Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapport dwar l-esklużjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ir-rapport li kellu jitlesta sal-15/7/04 dwar l-esklużjoni soċjali tlestiex? Jekk tlesta, tista' tqiegħed kopja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-rapport dwar il-Pjan Nazzjonali dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali tlesta fiż-żmien stipulat u ġie ppublikat fl-4 ta' Settembru 2004. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport.

Awtorita' tad-Djar — Talba għal servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna anzjana li tgħid waħedha ġewwa l-Birgu u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mis-servizz ta' care & repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ser issir spezzjoni fil-ġranet li ġejjin minn naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar biex jiġi verifikat jekk il-persuna konċernata tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li madwar erbgħa snin ilu kienet applikat Md overseas in terms of section 1304 of the Social Security Act 1991 u sal-lum għadha ma ngħatatx l-invalidity pension minkejja li ħadmet fl-Awstralja għal aktar minn tmien snin? Tista' il-Ministru tgħid x'żamm milli tinħareġ din il-pensjoni ta' l-invalidita' fil-każ in eżami?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar — Każ dwar applikazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li t-talba li saret minn applikant miż-Żurieq li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, quddiem l-awtorita' tad-djar tiġi milqugħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-ġranet li ġejjin il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mistennija tiffirma l-ftehim ma' l-Awtorita' tad-Djar għall-għotja għall-irranġar u titjib fir-residenza tagħha.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li xebba omm li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, b'tifel b'diżabilita' ta' tliet xhur u li jgħixu f'post żgħir u kkundannat jingħataw post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Sigurta' Soċjali — Ħlas ta' bolol

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'jiġri f'każ li persuna tkun ħallset il-bolol lill-employer u dan m'għaddiehomx lid-dipartiment, meta din tiġi għall-pensjoni? Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol nieqsa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Artikolu 126 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi dwar persuni li jsibu ruħhom fiċ-ċirkostanzi ndikati mill-Onor. Interpellant biex dawn ma jsofrux danni ta' nuqqas li jkun sar minn naħa ta' min ikun impjeghom. Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

Ministeru tal-Familja — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6636, tista' il-Ministru tirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni għandu 31 applikazzjoni pendenti minn Għawdex.

Djar — Għawdex - Appartamenti fil-Qasam tad-djar Taċ-Ċawla

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm hemm appartamenti fil-housing estate f'Taċ-Ċawla, Għawdex b'kollox u tindika kemm minnhom huma mibjugħa, mikrija u vakanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-Qasam tal-Bini ndikat mill-Onor. Interpellanti hemm 128 appartament li minnhom inbiegħu 26 taħt Skemi ta' l-Awtorita tad-Djar. Ninsab infurmata wkoll li l-102 appartament li ma nbiegħux huma kollha mikrija.

Ħlasijiet pendenti

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħadem l-aġġustament marbut mal-ħlas li tirċievi l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u dan wara li sar ftehim l-kollettiv mal-kumpanija fejn kienet taħdem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Aġġustament fil-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħadem l-aġġustament tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament wara li sar ftehim kollettiv tal-kumpanija fejn kien jaħdem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Bonus ta' Ġunju

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.

Social Assistance

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex il-każ dwar ir-relief, social assistance tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover jiġi deċiż mill-aktar fis?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Djar ta' l-Anzjani — Kontribuzzjonijiet

Question

Referibilment għall-informazzjoni dwar mistoqsija parlamentari numru 6357, tista' il-Ministru tagħti breakdown, dar b'dar, tal-ammonti miġbura mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani residenti fi Djar residenzjali tal-Gvern u fid-Djar Privati għall-anzjani taħt il-Public Partnership Scheme - dejjem għax-xhur bejn Jannar u Ġunju 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Bini tal-gvern — Bdil ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid ta' min hi r-responsabbilta' biex jinbidel lift f'Binja tal-gvern meta dan ġie ċċertifikat li m'għadux tajjeb għall-użu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar hu responsabbli mill-istallar ta' lifts fi blokki tal-Gvern li jkunu qed jinbnew ġodda mill-Awtorita' tad-Djar filwaqt li l-Awtorita', skond Skema V, hi responsabbli għall-istallar ta' lifts fi blokki tal-Gvern eżistenti fejn joqgħodu inkwilini li għandhom diżabilita' ta' mobilita'. Ir-responsabbilta' tal-maintenance tal-lifts, sew dawk stallati mid-Dipartiment kif ukoll mill-Awtorita', hi ta' l-inkwilini. Għalhekk, ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma għandu r-responsabbilta' li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.

Isla — Binja tal-gvern - tiswija ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta saret l-aħħar tiswija fuq il-lift f'binja tal-gvern ġewwa l-Isla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6760 f'din l-istess seduta.

Isla — Fond fi stat perikoluż

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jieħu d-dipartiment għat-tiswijiet ta' djar tal-gvern biex jitneħħa l-periklu tal-fond fl-Isla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Bormla — Każ dwar għajnuna supplimentari

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuna minn Bormla li l-informazzjoni dwarha qed tintbagħat separatament, ma rċevietx l-għajnuna supplimentari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6563, f'Seduta Nru. 155.

Għajnuna Soċjali — Persuni Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nies ta' oriġini barranija li qed jipperċepixxu xi forma ta' għajnuna soċjali? Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux statistika dwar jekk dawn in-nies humiex separati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm 66 persuna ta' nazzjonalita' barranija li qed tirċievi xi tip ta' għajnuna soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Minn dawn, 22 huma separati.