Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: l-isem tal-persuna appuntata; il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; min għażel lill-persuna; il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Mediċina Botox

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ċertu pazjenti li għal dawn l-aħħar snin kienu qed jingħataw l-Botox b’xejn fin-Neuro Therapy Section tal-Isptar Mater Dei u issa dan l-aħħar fil-klinika fil-ward tan-Neurology, għadhom kemm ġew infurmati li din il-mediċina mhux se tibqa’ tingħata aktar b’xejn imma jridu jixtruha, u din l-injection partikolari hemm min se tiswielu €540 kull tliet xhur? Jekk dan huwa minnu jistgħu jsiru arranġamenti neċessarji biex il-Botox tibqa’ tingħata b’xejn għall-ġid tal-pazjenti li tant għandhom bżonnha?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-użu tal-injezzjoni BOTOX f l-isptar se tipqa tingħata bla ħlas għall-kundizzjonijiet li ġejjien skont il-protocol numru 21. Blefarospażmu, Spażmu hemifacial, Torticollis spażmodika, Disfunzjoni tal-bużżieqa tal-awrina b’konsegwenza t’inkontinenza rikorrenti.

Kont tad-Dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġieh għoli meta m’għadux joqgħod fil-post?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kont maħruġ kien estimate u issa ġie aġġustat skont il-qari attwali.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kont maħruġ kien estimate u issa ġie aġġustat skont il-qari attwali.

Kont tad-Dawl u l-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ilment ġie nvestigat u ma rriżultax li kien hemm xi anomalija fil-konsum tal-ilma.

Problema fuq il-kont tal-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għal dawn l-aħħar xhur qed ikollha problema bil-kont tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ ġie nvestigat u ġiet infurmata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tieħu azzjoni neċessarja.

Ministru għas-Saħħa — PR u media events – nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8729 u jgħid fis-settur tas-saħħa mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn Marzu tal-2013 u April tal-2014 saru mitejn u tlettax (213)-il PR u media event li swew medja ta’ sebgħa u ħamsin ewro punt tlieta ħamsa (€57.35). Ix-xogħol ingħata skont il-procurment regulations tal-Gvern.

Ministru għas-Saħħa — PR u media events – nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jiċċara t-tweġiba għall-mistqosijiet parlamentari 8729 u 4518 u jikkonferma li: a. minn Marzu sa Ottubru 2013 saru 11-il media event b'nefqa totali ta' €2,009.52? Nefqa medja ta' €182.68; b. minn Ottubru 2013 sa April 2014 saru 19-il media event b'nefqa totali ta' €2,607.80? nefqa medja ta' €137.25; ċ. l-informazzjoni tinkludi l-kampanja ta' reklamar ta' roħs fil-kontijiet tad-dawl; d. kemm kienet in-nefqa totali tal-kampanja tar-reklamar tar-roħs tal-kontijiet tad-dawl; e. l-informazzjoni tinkludi l-produzzjoni ta' reklami għat-televiżjoni, gazzetti u billboards; f. l-informazzjoni tinkludi l-ħlas għar-reklamar fuq it-televiżjoni, radju, gazzetti, online u billboards; g. kemm kienet l-ispiża ta' kull attività, kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjo viżivi; ġ. kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta' dawn l-attivitajiet; u h. min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażluz wara sejħa pubblika?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mgħotija fir-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 4518 (erbat elef, ħames mija u tmintax) u 8728 (tmint elef, seba’ mija, tmienja u għoxrin) fihom id-dettalji mitluba f’din il-mistoqsija sabiex l-Onorevoli tasal għal konklużjonijiet tagħha. B’rabta mal-mistoqsijiet l-oħra, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8900 (tmint elef u disa’ mija).
Leg 12 PQ #9331 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Enemalta — tmexxija ta' canteen

Question

Jista' l-Ministru jgħid min rebaħ it-tender sabiex jitmexxa l-canteen tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-bidder huwa is-Sur Raymond Cordina. Huwa ġie kkuntatjat u dalwaqt mistenni jiffirma l-kuntratt.

Tindif ta' appartament minn perikli tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi għal dak li jikkonċerna l-każ imsemmi fil-mistoqsijiet parlamentari 8890 u 8891?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed isir kull sforz sabiex jinstab is-sid u eventwalment jitneħħa l-inkonvenjent.

Sptar Mater Dei – pazjenti long term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra u għal kull każ (mingħajr ma jagħti l-isem) jgħid x’età għandu l-pazjent u kemm ilu jistenna biex jiġi trasferit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Kien hemm 55 pazjent li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-sittax ( 16 ) u s-sitta u disgħin ( 96 ) sena li kien ilhom jistennew bejn erba’ mija,tlieta u erbgħin ( 443 ) ġurnata u tlett ( 3 ) ijiem.

