Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati tal-Ġustizzja — Lift bil-ħsara

Question

Wara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25353, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkunsidrat u jekk jaqbilx li minflok issir it-twissija kull meta jkun bil-ħsara dan il-lift fil-Qorti, ħaġa li fl-aħħar ftit snin qed tiġri sikwit ħafna minħabba l-età tal-lift, jekk ikunx aħjar li dan il-lift jinbidel kompletament għal wieħed ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja qed jieħu l-passi neċessarji sabiex dawn il-lifts jinbiddlu. Huwa kruċjali li l-operat tal-Qorti ma jiġix paralizzat waqt dan il-bdil u għalhekk se tingħata attenzjoni kbira biex kwalunkwe bdil isir fi żmien tal-ferjat.

Nutara Pubbliċi – on-site examinations jew eżerċizzju ta’ verifika mill-FIAU

Question

Jista’ l-Ministru: a. jgħid x’inhu n-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika, mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum; b. jgħid, każ b’każ, jekk tali nutara ntgħażlux bix-xorti jew fuq liema bażi oħra ntgħażlu; c. jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuna/i li għażlet/għażlu (anke jekk bix-xorti) tali nutara; d. jagħti d-data li fiha ntgħażlu l-imsemmija nutara u meta saret tali on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika; e. f’każ li tali nutara ntgħażlu bix-xorti, jgħid jekk is-sistema relattiva ta’ għażla bix-xorti hijiex waħda manwali jew hijiex kompjuterizzata jew xort’oħra, u f’każ li hi kompjuterizzata, jgħid x’ software intuża; f. f’każ li tali nutara ntgħażlu minn bord/kumitat, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuni li servew bħala membri jew konsulenti ta’ tali bord/kumitat mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, jgħid jekk inżammewx minuti tal-laqgħat tal-istess bord/kumitat u f’każ li tali bord/kumitat għażel tali nutara fuq/wara rakkomandazzjoni ta’ persuna/i oħra, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva ta’ tali persuna/i; u g. jgħid jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċess tal-għażla ta’ tali nutara u/jew fil-proċessar sussegwenti tal-informazzjoni li kienet miġbura matul l-imsemmija on-site examination/s u/jew fit-tħejjija tar-rapport/i relattiv/i u/jew fit-teħid ta’ kull u kwalunkwe deċiżjoni relattiva għall-imsemmija nutara, kenitx u/jew hemmx il-ħsieb li jkun involut direttament jew indirettament nutar pubbliku ieħor u/jew membru jew rappreżentant tal-Kunsill Nutarili ta’ Malta, u f’każ affermattiv, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga ta’ tali persuna/i?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat.

Qrati tal-Ġustizzja — Lift bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-lift prinċipali fil-bini tal-Qorti (wieħed minn tnejn) reġa' mhux qed jaħdem wara li ftit ġranet ilu kien ukoll bil-ħsara u li suppost ġiet indirizzata?

Response (BONNICI, OWEN)

Wara li l-lift ġie rranġat, wara xi jiem reġgħet żviluppatlu ħsara u kellu jitwaqqaf sakemm jissewwa. Fil-fatt il-lift issewwa fi żmien jumejn. L-Amministrazzjoni tal-Qorti tagħmel l-almu tagħha sabiex iżżomm dawn il-lifts jaħdmu bla ebda interruzzjoni. Għaldaqstant il-kuntrattur ikun infurmat immedjatament meta tiġri xi ħsara u minn naħa tiegħu l-kuntrattur jieħu azzjoni malajr u jiġi jsewwi. Pero jkun hemm ċirkustanzi fejn l-apparat li jkun ġratlu ħsara ma jkunx jista’ jissewwa fil-post u għaldaqstant it-tiswijiet ikun jridu jsiru l- workshop tal-kuntrattur. Meta jiġri hekk il-lift idum wieqaf għal żmien itwal milli kieku jissewwa fil-post.

Ħal Qormi – Kunsilli Lokali – stat tal-bankini fil-lokal

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar l-istat tal-bankini fil-lokal?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsilli Lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess Kunsilli Lokali. Id-domanda tal-Onor Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ Kunsill Lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi.

Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25238 u jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta beda bħala Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa u kemm dam jaħdem f’din il-kariga? Jista' jgħid jekk daħalx jaħdem wara sejħa pubblika jew le? Jista' jgħid x’kienet il-paga tiegħu sena b’sena kemm dam jaħdem bħala Authorised Officer? Jista' jgħid x’kienu l-perkaċċi l-oħra kollha li kellu u kemm kienet l-ispiża fuqhom sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Għawdex – Mużew tan-Natura fiċ-Ċittadella u Mitħna tax-Xagħra – musuem officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġimgħat fil-Mużew tan-Natura fiċ-Ċittadella f’Għawdex u fil-Mitħna tax-Xagħra tneħħa l-Musuem Officer u issa f’dawn iż-żewġ mużewijiet qed ikun hemm biss Security fil-bieb? Min ħa din id-deċiżjoni u għaliex ittieħdet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din il-miżura kienet meħtieġa minhabba ċirkostanzi barra mill-kontroll ta’ Heritage Malta. Is-security qed ikunu imħarrġa sewwa fid-dmirijiet tagħhom. Id-deċiżjoni ttieħdet mis-senior management tal-aġenżija.

