħi fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru ta' l-2004 kienet :-
- Novembru 2004 Lm 955.78
- Diċembru 2004 Lm 930.05
Total Lm1885.83
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4186, fejn il-Ministru wieġeb li hu nformat illi fil-preżent għadu kif sar ftehim bejn l-awtorita' dwar it-trasport u l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ sabiex ikunu jistgħu jsiru Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Triq Ġdida fi Triq l-Għasfura, Triq Gulliermu Lorenzi u Triq Luigi Fontana, jista' il-Ministru jikkonferma li fil-fatt it-toroq kollha saru bit-tarmac? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex dan ma sarx u x'se jiġri?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' asfaltar diġa sar fi Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora u fi Triq Ġdida fi Triq l-Għasfura. Triq Gulliermu u Triq Luigi Fontana għad iridu jiġu asfaltati.
Fid-dawl tar-risposti mgħoddija għall-mistoqsijiet parlamentari 9160 u 10266, jista' il-Ministru jgħid x'jaħseb għal press conference li saret mis-sindku ta' Pembroke, proprju biswit Triq il-Mediterran fid-29 ta' Jannar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Wara diversi mistoqsijiet li kellu fuq ix-xogħolijiet fit-Triq il-Mediterran, il-Ministeru għamel verifika mad-Direttorat tat-Toroq tal-Awtorita dwar it-Trasport fuq il-programm u l-istima tax-xogħol fuq l-istess triq.
Jirriżulta li l-pjanijiet huma mfassla bir-reqqa u professjonalita. Ix-xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġranet li ġejjijn. Il-Ministeru ma jifhimx il-ħtieġa tal-press conference li saret mis-sindku dwar l-istess xogħol.
Jista' il-Ministru jinformani liema toroq f'San Ġiljan, fil-kontest ta' kooperazzjoni mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan se jsiru? Jista' jgħid triq triq, kemm se jiswew, meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm se jdumu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infiurmat illi fil-kontest tal-kuntratt tal-75,000 bejn l-ADT u l-Kunsil Lokali San Ġiljan kienu se jiġu asfaltati Triq Wilġa, Triq Dobbie, Triq Wied Għomor u Triq Elija Zammit. Il-Kunsill għamel talba biex jemenda l-kuntratt u t-toroq li huma proposti li jiġu asfaltati huma dawn li ġejjin .
Telgha ta’ San Ġiljan
13,226,38
Triq Furtu Selvatico
4,378,11
Triq il-Fagu
5,169,59
Triq Nicholas Monserrat
6,389,34
Triq il-Kbira (Minn Triq Sant Elija
sa Trejqet Grenfell)
4,339,53
Rigward iż-żmien, x-xogħlijiet huma maħsub li jibdew malli jiġi ffirmat l-kuntratt emendat u jkomplu bla waqfien.
Jista' il-Ministru jinformani liema toroq f'San Ġiljan, fil-kontest ta' kooperazzjoni mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan se jsiru? Jista' jgħid triq triq, kemm se jiswew, meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm se jdumu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infiurmat illi fil-kontest tal-kuntratt tal-Lm75,000 bejn l-ADT u l-Kunsil Lokali San Ġiljan kienu se jiġu asfaltati Triq Wilġa, Triq Dobbie, Triq Wied Għomor u Triq Elija Zammit. Il-Kunsill għamel talba biex jemenda l-kuntratt u t-toroq li huma proposti li jiġu asfaltati huma dawn li ġejjin .
Telgha ta’ San Ġiljan
13,226.38
Triq Furtu Selvatico
4,378.11
Triq il-Fagu
5,169.59
Triq Nicholas Monserrat
6,389.34
Triq il-Kbira (Minn Triq Sant Elija
sa Trejqet Grenfell)
4,339.53
Rigward iż-żmien, x-xogħlijiet huma maħsub li jibdew malli jiġi ffirmat l-kuntratt emendat u jkomplu bla waqfien.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata tarmak il-parti l-ġdida ta' Triq ix-Xewk, Paola?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tender għall-bini tat-triq imsemmija ġiet ppublikata fil-gazzetta tal-gvern tas-27 ta’ Lulju 2004. Madakollu, ma ntefgħet l-ebda offerta għal dan ix-xogħol. Hu ppjanat li dan it-tender jerga’ jinħareġ aktar il quddiem.
