Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jiġi jiswa t-tagħlim fi ħdan l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel matul din is-sena skolastika u x'tip ta' assistenza se jingħata lill-Malta Racing Club mill-Kunsill Malti għall-Isports f'dan ir-rigward?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investiment fit-tagħlim jlaħħaq €13,000 fis-sena. L-assistenza mill-Kunsill Malti għall-Isports se tkun ta’ €10,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ħareġ lill-kapijiet tal-iskejjel u għalliema minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid xahar b’xahar kif ħarġu dawn it-transfers u x’kienet ir-raġuni warajhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl tal-istatistika li turi żieda ta’ kważi 9% fin-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol, x’inhi l-istrateġija tal-Ministeru tiegħu u tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) sabiex nies li qed jirreġistraw għax-xogħol ikunu aktar employable?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-istrateġija tal-Ministeru u dik tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) hija waħda u hija li nies li qed jirreġistraw għax-xogħol ikunu aktar impjegabbli. Dan qed isir permezz ta’ għadd ta’ miżuri:
L-ETC tgħin lil min jibda jirreġistra għax-xogħol billi tipprovdi pariri dwar kif sorsi fejn tfittex ix-xogħol, u x’tip ta’ xogħol il-persuna tista’ tikkunsidra abbażi tal-kwalifiki, l-ħiliet, l-esperjenza u d-dispozizzjoni tagħha. L-
employment adviser
tal-ETC igħin lill-persuna qiegħda biex tfassal pjan t’azzjoni personali bil-għan li dan iwassal għal impjieg. L-
employment adviser
jibqa’ jsegwi lill-persuna fuq bażi regolari sakemm din tibqa’ tirreġistra.
L-ETC tgħin ukoll billi tħarreġ persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’oqsma relatati max-xogħol li huma jkunu jixtiequ jagħmlu. Bħalissa qed issir ħidma biex il-korsijiet tal-ETC jiġu riveduti u tinkiseb l-
accreditation
tagħhom mill-NCFHE. B’hekk min ilesti b’suċċess kors tal-ETC akkreditat, jikseb ċertifikat rikonoxxut u skont wieħed mil-livelli tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Bdew ħergin sejħiet għal offerti għall-provvista ta’ taħriġ, bl-ewwel tender tkun għall-provvista ta’ taħriġ fil-qasam tal-informatika.
Minbarra pariri u taħriġ, l-ETC tgħin ukoll billi tipprovdi skema ta’ xogħol fil-kommunita’ lil persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol bil-għan li dawn jerġgħu jidħlu fir-rutina tax-xogħol u jiksbu ħiliet li jagħmluhom aktar impjegabbli.
Għal persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol u li huma żvantaġġati, jeżistu skemi li bihom l-ETC tipprovdilhom esperjenza fuq post tax-xogħol bil-għan li dawn isiru aktar midħla tad-dinja tax-xogħol, jiksbu ħiliet u preferibilment isibu mpjieg wara. Il-programm
Job Bridge
qed isir biex jgħin persuni b’diżabilita’ biex jiksbu ħiliet soċjali biex isiru inqas dipendenti fuq il-ġenituri u jkunu jistgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm numru ta’ għalliema li ħarġitilhom transfer li mhux biss irrifjutaw it-transfer maħruġ lilhom, imma li saħansitra qed jieħdu passi legali kontra d-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-istess Ministru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li ma hemm l-ebda każ fejn inħareġ tansfer u ttieħdu passi legali kontra d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-istess Ministru. Jekk taf b'xi każ partikolari fejn ġara dak li qed tgħid l-Onor. Interpellanta, hija mitluba ġentilment tgħaddili t-tagħrif meħtieġ biex ninvestiga l-każ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm studenti bħalissa jistudjaw il-mediċina? Kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa fl-Universita' hemm 508 studenti Maltin u 216 studenti barranin (EU u mhux EU) li qed jistudjaw fil-kors li jwassal għall-grad ta' Doctor of Medicine and Surgery.
Minħabba li l-istudenti għadhom qed jagħmlu l-
enrollment
tal-bidu tas-sena, dan in-numru jista' jinbidel xi ftit fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn studenti bħalissa jistudjaw id-dentistrija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa hemm 68 student li qed jistudjaw id-dentistrija fl-Università. Minħabba li l-istudenti għadhom qed jagħmlu l-enrollment tal-bidu tas-sena, dan in-numru jista' jinbidel xi ftit fil-ġranet li ġejjin.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nisa li jaħdmu fuq bażi full-time? Kemm huwa t-total ta’ nisa li jaħdmu part-time bħalissa? Kemm hawn nisa li għandhom ’il fuq minn 50 sena li jaħdmu full-time? Teżisti pay gap bejn nisa u rġiel? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema impjiegi u f’liema etajiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li, fl-aħħar ta' Mejju 2013, in-numru ta' nisa li kienu qed jaħdmu 'full-time' kien ta' 54,822 filwaqt li dawk li jaħdmu 'part-time' bħala l-uniku xogħol tagħhom kien ta' 18,937. In-numru ta' nisa li għandhom minn 50 sena 'il fuq li jaħdmu 'full-time' kien ta' 9,402.