Heritage Malta – proġetti ġodda ppreżentati matul il-Valletta Visual Arts Festival

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġetti ġodda ta’ Heritage Malta ġewx ippreżentati u diskussi waqt il-Valletta Visual Arts Festival (VIVA) tas-sena 2015? Jekk fl-affermattiv, x’kienu dawn il-proġetti diskussi kif ukoll x’qed jagħmel il-Ministeru sabiex dawn l-ideat li ġew ikkonċepiti f’Malta jiġu mwettqa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Heritage Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' ħaddiema ta' Heritage Malta ​sal-31 ta' Marzu ​2015? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema għandhom ċertifikat validu fuq l-ewwel għajnuna (First Aid)​?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ ħaddiema ta’ Heritage Malta f’Marzu 2015 kien ta’ 278. Iċ-ċertifikat tal-ewwel għajnuna skada u qed isiru tħejjijiet sabiex dan jiġġedded.

Heritage Malta – policy fuq copyright ta’ ideat/materjal ikkreat minn impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19171, jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li apparti pubblikazzjonijiet, qed jiġu inklużi ideat u kull ħsieb jew materjal ieħor li seta’ ġie kkreat waqt il-ħin tax-xogħol?​

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19171 tapplika għal dak kollu li jista’ jiġi ġġġenerat waqt il-ħin tax-xogħol.

Heritage Malta — pjan ta’ evakwazzjoni f’mużewijiet/siti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19164, jista' l-Ministru jagħti update fuq il-policy ta' evakwazzjoni u proċedura ġenerika għall-mużewijiet u s-siti kollha ta' Heritage Malta? Jista' jgħid liema ħa jkun l-ewwel sit jew mużew fejn se jsir dan it-taħriġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-policy ta’ evakwazzjoni ġenerika hija lesta. L-ewwel sit fejn se tiġi pprattikata huwa Għar Dalam.

LESA – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – speed cameras

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24537 u 25110, jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jkun lest ir-rapport minn espert tat-traffiku dwar Triq Mons Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi)? X’inhi d-data li għandu jiġi deċiż jekk il-Gvern huwiex propens li jistalla speed cameras f’din it-triq biex jiġu evitati aktar aċċidenti fatali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24872 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill- kumpaniji imsemmija.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24880 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqija parlamentari diġa ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 24880.

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24740, 24006, 20542 u 20222 li saru lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġew riferuti lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24875 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill- individwu imsemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24876 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Public Broadcasting Services fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali taw xogħol lill-kumpanija imsemmija kif jidher hawn taħt. 2013 mix-xahar ta' April Deskrizzjoni Ammont, VAT ink luż Ordni Diretta / Tender 2015 Management Skills Training - 12 Trainees €1,327.50 Kwotazzjonijiet 2015 Sales Techniques - 6 Trainees 1,681.50 Kwotazzjonijiet

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24877 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill-kumpaniji / individwi imsemmija.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24878 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill- kumpaniji / individwi imsemmija.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24870 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Orkestra Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tat xogħolijiet lill-kumpaniji imsemmija, kif jidher hawn taħt. 2013 mix-xahar ta' April Deskrizzjoni Ammont Ordni Diretta / Tender 2014 Awditjar tar-Rapport Finanzjarju għas-sena li gġalqet fil-31 ta’ Diċembru 2013 €1,963.70 Expression of Interest pubblikata fuq il-Gażżetta tal-Gvern 2015 Awditjar tar-Rapport Finanzjarju għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2014 €2,083.15 Expression of Interest pubblikata fuq il-Gażżetta tal-Gvern

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24871 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija Identity Malta u Teatru Manoel fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali taw xogħol lill-kumpaniji imsemmija kif jidher hawn taħt. Aġenzija Identity Malta 2013 mix-xahar ta' April Deskrizzjoni Ammont, VAT inkluż Ordni Diretta / Tender 2014 Biex tikkummissjona rapport ta' awditjar tad-Dipartiment taċ-ċittadinanza flimkien ma' konsulenza amministrattiva. €2,802.50 Ordni Diretta 2014 Biex tibda titħaddem is-sistema tal-pagi. €5,837.06 Ordni Diretta 2015 Tħejjew dokumentazzjoni tal-bidu/tmiem tal-impjieg mal-ETC, dokumenti meħtieġa għal ħruġ u dawk mitluba mill-IRD. €1,979.45 Ordni Diretta Teatru Manoel 2013 mix-xahar ta' April Deskrizzjoni Ammo nt, VAT inkluż Ordni Diretta / Tender 2014 Servizzi ta’ Accounting. €1,899.80 Ordni Diretta 2015 Awditjar Intern. €1,693.30 Ordni Diretta