Jista' l-Ministru jikkunsidra bis-serjeta' li ssir zebra crossing fi Triq Imrabat, Sliema, bejn wieħed u ieħor quddiem il-klabb tal-ħamiem, peress li n-nuqqas ta' zebra crossing f'din it-triq qed iwassal għall-perikolu kontinwu għar-residenti li joqogħdu fl-akwati?
Jaf jew le l-Ministru li meta dawn ir-residenti, fosthom anzjani u studenti, ikunu jridu jaqsmu min-naħa għall-oħra taż-żewġ areas dawn qed ikunu disposti għall-perikolu kontinwu tat-traffiku minħabba l-volum kbir ta' traffiku li jgħaddi minn din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali ta` tas-Sliema biex jissottometti pjanta li tinkorpora `pedestrian crossing` fil-post indikat mill-Onor. Interpellant għall- konsiderazzjoni tal-bord.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni tat-talba pendenti tar-residenti ta' Għar Barka sabiex issa li saru x-xogħlijiet fuq it-twessigħ tat-triq jiġi estiż s-servizz tat-trasport pubbliku? Jista' jara li jittieħdu d-deċiżjonijiet immedjatament mill-awtorita'konċernata dwar dan il-bżonn reali tar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku li saret laqgħa ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku nhar il-Ġimgħa, 12 ta` Mejju fejn ġie diskuss dan is-suġġett partikolari. S`issa ma ġietx konkluża l-ebda deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tiġrijiet taż-żwiemel li se jsiru ġewwa Għawdex fit-13 ta' Mejju, ġewx sponsorjati mill-Maltapost jew le?
Hemm xi entita' oħra fid-dekasteru tiegħu li wkoll qed tisponsorja dan l-avveniment?
Jekk il-Maltapost qed tisponsorja dan l-avveniment, din hija l-ewwel darba li qed jissponsorjaw avveniment simili?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi membru tal-bord tad-diretturi tal-Maltapost li huwa nvolut anke fil-organizzazzjoni ta' dawn it-tiġrijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-operazzjonijiet ta` natura kummerċjali tal-Maltapost ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta` ta` dan il-Ministeru u għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li hemm xi entita` fid-dekasteru tiegħi li sponsorjaw xi tiġrijiet taż-żwiemel ġewwa Għawdex li kellhom isiru fit-13 ta` Mejju.
Fid-dawl tal-benefiċċji għal ħafna oqsma f'Malta li jġib miegħu l-użu ta' vetturi klassiċi u storiċi, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jintroduċi rati preferenzjali għal ħlas tat-taxxi ta' l-ewwel reġistrazzjoni, VAT jew dazju u tal-liċenzja tat-triq ta' dawn il-vetturi klassiċi u storiċi?
Jekk iva, għandu indikazzjoni ta x'inhuma r-rati preżenti tal-ħlas tat-taxxi ta' l-importazzjoni fuq karozzi, muturi u trakkijiet storiċi u klassiċi; x'se jkunu r-rati preferenzjali jekk jidħlu fis-seħħ u għal-liema kategoriji ta' żmien jistgħu japplikaw; kemm sidien se jibbenfikaw; il-gvern hux qed jikkonsulta ma' xi entita'; meta se jidħlu fis-seħħ dawn il-miżuri; u jekk hemmx il-ħsieb ta' xi forma oħra ta' għajnuna lil dawn in-nies?
Fl-aħħarnett, jista' l-Ministru jgħid ċar u tond x'inhi l-proċedura eżatta biex persuna timporta vettura klassika f'Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-importazzjoni ta` karozzi klassiċi li jkollhom aktar minn ħamsin sena hija regolata b`rati speċjali ta` taxxa ta` reġistrazzjoni li daħlu fis-seħħ f`Awissu 1996.
Dawn il-vetturi jħallsu bir-rata speċjali ta` 11% jew 16.5% fuq il-valur tal-vettura u skond is-saħħa tal-magna. Karozzi normali jħallsu bir-rata ta` bejn 50.5% (iżda mhux inqas minn Lm850) u 75% (iżda mhux anqas minn Lm7,000) fuq il-valur tal-vettura u skond is-saħħa tal-magna.
Peress li ġeneralment dawn il-vetturi jkunu jiffurmaw parti
minn xi kollezzjoni, ma jkunux suġġetti għal ħlas annwali
tal-liċenzja tat-triq. Meta dawn il-vetturi jkunu ser jiġu
wżati fit-triq għal skopijiet ta` esebizzjoni u għal skopijiet filantropiċi, dawn il-vetturi jinħarġilhom permess speċjali
għal ħlas nominali ta` Lm1.
Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jistax jgħid kemm sidien ibbenifikaw jew jistgħu jibbenifikaw minn din il-miżura.
Il-proċedura biex persuna timporta f`Malta vettura klassika hija l-istess bħal dik ta` vettura normali, iżda trid tkun akkumpanjata b`ċertifikat minn xi awtorita` rikonoxxuta fejn ikun stipulat li għandha aktar minn ħamsin sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'Malta u f'Għawdex matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm minnhom huma diesel u kemm petrol? Kemm minnhom huma muturi u kemm huma heavy plant vehicle?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` April 2000 in-numru ta` vetturi reġistrati ġodda f`Malta u Għawdex kien ta` 5,936. Minn dawn kien hemm 179 muturi.
Bħalissa d-Dipartiment ma jżommx statistika skond it-tip ta` `fuel` li jużaw il-vetturi.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x`jifhem b`heavy plant vehicles`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Masters Degree fil-Maritime Law (IMLI)?
Kemm ġew magħżula u min kienu?
Xi kwalifiki kellhom u xi kriterji ntużaw fil-proċess ta' l-għażla?