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni fir-rigward tal-
'pay gap'
bejn nisa u rġiel.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux korsijiet universitarji online? Jekk iva, liema huma u kemm hemm studenti li qed jipparteċipaw fihom? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu introdotti? Hemm il-ħsieb li jiġu introdotti eżamijiet online?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-korsijiet universitarji li jsiru online u n-numru ta’ studenti rreġistrati fuq kull wieħed minnhom, huma kif ġej:
KORS
NUMRU TA’ STUDENTI – 2012/3
B.Sc. (Hons) Health Science
127
Master in Contemporary Diplomacy
30
Master in Performance Studies (Dance)
5
Il-korsijiet tal-Università, kemm dawk ta’ matul il-ġurnata kif ukoll dawk ta’ filgħaxija, jużaw il-
virtual learning environment
(VLE) li jagħti l-faċilità lil-letturi biex jipprovdu l-materjal tal-kors u l-materjal għall-qari
online
. Il-letturi jistgħu wkoll jżommu kuntatt mal-istudenti tagħhom permezz tal-VLE. Għaldaqstant, il-programmi kollha għandhom komponent
online
li jintuża xi ftit jew wisq skont dak li jixtieq il-lettur.
Is-Senat tal-Università waqqaf kumitat li jinkludi fih letturi,
staff
tal-IT Services u tal-amministrazzjoni li ħafna minnhom għandhom esperjenza ta’ korsijiet
online
għax huma stess segwew korsijiet b’dan il-mod ma’ universitajiet varji barranin. Dan il-kumitat qiegħed jara xinhu meħtieġ bħala riżorsi – umani, infrastrutturali, taħriġ u inċentivi – biex jgħinu lill-fakultajiet kollha tal-Università jfasslu korsijiet li jkunu mogħtija
online
b’mod professjonali li jistgħu jikkompetu ma’ korsijiet
online
offruti madwar id-dinja kollha u b’hekk jattiraw ħafna studenti internazzjonali minn barra minn Malta u Għawdex.
Wieħed irid isemmi wkoll li għadd ta’ korsijiet li jsiru fil-kampus ta’ Malta jiġu mogħtija wkoll Għawdex permezz ta’
video conferencing
. B’hekk studenti Għawdxin jistgħu jsegwu dawn il-korsijiet mingħajr il-bżonn li jiġu Malta għal
lectures
.
L-Università qiegħda wkoll f’diskussjonijiet biex tibda toffri xi eżamijiet
online
fil-futur.
Peress li l-basktijiet tal-iskola jkunu tqal bil-kotba, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbiltà li jiżdiedu l-lockers fl-iskejjel għal kull student?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-maġġoranza tal-iskejjel Sekondarji għandhom lockers għall-użu tal-istudenti. Dieħla wkoll il-kultura li jkun hemm il-lockers fl-iskejjel Primarji. Kull skola tevalwa l-bżonnijiet tagħha u tiddeċiedi jekk tagħmilx użu mill-lockers. Jekk ikun hemm skejjel li jiddeċiedu li għandhom bżonn il-lockers u ma għandhomx il-fondi sabiex jinxtraw, dawn it-talbiet ikunu kkunsidrati mid-Dipartiment għar-Riżorsi fl-Iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm purtinara jew persuni li jagħmlu xoħol ta’ tindif li l-Gvern qed iħallas għas-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istatsal-bidu ta’ Marzu 2013 u jagħti t-tagħrif għal kull skola? Jista’ jgħid kemm hemm illum u wkoll jagħti t-tagħrif għal kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu qed jagħmlu xogħol ta' tindif fl-iskejjel tal-Istat sal-bidu ta' Marzu 2013 u fit-30 ta' Ottubru 2013, skola skola, hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skola tas-Subien Ninu Cremona – użu għad-dixxiplina tal-atletika
Question
Peress li qed ikun hemm diversi lmenti fis-sens li għandna ħafna tfal u persuni oħra li jixtiequ jipprattikaw id-dixxiplina tal-atletika, u hemm il-faċilitajiet fl-iskola tas-subien Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex iżda mhux qed jitħallew jużaw dawn il-faċilitajiet, jista’ l-Ministru jispjega għaliex qed isir dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jirċievi diversi talbiet biex organizzazzjonijiet sportivi f'Għawdex ikunu jistgħu jipprattikaw id-dixxiplina tal-atletika u sport ieħor. Ix-xogħol fuq il-faċilità fl-iskola tas-Subien Ninu Cremona tal-Kulleġġ ta' Għawdex huwa kważi lest.