Sptarijiet tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6472 u jgħid kemm kien il-complement tal-istaff, grad b’grad, fl-isptarijiet tal-Gvern fit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena mis-sena 2008 sal-2013? Kemm kienet l-ispiża totali f’termini ta’ paga u allowances fl-istess snin f’kull kategorija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2013 il-compliment tal-istaff kien ivarja bejn erbat elef, tminn mija, ħamsa u tletin (4835) għal ħamest elef, tminn mija u tmienja (5808), filwaqt li l-ispiża totali f’termini ta’ paga u allowances kienet tvarja bejn erba’ u sittin miljun, sitt mija, disa’ u erbgħin elf, erba’ mija, tmienja u sebgħin ewro punt erbgħa ħamsa (€64,649,478.45) u mija u ħames miljun, ħames mija, disa’ u għoxrin elf, mija erba’ u tletin ewro punt disa’ tmienja (105,529,134.98).

Sptarijiet tal-Gvern – nefqa fuq makkinarju ġdid/u maintenance

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6473 u jgħid kemm huwa l-ammont totali li nefaq il-Gvern f’termini ta’ makkinarju ġdid/u maintenance fl-isptarijiet governattivi (f’Malta u f’Għawdex), sptar bi sptar, kull sena mis-sena 2004 sal-lum? Kemm minn dan l-ammont tħallas mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-nefqa totali mill-2004 sal-lum hija kif ġej: Makkinarju Gdid Maintenance EU Funded Euro Euro Euro Mater Dei Hospital 80,196,085 9,870,537 2,258,538 Gozo General Hospital 3,830,854 265,340 3,333,221 Rehabilitation Hospital Karen Grech 1,455,213 1,235,778 Nil Mental Health Services 1,296,243 2,225,972 Nil

Sptar Mater Dei – lista ta’ swali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6431 jagħti l-lista sħiħa tas-swali kollha li hemm fl-Isptar Mater Dei u għal kull sala jgħid x’inhi l-ispeċjalizzazzjoni tas-sala, min imexxiha, kemm fiha sodod u kemm hemm staff allokat fiha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fl-Isptar Mater Dei hemm tnejn u tmenin (82) sala jew dipartiment, b’total ta’ tminn mija u sittin sodda (860) u l-ispeċjaliżazzjonijiet ivarjaw minn swali akuti u mediċi, cardjaċi, tal-kirurgija, ortopedia, obstetrija, uroloġija, pedjatriċi, swali tal-kura intensiva, emerġenza, ENT, plastics, oftalmologija, psikjatrija, newrokirurgija u endoskopija, fost swali oħra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — riżenji

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #9197 Sitting 146 2014-05-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ħal Qormi – Xogħlijiet fuq iċ-Ċimiterju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fuq iċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi? Meta nbeda dan ix-xogħol? X’ tip ta’ xogħol qed isir fuq iċ-ċimiterju? X’ inhi stmata li se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fiċ-Ċimiterju ta’ Ħal-Qormi mhux qegħdin isiru mill-Gvern.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-ingaġġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk kenitx ħarġet sejħa pubblika skont il-proċeduri statutorji tal-ingaġġ, taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6466 u jagħti l-lista ta’ dawk il-persuni kollha li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’il hawn u li qabel ma ġew ingaġġati kienu diġà rtirati (jiġifieri pensjonanti)? F’kull każ jista’ l-Ministru jagħti: a. id-data meta tqabbdet il-persuna; b. il-pożizzjoni li ngħatat il-persuna; c. f’liema dipartiment tqabbdet; d. il-paga u benefiċċji li ngħatat; e. in-numru ta’ sigħat li mistennija taħdem fil-ġimgħa; u f. ir-raġuni għalxiex iddaħħlet mill-irtirar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ħadd ma’ ġie ngaġġat fil-Ministeru minn Marzu 2013.

Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Jannar 2014? F’kull każ jista’ jgħid: a. x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; b. meta tqabbad; c. kemm sewa jew ser jiswa; d. kif intgħażel il-kuntrattur; e. min għażel il-kuntrattur; u f. meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Sptar Mater Dei – Trasferiment ta’ pazjenti long-term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei li qed jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar, fl-aħħar jum ta’ kull xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Mill-informazzjoni miġbura, kien hemm ħamsa u ħamsin (55) pazjent long term f’Diċembru tal-2013 u ħamsin (50) pazejnt long-term li kienu qed jistennew biex imorru f’faċilita oħra.