Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12907 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija matul is-sena 1999 xahar b'xahar u x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12908 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Anzjani li sfaw vittmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittmi ta' xi reat matul is-sena 1999 xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn kienu jinkludu kull tip ta` reat eż. Serq minn jew ta` vettura ta` persuna l` fuq minn 60 sena. Reati ta` vjolenza fuq il-persuna kienu ta` 17.
Leg 9 PQ #13791 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti u kemm instabu ħatja u kemm saru multi relatati ma' tipjip f'postijiet fejn dan mhux permess matul l-1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 inqabdet persuna waħda li kienet qed tpejjep f`post fejn mhux permess. Din ġiet meħlusa taħt il-provediment ta` artikolu 9 ta` Kap. 152.
Leg 9 PQ #13819 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Malta Shipbuilding — Klieb

Question

Wara rapporti li dehru f'xi ġurnali li klieb li kienu jieħdu ħsiebhom il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding ġew abbandunati f'diversi postijiet f'Malta bil-konsegwenza li wħud minnhom inqatlu b'tiri ta' arma u meta fl-istess rapport fuq il-gazzetti ntqal li dan sar fuq ordni ta' uffiċjal għoli tal-Malta Shipbuilding, tista' l-pulizija tinvestiga dawn ir-rapporti għax jekk hu hekk dan jammonta għal ksur tal-liġi li tipprojbixxi moħqrija ta' l-annimali u meta jekk kien hemm raġuni valida biex titnaqqas il-popolazzjoni ta' klieb fil-Malta Shipbuilding setgħu talbu għajnuna ta' għaqdiet apposta favur id-drittijiet ta' l-annimali biex isibulhom home alternattiv jew jiġu neutered?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13773 f`Seduta 240. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13848 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni taħt l-eta'

Question

Biex is-sidien ta' postijiet ta' divertiment jassiguraw li persuna għandha 16-il sena jistgħu, skond il-liġi, jaċċettaw li jaraw dokument (membership card) maħruġ minn xi għaqda ta' l-istudenti flok dik uffiċjali tal-gvern? Kif jista' jiġi żgurat li dawn id-dokumenti jkunu ġenwieni u/jew kull dettal bħal data tat-twelid, tkun ġenwiena? Meta pulizija jispezzjonaw dawn il-postijiet ta' divertiment, joqogħdu fuq dokument maħruġ minn xi għaqda biex tiġi stabbilita l-eta' tal-persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment, żgħażagħ li jkollhom iktar minn sittax-il sena għandhom jiddaħħlu f`lokalita` ta` divertiment kemm-il darba juru id-dokument ta` l-identita` jew xi dokument ieħor li jkun prova ta` l-identita` tagħhom. Għaldaqstant, kull dokument li jkun ta` prova ta` identita` huwa aċċettabbli skond dawn ir-regolamenti. F`każ ta` dubju, dejjem jista` jintalab dokument ta` identita` uffiċjali, bħal ma huma l-karta ta` l-identita` nazzjonali, passaport, liċenzja tas-sewqan, eċċ.
Leg 9 PQ #12494 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-pulizija? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000, kien hemm 66 membru tal-Korp li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #12495 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999, u l-4 ta` Jannar, 2000, ingħataw 4 transfers fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar fejn 4 persuni ġew trasferiti minn Unit għal ieħor. Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Leg 9 PQ #12897 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