B'riferenza għax-xogħlijiet li għaddejjin fit-toroq fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ taħt il-protokoll Taljan u b'riferenza għar-roundabout faċċata ta' Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li t-traffiku li jkun ħiereġ minn Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ jingħata preċedenza billi, b'mod partikolari fir-rush hour ta' filgħodu, sar prattikament impossibbli li l-flow tat-traffiku minn ġo Vjal il-Ħelsien għal Triq l-Imdina jimxi tajjeb billi jkollu jistenna t-traffiku li jkun diġa' qabad ir-roundabout minn fuq il-lemin, liema traffiku jkun inġema u jkun ġej bil-mod minħabba xogħlijiet eżegwiti aktar 'l isfel fejn Siġġiewi Road?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet li qed isiru mir-roundabout tas-Siġġiewi direzzjoni lejn Ħal Qormi huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’ Marzu. Madankollu, mistenni li jinfetħu xogħlijiet oħra li jibdew mill-istess roundabout, direzzjoni lejn is-Siġġiewi u oħrajn direzzjoni lejn Ħaż Żebbug , preċiżament sal-bieb ta’ De Rohan.
L-Awtorita’ dwar it-Trasport qiegħda kontinwament tagħmel l-isforzi meħtieġa biex l-inkonvenjent li jġib miegħu ix-xogħol in kwistjoni ikun wieħed raġonevoli u kkontrollat permezz ta’ sinjali, avviżi lill-pubbliku u installazzjonijiet marbuta għall-immaniġjar tat-traffiku. Għal dan il-għan ix-xogħlijiet fuq din il-junction qed isiru kollettivament max-xogħlijiet bejn l-istess junction direzzjoni lejn Ħal Qormi biex kemm jista' jkun l-istess xogħlijiet jingħalqu f’daqqa qabel ma jinfetħu iż-żewġ toroq l-oħra li jagħtu minn din il-junction.
B'riferenza għax-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa proprju fil-lok fejn kien hemm ir-roundabout li kienet tirregola l-flows tat-traffiku lejn is-Siġġiewi u lejn Ħaż-Żebbuġ ġo Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi fi tmiemu dan ix-xogħol billi, kif jista' japprezza l-Ministru, qed ikun hemm konfużjoni sħiħa fit-traffiku meta l-flows tat-traffiku li jkunu ġejjin minn Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ jiltaqgħu proprju f'dan il-lok?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 10469.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi problemi biex jissoktaw ix-xogħlijiet fi Triq 12 ta' Mejju, Ħaż-Żebbuġ u cioe' dik li twassal sa taħt il-Virtu', ir-Rabat, qrib ta' Gianpula? Jekk le, jista' jgħid meta bejn wieħed u ieħor se titlesta din it-triq?
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati dwar azzjoni meħuda minn operaturi fil-qasam tat-trasport fil-lejla tal-24 ta' Jannar 2005 waqt konferenza ta' l-Alcatel li saret f'pajjiżna matul, liema azzjoni ħalliet effett negattiv fuq din il-konferenza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport ħadet azzjoni kontra is-sidien tal-vetturi li operaw kontra il-liġi u allegatament għamlu xogħol mhux awtorizzat.
Għaldaqstant, 12-il sid ta’ xarabank ser ikunu imħarrka talli kisru ir-regolament numru 5 (2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.14 – Regolamenti dwar Servizzi skedati jew mhux skedati tat-Trasport Pubbliku.
