Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10156 u cioe' jikkonfermax li d-delegazzjoni Presidenzjali li żaret ir-Repubblika Ċeka dan l-aħħar marret b'titjira charter ta' l-Air Malta? Apparti mid-delegazzjoni Presidenzjali u membri ta' l-istampa, kemm kien hemm preżenti passiġġieri fuq it-titjira?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li d-delegazzjoni Presidenzjali li żaret ir-Repubblika Ċeka marret b'titjira charter ta' l-Air Malta. Fuq din it-titjira , barra mid-delegazzjoni Presidenzjali u l-membri ta' l-istampa kien hemm ukoll passiġġieri oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex se jinqata' is-servizz tad-dawl fil-flat - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - meta fl-istess flat hemm persuna b'diżabilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jissuplixxi l-account number tal-persuna konċernata ħalli l-Enemalta tkun tista' tagħmel iżjed riċerki dwar il-każ peress illi mit-tagħrif mogħti ma setgħetx tindividwa l-post preċiż.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi ġodda dwar x'se jsir mill-ħaddiema ta' Ħal Ferħ li l-istabbiliment fejn kienu jaħdmu għalaq biex il-post jgħaddi għand sidien privati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gozo channel għandhiex arretrati fil-ħlas tal-kontribuzzjoni ta' l-NI tal-ħaddiema u l-ġbir ta' l-FSS? Kemm tħallas is-sena li għaddiet mill-Gozo channel kontribuzzjonijiet ta' l-NI tal-ħaddiema u fi ġbir ta' l-FSS?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li ssir spezzjoni mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għal-leakage ta' l-ilma li ilu ħiereġ għal ġimgħat fit-tarf ta' Triq Rudolph Saliba, kantuniera ma' Triq Ħal Bajjada fir-Rabat, liema leakage ilu jiġi rrappurtat minn nies ta' l-inħawi lill-kunsill u lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għal xi żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet ebda rapport fuq il-każ imsemmi qabel is-27 ta' Jannar 2005.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru dakinhar stess, ma irriżultax li kien hemm xi ilma ħiereġ, iżda biss li hemm roqgħa tarmac imxarrba. Il-KSI se tagħmel testijiet ta' detection biex jinstab is-sors ta' dan l-ilma.
Ta' min jgħid ukoll li propju xi ġimgħatejn ilu, għadhom kif saru testijiet ta' rutina f'dik l-akkwata u ma rriżultax li kien hemm xi problemi ta' leakages.
Jista' il-Ministru jindaga fuq ilmenti li qegħdin jasluli minn Triq il-Fieres, f'Ħal Kirkop dwar supply baxx ta' dawl mill-korporazzjoni Enemalta għar-residenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10030 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jiġbor ta' l-użu ta' l-elettriku u ilma minn: 1) intrapriżi privati; 2) Dockyard u Malta Shipbuilding; 3) dipartimenti tal-gvern; 4) dipartimenti parastatali u l-awtoritajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jara li jsir main tad-drenaġġ kif rikjest minn koppja żagħżugħa li minħabba dan in-nuqqas ta' servizz ma jistgħux imorru joqogħdu fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li biex jingħata dan is-servizz irid jgħaddi mejn tad-drenaġġ minn għelieqi li huma proprjeta' privata. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma diġa għamlet talba lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex isir servitu' (easement) biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir. Din it-talba għadha pendenti.
Qabel ma' l-KSI jkollha d-dritt tgħaddi minn din il-proprjeta' privata, ix-xogħol li hemm bżonn isir ma jistax isir.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9827 u cioe' jgħid meta jaħseb li l-impjegati tad-Dragonara Palace Casino se jieħdu l-kumplament tal-flus li għandhom jieħdu f’terminal benefits u government bonus 1984, days worked: 7 November to 28 November, 1984, Annual leave 1984, time-in-lieu 1984, Tronc 1984, Service charge 1984=Lm21,120 issa li l-lukanda Dragonara u l-lukanda Verdala nbiegħu u d-Dragonara Palace Casino ġie mikri? L-aħħar ħlas sar fl-1996.
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li Casma Ltd. ma għandha l-ebda responsabbilta li tħallas għal xi pretensjonijiet li l-ħaddiema jista' jkollhom fir-rigward indikat fil-mistoqsija Nru. 9827. Meta Casma Ltd. ġiet inkorporata hi ma assumiet l-ebda dejn jew pretensjonijiet oħra ta' dan it-tip minn għand ħadd.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-korporazzjoni Enemalta qed tieħu bejn tlieta u erba' ġimgħat biex tirranġa l-bozoz maqtugħa rapportati mill-kunsill lokali tar-Rabat, Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-rispota tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9923 u cioe' jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Kordin grain terminal minn Ottubru 1996 sal-lum? F'liema grad daħlu? Kif saret is-sejħa għall-impjieg? Kemm applikaw?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9926 u cioe' jgħid kemm sar ħlas f'overtime fis-sena 2004 fil-Kordin grain terminal? Kif kien imqassam fuq kull ħaddiem?
Jikkonferma l-Ministru li d-delegazzjoni Presidenzjali li żaret ir-Repubblika Ċeka dan l-aħħar marret b'titjira charter ta' l-Air Malta? Apparti mid-delegazzjoni Presidenzjali u membri ta' l-istampa, kemm kien hemm preżenti passiġġieri fuq it-titjira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi direct promotions (bla sejħa għal applikazzjonijiet) fil-Maltacom jew xi kumpannija sussidjarja fil-Maltacom minn Jannar 2004 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, kemm saru, min huma l-ħaddiema, xi grad u skala kellhom qabel u xi grad u skala ta' salarju għandhom issa? Kemm hi d-differenza fil-massimu li se jiżdiedu dawn il-ħaddiema b'dawn id-direct promotions?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.