Min kienu dawk li ffurmaw parti mill-bord ta' l-għażla?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonjiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mis-7 ta' Mejju, 1987 sal-25 ta' Ottubru, 1996?
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' mpjieg ingħataw dawn il-ħaddiema?
Response (GALEA, ĊENSU)
Bħal ma kelli l-okkażżjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex spieri li hemm taħt il-livell ta' l-art fi Triq il-Mensija, San Ġiljan viċin fejn kien hemm il-kalkara tal-ġir issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa u ċioe' jittellgħu għal-livell ta' l-art peress li qed ikunu ta' periklu għan-nies kif ukoll ta' inkonvenjent għall-karozzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saret spezzjoni mill-uffiċjali tad-Dipartiment fil-lokalita` u anki ġew konsultati l-Kunsill Lokali u xi residenti li nzerta kien hemm fuq il-post. Peress li ma nstabux l-ispieri msemmija mill-Onor. Interpellant, hu mitlub jagħti aktar dettalji dwar il-post tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn persuni biex joqogħdu għat-test tal-liċenzja tas-sewqan?
Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull xahar f'Jannar, Frar u Marzu?
Kemm iddum persuna biex tagħmel it-test wara li tkun daħlet l-applikazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet għandu 1,318 applikazzjonijiet minn persuni biex joqogħdu għat-test tal-liċenzja tas-sewqan.
F`Jannar, Frar u Marzu applikaw 535,712 u 787 persuni rispettivament biex joqogħdu għat-test.
Normalment persuna ddum bejn sitta u għaxar ġimgħat biex tagħmel it-test wara li tkun applikat, iżda dan jiddependi dejjem minn numru t`applikazzjonijiet li jkollu d-Dipartiment, u wkoll miż-żmien li min jagħmel l-applikazzjoni jdum biex jipprepara ruħu għat-test.
Jista' l-Ministru jara li side street li tagħmel ma' Ninu Cremona u Arcade Street, in-naħa t'isfel ta' Raħal Ġdid, tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat diżastruż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq indikata mlll-Onor. interpellant għadha lura ħafna fl-iżvilupp u ma jkunx għaqli li tingħata t-`tarmac` meta għad baqa` tant bini xi jsir fiha.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-għażla tat-tender għall-asfalt tat-toroq ta' madwar l-iskola sekondarja qrib Xintill Street? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-`tenders` li ntefgħu qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Kumitat tal-Kuntratti qabel ma jiġi mogħti l-kuntratt.
Jista' l-Ministru jara li jsiru xi tip ta' traffic calming measures fi Triq Victor Vassallo, Ħ'Attard, peress li din hi triq twila, wiesgħa u dritta u allura ħafna sewwieqa jsuqu bi speed esaġerat, minkejja li hi triq residenzjali, u b'hekk jikkaġunaw perikolu kbir għar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-karozzi tal-linja jgħaddu minn Triq Victor Vassallo mhux pratikabli li jsiru `road humps (sleeping policemen)` konvenzjonali.
Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mal-Kunsill Lokali ta` H`Attard ser jinvestiga x`jista` isir biex is-sewqan eċċessiv f`din it-triq jiġi mrażżan. Ta` min jgħid iżda li mhux dejjem possibli li jsiru `traffic calming measures` forma ta` `road humps`, u trid tiġi nvestigata l-possibilta` ta` sorveljanza aħjar mill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonjiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Bħal ma kelli l-okkażżjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Peress li l-bdiewa li jużaw it-triq ta' l-Imġarr ta' ġewwa u ta' l-inħawi ta' Fomm ir-Riħ qed jilementaw li t-triq hija mħaffra u qed tikkawżalhom ħafna ħsarat fil-vetturi tagħna, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din it-triq jagħmel il-manutenzjoni fiha l-Kunsill, u fil-fatt kienet ippjanata li jsir xogħol fiha. Il-`patching` beda fl-24 t`April.
Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fit-triq li mill-Birgu tagħti għal Bormla, fl-area magħrufa bħala ħdejn Cafe Riche?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din it-triq arterjali hija waħda minn dawk li huma aktar wiesa` mis-soltu u f`qagħda ta` niżla qawwija. Għalhekk l-`area` tirrikjedi pjanar estensiv mill-ġdid qabel ma tista` titqiegħed `pedestrian crossing`.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara applikazzjoni PA1084/00 li saret mid-dipartiment tat-toroq lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex issir triq ġdida barra mill-ischeme fix-Xemxija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kulħadd jaf bis-sistema perikoluża ta' aċċessi u ħruġ għaż-żona residenzjali li hemm taħt il-knisja tax-Xemxija. Għalhekk saret l-applikazzjoni sabiex issir triq ġdida li tipprovdi aċċess tajjeb mir-'roundabout' li nbniet faċċata tal-knisja.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tiġi solvuta l-problema tal-għargħar tax-xita fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan u li l-Ministru rrifera għaliha f'mistoqsija parlamentari numru 12734?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kuntratt għat-tieni fażi ta` dan il-proġett ingħata mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet tal-Ministeru għall-Ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni qegħdin isiru xogħlijiet fil-coast road, il-parti li tagħti minn Baħar iċ-Ċagħaq sal-Magħtab?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fil-`Coast Road` qed isir skond il-pjan biex jiġu rrestawrati t-toroq u fil-fatt huwa tkomplija tax-xogħol li kien inbeda s-sena l-oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibbilta' li Triq San Leone ġewwa Bubaqra, Żurrieq, titwessa' b'mod li jkun jista' jgħaddi truck issa li l-fond li kien jimblokka tali twessigħ twaqqa', u dan bħalma riċentement ġara f'Ħal Balzan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`inhu l-każ.