Jista' il-Ministru jara l-kwalita' ta' xogħol li sar fil-bini ta' Triq Patri Ġuże Delia, fis-Siġġiewi peress li issa l-persuna li toqgħod fit-tarf ta' ġewwa tat-triq ma tistax toħroġ mill-garaxx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10204.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8524, 9266 u 9842, jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport għadditlux informazzjoni korretta dwar permess għall-istallar ta' arloġġ fil-venda ta' rotta 91 f'Ħal Qormi?
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8524, 9266 u 9842, jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport għadditlux informazzjoni korretta dwar permess għall-istallar ta' arloġġ fil-venda ta' rotta 91 f'Ħal Qormi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-informazzjon li għaddieli l-Awtorità dwar it-Trasport fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8524 hi korretta.
Tajjeb li wieħed ifakkar li l-arloġġi fil-vened tal-karrozzi tal-linja kienu twaħħlu bl-inizjattiva ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku fl-1993, ftit wara li kienet twaqqfet l-Awtorità għall-Ippjanar.
Peress li ma’ l-arloġġi kienu se jidhru wkoll ir-riklami, u allura kien se jkun hemm il-ħtieġa ta’ permess ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, kienu saru diskussjonijiet ukoll ma’ uffiċjali ta’ dik l-Awtorità.
Fid-dawl ta’ dak li jingħad fil-Pjan ta’ Struttura, li kien pubblikat fl-1992, l-uffiċjali ta’ l-Awtorità għall-Ippjanar kienu taw il-parir li arloġġi bir-riklami magħhom ma setgħux jitwaħħlu f’inħawi ta’ konservazzjoni bħal ma huma ċentri ta’ villaġġ, kif hu l-każ fir-rigward ta’ Ħal Qormi.
Jista’ il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir mill-ġdid jew almenu ssir manutenzjoni fit-triq prinċipali li mir-roundabout ta’ Fleur-de-Lys tasal sat-traffic ligħts viċin fejn illum hemm l-ufficini ta’ Gasan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi din it-triq ma tagħmilx parti min-toroq arterjali u distributorji ta' Malta, hekk kif indikat fuq il-pjanta annessa (Route 130) li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Għaldaqstant ir-responsabbilita' tal-manutenzjoni tagħha tifforma parti mir-rwol tal-Kunsill Lokali.
Minkejja dan ninsab infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport għamlet xi interventi fuq din it-triq fil-passat, u preżentament qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex eventwalment tiġi irranġata il-junction ta' din it-triq (Triq l-Imdina) ma' Triq l-Imrieħel, B'Kara.
ADT — Kodiċi ta' dixxiplina għax-xufiera tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħroġ Kodiċi ta’ Dixxiplina għax-xufiera għaliex għalkemm il-ftehim mas-sidien tat-trasport pubbliku sar f’Ottubru, għadu ma ħareġ l-ebda Kodici ta’ Dixxiplina? Jista’ jgħid min huma dawk li qed jaħdmu fuqu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Kodiċi ta' Kondotta ser jiġi mgħoddi lill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku fil-jiem li ġejjin sabiex dan jitqassam lill-membri kollha tagħhom.
Dan il-Kodiċi ta' Kondotta ġie iffinalizzat wara xhur ta' taħdidiet bejn il-Ministeru, l-Awtorita' Dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. L-intenzjoni ta' dan il-kodiċi hija sabiex is-servizz tal-karozzi tal-linja jitjieb u li titkabbar kultura fejn is-sidien u x-xufiera ta' bilħaqq jibdew iħaddmu l-prinċipji ta' customer care. Il-kodiċi, f'xi każi, iġib miegħu ukoll penalitajiet amministrattivi. Dawn huma intiżi sabiex ikunu ta' deterrent għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi jew imġieba ħażina.
Fost l-aspetti li jindirizza dan il-kodiċi hemm: ilbies ta' uniformi, il-ħarsien ta' rotta, is-sewqan, l-imġieba, rispett lejn l-Awtorita', liċenzji, nollijiet, manutenzjoni tax-xarabnks u dispożizzjonijiet oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?