Kif inhi l-prattika u l-proċedura, ladarba jitlestew ix-xogħlijiet fuq dawn il-faċilitajiet sportivi, jibdew il-proċeduri għall-użu tagħhom billi ssir talba mill-Kunsill Malti għall-Isport lid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi sabiex isir il-kuntratt bejn din l-entita' u d-Direttorat. B'hekk jiġi assigurat li l-affarijiet isiru skont il-proċedura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa uniformi tal-iskola tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Gvern (l-ogħla ammont u l-inqas ammont)? Jista’ jgħid kemm-il darba inbidlu l-uniformijiet f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward l-iskejjel tal-Gvern tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-iskejjel tal-Knisja, l-inqas ammont għall-uniformi ġie rrapurtat li huwa €85 filwaqt li lk-għola ammont huwa ta' €296.50.Skola tal-Knisja f’Għawdex irrapurtat bdil fil-kulur tal-uniformi. Skejjel oħra irrapurtaw tibdil żgħir għall-bidla fil-materjal tad-dublett użatt waqt attivitajiet sportivi jew l-introduzzjoni ta’ ġgieget tax-xita bħala parti mill-uniformi.
L-ebda Skola tal-Knisja ma kkonfermat illi t-tfal kellhom jibdlu l-uniformi minħabba dawn it-tibdiliet f’dawn l-aħħar ħames snin.
Persuni li għandhom ’il fuq minn 61 sena u għadhom jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn individwi f’Malta u f’Għawdex li għandhom ’il fuq minn 61 sena li għadhom jaħdmu? Kemm minnhom jaħdmu part-time u kemm minnhom jaħdmu full-time? Kemm minn dawn jaħdmu mal-Gvern u kemm minnhom jaħdmu mal-privat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta’ tip ta’ xogħol li qegħdin jagħmlu dawn il-persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni li għandhom 'l fuq minn 61 u li għadhom jaħdmu mal-Gvern u mal-Privat kien ta' 10,369, li minnhom 4,685 qed jaħmu fuq bażi full-time filwaqt li 5,684 qed jaħdmu fuq bażi part-time (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata f'April 2013). Il-figuri tal-Gvern ma jinkludux kumpaniji parastatali jew awtoritajiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm minn dawn jaħdmu mal-Gvern u kemm minnhom jaħdmu mal-Privat u t-tip ta' xogħol li qed jagħmlu.
Università ta’ Malta — Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta hux rikonoxxut mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala Collaborating Centre for Healthy Ageing? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bejn iċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapporti ta’ ftehim tal-WHO Collaborating Centre for Healthy Ageing għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid minn min hu ffurmat il-Bord tat-Tmexxija tal-WHO Collaborating Centre for Healthy Ageing?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta li qabel kien jismu l-Istitut tal-Ġerontoloġija kien ġie rikonoxxut mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala Collaborating Centre for Healthy Ageing nhar il-11 ta’ Settembru 1995 skont l-ittra li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan wara diversi taħdidiet li kienu saru bejn Dr Hana Hermanova li kienet id-direttriċi tal-WHOAging Unit ġewwa Copenhagen, ir-rettur tal-Università ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, il-Ministru tas-Saħħa ta' dak iż-żmien Dr Louis Deguara u l-Professur Joseph Troisi.
Bejn l-14 u s-17 ta’ Frar 1996, l-Istitut tal-Ġerontoloġija bħala
Collaborating Centre for Healthy Ageing
kien organizza workshop ta’ esperti bl-għan li jiżviluppa curriculum għal Primary Care Workers li jieħdu ħsieb l-Anzjani. Għal dan il-workshop, li kien sponsorjat mill-WHO Euro Aging Unit ġewwa Copenhagen, u li sar ġewwa lukanda f’Tas-Sliema, kienu ġew Malta erba’ esperti barranin mill-Israel, l-Amerika, u l-Iżvizzera.
Għal numru ta’ snin, l-Istitut tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta kien jipparteċipa fil-meetings tal-Collaborating Centres Ewropej for Healthy Ageing li kienu jsiru ta’ kull sena fi bliet Ewropej differenti. Dawn il-meetings kienu sponsorjati mill-Ageing Unit ġewwa r-Regional Office for Europe f’Copenhagen. B’kollox kien hemm seba’ collaborating centres for healthy ageing. Minbarra Malta kien hemm ċentru ġewwa l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Fillandja, l-Italja, l-Ungerija u l-Ukraina.
