Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn is-sajjieda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm biss rapport wieħed ta' ħsara f' lanċa f' Malta, u rapport ieħor ta' ħsara f' impjant ta' l-akwakultura. Uffiċjal tat-Taqsima tal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd diġa mar jara l-ħsara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tal-ħalib frisk li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal produttur tal-ħalib frisk kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin.
Rigward Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' produtturi tal-fniek li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għal dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal produttur tal-ħalib frisk kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin.
Rigward Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Raħħala tal-moħoż u n-nħaġ — Ħsarat kawżati mill-maltemp
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala tal-mogħoż u ngħaġ li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal tal-mogħoż u ngħaġ kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin.
Rigward Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1656, rigward is-sena 2000 u parti mis-sena 2001, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat fit-12 ta’ Frar 2001 matul is-Seduta numru 492, għal Mistoqsija Parlamentari numru 23461, li kienet saret lill-Prim Ministru fil-Leġiżlazzjoni li għaddiet.
Għar-rigward tas-snin l-oħrajn, kienu ġew ikkummissjunati erba’ (4) rapporti fis-sena 2001, u dawn saru minn :
Dr Marion Zammit-Mangion.
Integrated Skills Limited, U.K.
Profs. A. E. Felice.
AIS Environmental Ltd, Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru, n-numru ta’ bdiewa li rre[istraw il-]sarat li kkaw`atilhom l-a]]ar maltempata f’Malta huwa 463.
Rigward G]awdex nitlob lill-Onor. Interpellant jag]mel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn G]awdex.
Rigward l-ispezzjonijiet, ninfurma lill-Onor. Interpellant li dawn di[a bdew isiru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tat-tjur li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet tad-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru li għadda, kien hemm raħħal wieħed biss, produttur tat-tjur, li rrapporta ħsarat fir-razzett tiegħu.
Rigward G]awdex nitlob lill-Onor. Interpellant jag]mel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn G]awdex.
L-ispezzjoni mid-Dipartiment tal-Biedja f’dan ir-razzett ser issir fil-[ranet li [ejjin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tal-majjal li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li, sa t-30 ta’ Settembru li għadda, kien hemm raħħal wieħed biss, produttur tal-majjal li rrapporta ħsarat fir-razzett tiegħu.
Rigward G]awdex nitlob lill-Onor. Interpellant jag]mel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn G]awdex.
L-ispezzjoni mid-Dipartiment tal-Biedja f’dan ir-razzett ser issir fil-[ranet li [ejjin.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta hu maħsub li jitlestew il-local plans tan-naħat t'isfel ta' Malta li issa ilhom pendenti għal żmien twil? X'wassal għal dan id-dewmien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li hu maħsub li l-Pjan għan-Nofsinhar ta' Malta joħrog għal konsultazzjoni pubblika għall-bidu tas-sena 2004. Id-dewmien fit-tfassil ta' l-abbozz ta' dan il-Pjan kien primarjament dovut għaż-żmien meħud għall-konsultazzjoni interna, u minħabba li dan il-Pjan jikkomprendi l-aktar numru ta' lokalitajiet. Il-Pjan qed isirulhu emendi biex jiġi ppreżentat lill-Bord ta’ l-Awtroita’ Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-approvazzjoni biex jiġi ppubblikat għall-konsultazzjoni pubblika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal-laundry fir-raħal ta' Ħal Qormi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mit-twaqqif tagħha sal-lum? F'liema toroq inħarġu dawn il-permessi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-permessi li nħarġu għall-laundry fir-raħal ta’ Ħal Qormi mit-twaqqif tal-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar sal-lum kienu tnejn, waħda fi Triq il-Kbira u l-oħra fi Triq il-Ġdida fi Triq San Ġwakkin.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1471 u cioe' b'referenza għar-rapporti li dehru dan l-aħħar fl-istampa lokali fejn intqal li annimali li jinqabdu jiddaħħlu Malta illegalment jibqgħu jinżammu maqfula fil-kwarantina sakemm imutu, jista' il-Ministru jgħid jekk dan hux veru jew le? Kemm hemm annimali bħalissa f'dan il-post? Kemm minnhom inqabdu jiddaħħlu Malta illegalment jew ġew konfiskati mill-awtoritajiet? Kemm ilu hemm kull annimal? Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għall-ewwel żewġ partijiet ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li nagħtat għall- Mistoqsija Parlamentari numru 1471.