EU — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni minn pajjiżi membri ta' l-EU li għandhom permess jaħdmu Malta u kemm hemm applikazzjonjiet pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li ġejjin minn pajjiżi membri ta` l-EU li għandhom permess jaħdmu Malta hu ta` 859. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar minn liema pajjiżi ġejjin il-persuni li dwarhom hemm applikazzjonijiet pendenti. It-total ta` dawn l-applikazzjonijiet hu ta` madwar 770.
Leg 9 PQ #13574 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' inmates fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huma relatati ma' drogi? Jista' jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta' persentaġġ ta' l-inmates kollha? Kemm hemm minnhom li huwa l-ewwel każ tagħhom? X'inhi l-eta' ta' l-inmates b'każijiet ta'drogi? Minn liema lokalitajiet ġejjin? Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu l-programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-6 ta` Frar, 2000, in-numru ta` priġunieri li kienu l-ħabs dwar każijiet relatati mad-droga kien ta` 106. Din il-figura tirrapreżenta 49% tal-popolazzjoni tal-ħabs. Ninsab infurmat ukoll li minn dawn il-106, in-numru ta` dawk li għalihom kien l-ewwel każ hu ta` 49, filwaqt li n-numru ta` dawk li fil-preżent qed jagħmlu programm ta` riabilitazzjoni mid-droga hu ta` 19. It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti dwar il-lokalitajiet mnejn ġejjin dawn il-persuni u l-etajiet tagħhom hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13705 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ta' Qali - Action plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-action plan għal Ta' Qali li għadu kif ġie ffinalizzat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-Action Plan għal Ta` Qali.
Leg 9 PQ #13773 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ ta' qtil ta' klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex qed tinvestiga l-każ ta' qtil ta' klieb (Malta Independent 3/2/2000, Times 2/2/2000, Times 3/2/2000) u jekk fl-affermattiv, jagħti informazzjoni fejn waslu tali investigazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant minkejja li ma kellha ebda rapport formali dwaru.
Leg 9 PQ #13882 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri fil-korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-korp tal-pulizija li marru jagħtu d-demm matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar? Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar fil-korp tal-pulizija ġew introdotti miżuri ġodda ma' dawk il-membri li jagħtu d-demm, cioe' li jingħataw permess biss jekk ikunu first watch biss? X'effetti qed iħallu miżuri bħal dawn fuq l-għoti tad-demm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kull meta l-Korp tal-Pulizija jiġi nfurmat li jkun meħtieġ id-demm, jiġu notifikati l-għasses u s-sezzjonijiet kollha tal-Pulizija, sabiex min ikun jista` jmur jagħti d-demm. Din il-proċedura ilha tkun segwita u ma ġietx midbula. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar kemm il-darba membri tal-Korp imorru jagħtu d-demm.
Leg 9 PQ #12480 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Gwardjani tal-ħabs — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-Gwardjani tal-ħabs? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999, sa` l-4 ta` Jannar 2000, kien hemm żewġ gwardjani tal-Ħabs li tbiddlilhom xogħolhom. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar l-istess suġġett, hija prattika normali li minn żmien għal żmien il-gwardjani tinbidlilhom id-diviżjoni/sezzjoni fejn jaħdmu, u dan għal raġunijiet ta` sigurta`. Bdil bħal dan isir meta jkun meħtieġ skond l-esiġenzi fiċ-ċirkostanzi prevalenti u fl-aħjar interess ta` l-amministrazzjoni tal-Ħabs.
Leg 9 PQ #12885 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Priġunieri — Arrest preventiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nżammu il-ħabs taħt arrest preventiv matul is-sena 1999? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, kien hemm 267 persuna li ntbagħtu l-Ħabs taħt arrest preventiv. Minn dawn 255 kienu rġiel u 12 kienu nisa.
Leg 9 PQ #12886 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Użu ta' żwiemel u klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żwiemel u klieb li għamel użu minnhom il-korp tal-pulizija fl-aħħar għaxar snin? Xi jsir min dan il-"membru" tal-Korp meta dan, jew jimrad, jew "jirtira" jew ma jkunx tajjeb iżjed għax-xogħol rikjest minnu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwiemel u klieb li għamel użu minnhom il-Korp tal-Pulizija tul dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej : - Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- Żwiemel 26 26 24 21 18 18 22 20 20 23 Klieb 20 25 25 26 26 28 28 28 34 34 Ninsab infurmat ukoll li meta żiemel jew kelb ma jibqax tajjeb għax-xogħol tal-Pulizija minħabba mard, jiġi mitlub il-parir tal-Veterinarju tal-Gvern li jew jordna li tingħata l-kura meħtieġa jew jekk ma jkunx il-każ ta` fejqan, iż-żiemel jew kelb jiġi mraqqad. Jista` jkun ukoll il-każ illi ż-żiemel jew kelb jingħata lura lill-persuna li tkun oriġinarjament tagħtu lill-Korp jew ikun offrut lil xi għaqda filantropika.
Leg 9 PQ #12888 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Użu ta' airguns

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija tellgħatx il-Qorti jew hijiex se ttella' nies il-qorti talli allegatament sparaw airguns meta dan m'huwiex permess? Jekk iva, kemm inqabdu nies jagħmlu dan?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #12889 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bidnija — Fiera

Question

Billi is-sena l-oħra ġiet organizzata fiera ġo skola u anke kompetizzjoni ġewwa il-Bidnija fejn saħansitra ġew anke ippubblikati ritratti fil-gazzetti u ismijiet ta' nies li rebħu, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija irnexxielhiex taqbad lil min organizza dan u min ħa sehem ġo dawn l-attivitajiet ta' sparar ta' airguns li s'issa huma llegali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet, il-Pulizija ma ntraċċatx lill-dawk il-persuni li għalihom saret referenza fil-Mistoqsija. Pero` ninsab infurmat li hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra s-segretarju ta` club talli żamm u opera range fil-Bidnija mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u talli ppermetta li persuni mhux liċenzjati jagħmlu użu minnha. Ta` min jgħid illi dawn l-attivitajiet m`humiex illegali, sakemm ikunu koperti b`liċenzja.
Leg 9 PQ #12881 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Knejjes/Istituzzjonijiet — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn knejjes u istituzzjonijiet reliġjużi matul is-sena 1999? Kif saru, x'insteraq u kemm ġew solvuti każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12883 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Test tal-breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'persuni li fuqhom sar it-test tal-breathalyser matul is-sena 1999 u kemm minnhom kienu fil-pożittiv? Kemm saru fl-aħħar u fl-ewwel tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, in-numru ta` testijiet tan-nifs lill-sewwieqa ta` vetturi bil-mutur, li l-Pulizija għamlet wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, kien ta` 160. Minn dan in-numru ta` testijiet, 122 irriżultaw pożittivi. Ninsab infurmat ukoll li fil-lejl ta` l-aħħar tas-sena saru 4 testijiet tan-nifs.
Leg 9 PQ #12884 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li nstabu jbatu min effett ta' teħid ta' droga meta dawn kienu miżmuma l-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, in-numru ta` priġunieri l-ħabs ta` Kordin li bħala rutina sarilhom test tal-urina kien ta` 620, li minnhom, 46 irriżultaw pożittivi għad-droga.