Skont dan l-agreement kienu ngħataw scholarships mill-istess Għaqda Dinjija lil ħames studenti li kienu ġew Malta bejn l-1996 u l-2001 għal post graduate Diploma kors fil-qasam tal-Ġerontologija u Ġerjatrija, imniedi mill-Istitut tal-Ġerontologija f’Malta.
Il-Collaborating Centre for Healthy Ageing tilef l-importanza tiegħu meta l-Ageing Unit ġewwa r-Regional Office for Europe f’Copenhagen kien tilef il-funzjoni tiegħu. Il-fondi li kellu dan il-Unit kienu spiċċaw. Fl-istess żmien l-Istitut tal-Ġerontologija fl-Università ta’ Malta ma baqax Istitut tal-Ġerontologija iżda kien sar dipartiment fl-Istitut tas-Saħħa.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm il-persuna mahtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sad-data ta' din it-tweġiba żewġ persuni maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport offrew ir-riżenji tagħhom. Dawn huma s-Sur Sandro Mangion u s-Sur Jonathan Barbara li kienu jokkupaw il-post ta' Kap tas-Segretarjat u Chairman tal-Kunsill Malti Għall-Isport rispettivament. Is-Sur Mangion offra r-riżenja tiegħu għaliex ried li jfittex opportunitajiet oħra għall-avvanz tal-karriera tiegħu filwaqt li r-raġuni tas-Sur Barbara kienet fuq bażi personali. Sal-lum ma nħatar ħadd permanenti minflokhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati fil-banek lokali, separatament f’kull bank fl-2011 u fl-2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ in-numru ta' impjegati fil-banek lokali f'kull bank f'Diċembru 2011 u 2012 kien kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Bank Ċentrali mhux inkluż għax huwa regolatur u mhux bank kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem matul is-sena skolastika 2012/2103 u kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2013/1014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-għadd ta' studenti li bdew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem fis-snin skolastiċi msemmija mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Sena Skolastika 2012/2013 - 1,149
sena Skolastika 2013/2014 - 1,065
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-korsijiet tal-ballet li dejjem saru fl-iskola tad-drama tan-Nadur din is-sena mhux qed isiru u hemm studenti li applikaw u ġew infurmati li l-korsijiet mhux se jsiru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-lezzjonijiet fl-iskola tad-Drama u ż-Żfin fin-Nadur Għawdex, li jikkonċernaw id-dixxiplina tal-ballet bdew nhar l-Erbgħa - 9 ta’ Ottubru 2013 bi ħdax-il klassi kif indikat hawn taħt:
Ballet recreational (3 klassijiet)
Ballet Grade 1 (klassi waħda)
Ballet Grade 5 (klassi wahda)
Ballet Grade 6 (2 klassijiet)
Ballet Grade 7 (2 klassijiet)
Ballet advanced (klassi waħda)
Ballet intermediate (klassi waħda)
Il-klassijiet li għadhom ma bdewx huma:
Ballet Pre Primary i (klassi waħda)
Ballet Pre Primary ii (klassi waħda)
Ballet Primary i (klassi waħda)
Ballet Primary ii (klassi waħda)
Ballet Grade 2 (klassi waħda)
Ballet Grade 3 (klassi waħda)
Ballet Grade 4 (klassi waħda)
Ir-raġunijiet 'l għaliex dawn il-klassijiet fil-Ballet għadhom ma bdewx huma:
1) L-edukaturi (kollha part-time) li applikaw ma jistgħux joffru aktar ħin għall-lezzjonijiet mitluba;
2) L-edukatriċi li għandha l-ħin biex toffri dawn il-lezzjonijiet mhux kwalifikata li tressaq lill-istudenti għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts;
3) L-edukatriċi li hi kwalifikata u li kienet disponibbli biex tieħu il-klassijiet li għadhom ma bdewx ma setgħetx tibda tgħallem. Jirriżulta però li nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru, din setgħet tapplika (u hekk għamlet) fejn applikat għas-sejħa għall-edukaturi tal-adulti ppublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern datata 20 ta’ Settembru 2013.
L-istudenti li għadhom ma bdewx il-lezzjonjiet kollha ġew avżati li minħabba li preżentement ma hemmx min jgħallem, dawn ikunu infurmati aktar ‘l quddiem hekk kif jinstab l-għalliem/a kwalifikat/a biex toffri t-tagħlim.