Għar-rigward tat-tielet parti ta’ din il-Mistoqsija ninsab infurmat li l-annimali li hemm fil-kwarantina ddaħħlu f’ dawn id-dati kif jidher hawn taħt :
Serp 8 ta’ Novembru 2002
Fkieren 8 ta’ Novembru 2002
Għasafar 15 ta’ Novembru 2002
Xadina 15 ta’ Novembru 2002
Pappagalli 15 ta’ Novembru 2002
Criev 15 ta’ Novembru 2002
Xadina 19 ta’ Awwissu 2003
Fejn tinsab bħalissa x-xadina li ddaħħlet Malta maqfula ġo bagalja? X'se jsir minnha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xadina tinsab il-Kwarantina. Qed isiru arranġamenti mill-Awtorita’ dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (M.E.P.A.) biex din tintbagħat ġo post addattat barra minn Malta.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 861 u cioe' b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 89, jista' jinfurmani kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda separatament u jagħti l-ammonti separati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Spejjeż tas-safar
Question
Jista' il-Ministru jagħti breakdown xahar b'xahar ta' l-ispejjeż tas-safar tal-Ministru, uffiċjali tekniċi , eċċ għall-oqsma tal-biedja, sajd, akwakultura u żvilupp rurali li jkopru l-ispejjeż ta' l-ajru, allowances u akkomodazzjoni minn Jannar ta' din is-sena sa Settembru ta' din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher hawn that:
Xahar
Spiż
a
LM
Jannar
1561
Frar
5172
Marzu
3282
April
7537
Mejju
9131
Ġunju
9800
Lulju
6798
Awwissu
2010
Settembru
11119
L-ispiża ta’ Settembru tinkludi ż-żjara tad-delegazzjoni fil-laqgħa tal-World Trade Organisation (WTO) fil-Messiku
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax mifhem x’ utilita’ jista’ jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f’ document li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus sabiex jiġu rijabiltati l-ħitan tas-sejjieħ mġarfa li hemm taħt is-swar ta'l-Mdina ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għadhom qegħdin jinġabru dettalji tal-ħsarat kollha f'diversi inħawi ta' Malta, b'riżultat tal-maltempati bejn it-Tnejn 15 ta' Settembru u l-Erbgħa 16 ta' Settembru, 2003. Wara li tiġi analiżżata l-ħsara jittieħdu d-deciżjonijiet x'għandu jsir.
Estimi — Budget 2004 - Rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa
Question
Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus meħtiega għat-tkomplija tal-fażijiet kollha tal-proġett ta' rijabiltazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan il-Ministeru għandu diversi prijoritajiet biex niżguraw li l-biedja ġewwa Malta tkompli tiżviluppa.
Ix-xogħol fuq Wied il-Qlejgħa, għalkemm mhux fil-lista ta’ prijorita’ f dan il-mument, ser jitkompla fil-ħin opportun.
Jista’ il-Ministru jinfurmani liema huma l-Uffiċjali tad-Dipartiment ta'l-Agrikoltura li se jirraprezentaw lill-pajjiżna fil-kumitati kollha tal-Biedja ta'l-UE wara Mejju ? X'aġenda u x'se jkunu t-targets ewlenin ta' dawn l-uffiċjali f'dawn il-kumitati ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li nħarġet cirkulari mill-Ufficcju tal-Prim Ministru biex jiġu ngaġġjati mis-Servizz Pubbliku 4 Technical Attaches għal dan il-Ministeru. Dawn ser jattendu għal laqgħat tal-kumitati fil-biedja u affarijiet veterinarji, sajd u ambjent.
Xogħolhom ser ikun li jittrasmettu lill-ufficjali ġewwa Malta dak li hu ta interess dirett għal pajjiżna. Il-pożizzjoni ta’ pajjiżna tittieħed wara konsultazzjoni mat-teknici fil-Ministeru u jekk ikun hemm bżonn mal-partijiet ikkoncernati.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 83 u 569 u cioe' l-ħidma bl-akbar metikolosita' li saret, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-521 tunnellata se jkun allokat għall-MDP, kemm għall-industrija ta' l-ikel u kemm għall-importaturi?
Fid-dawl tal-ħidma bl-akbar metokolosita' li saret, jista' il-Ministru jinformani kemm attwalment jiġi mpurtat trab ta' ħalib xkumat mill-MDP, mill-industrija ta' l-ikel lokali u f'kompożizzjoni ma' prodotti mpurtati lesti?
Jista' il-Ministru ġentilment jinformani skond it-tagħrif li għandu, kemm mill-521 tunnellata in kwestjoni se jkunu allokati għall-industrija ta' l-ikel, għall-MDP u għall-prodotti impurtati lesti li jkunu suġġetti ta' din il-materja prima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mgħandix xi nżid mar-risposti li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari 83 u 569.