Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #207 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq San Ġużepp - Dawl

Question

Possibbli li l-Enemalta tara hux possibbli jsiru tlett bozoz oħra fi Triq San Ġużepp, Zabbar ( it-triq li tagħti mill-bypass ta' Ħaż-Żabbar għaż-Żejtun) jiġifieri l-isfel mir-residenza numru 53 għaliex din il-parti tat-triq hi ferm mudlama u qed tagħti lok għal ħafna abbuż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #18714 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Meter

Question

Jista' l-Ministru jara li r-rapport magħmul lill-Water Services Corporation dwar meter difettuż fir-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġi segwit għaliex s'issa ma ittieħdet ebda azzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jirriżulta li l-meter difettuż huwa dak tad-dawl. Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata b'dan u fil-fatt qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #18715 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Ta' Paris - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-livell tad-dawl fi Triq Kalċidon Gatt u Triq Sommier, f'Ta' Paris, Birkirkara, jiġi miżjud jew imtejjeb għaliex huwa ta' voltaġġ baxx ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret, jirriżulta li fit-toroq imsemmija la hemm vultaġġ baxx u lanqas nuqqas ta' dawl adekwat.
Leg 9 PQ #18749 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18391?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kuntratt tax-xogħol għall-bini tal-car park u "public convenience" ġodda fil-Crafts Village f'Ta'Qali ingħata fl-24 t'Awissu 1998 fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Il-kuntrattur huwa G.V. Xuereb u x-xogħol huwa stmat li jlaħħaq is-somma ta' Lm178,032. S'issa l-kuntrattur tħallas is-somma ta' Lm170,032. Ta' min jinnota li f'dan l-istadju ma jistax jingħad li dan il-car park sar għalxejn qabel ma' wieħed jara l-pjanti ta' l-iżvilupp il-ġdid. Barra minn hekk wieħed jifhem li dan il-Villaġġ, li ta' kuljum huwa iffrekwentat minn numru kbir ta' turisti u Maltin, ma jistax jitħalla mingħajr "public convenience".
Leg 9 PQ #18750 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Main replacement

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18389?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipprevedi li fis-sena finanzjarja li qiegħdin fiha, (jiġifieri Ottubru 1999 sa Settembru 2000) ser ikunu nbidlu madwar 35 kilometru ta' mains. Dan hu skond il-Budget għal din is-sena. Sa issa tqiegħdu ukoll madwar 40 kilometru ta' mains ġodda.
Leg 9 PQ #18752 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18451?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Enemalta ilha żmien tħares lejn alternattivi għall-upgrading tal-Power Station tal-Marsa inkluż upgrading għar-raġunijiet ambjentali. Fil-fatt, proprju bħala parti minn dan il-proċess, kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jinqata' l-użu tal-faħam u li l-apparat kollu fil-Marsa jinqaleb għaż-żejt. Ġew kommissjonati żewġ rapporti speċifikament dwar l-effett fuq l-ambjent tal-Power Station tal-Marsa. Wieħed sar mill-Planning and Design Section ta' l-istess Enemalta u l-ieħor mill-kumpanija Betz Dearborn. Dan l-aħħar rapport kien issuggerixxa l-użu ta' kimika apposta (magħrufa bħala fuel oil emulsifier) li qed titħallat maż-żejt sabiex dan jaqbad aħjar bl-iskop li jonqos in-nugrufun li joħroġ miċ-ċmieni. Dan ir-rapport kien issuġġerixxa wkoll li jsiru xi modifikazzjonijiet fil-power station sabiex ikun jista' jinħaraq żejt ta' kwalita' ifjen, b'kontenut ħafna inqas ta' kubrit (ta' mhux iktar minn wieħed fil-mija). Dan l-aħħar suġġeriment għadu qed jiġi evalwat mill-Enemalta. Fl-istess waqt qed jiġu investigati wkoll kunsiderazzjonijiet ambjentali oħra.
Leg 9 PQ #18753 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18450?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kapacita' tal-Power Station tal-Marsa hi ta' 265 MW. F'dan l-istadju mhuwiex il-ħsieb tal-Korporazzjoni li żżid il-kapaċita' ta' din il-Power Station.
Leg 9 PQ #18754 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18454?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li ma ġiex speċifikat perjodu, it-tweġiba tkopri l-aħħar sena finanzjarja tal-Korporazzjoni li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1999. Jiena nfurmat li fil-Power Station tal-Marsa ġew użati 342,021 tunellati metriċi ta' Fuel Oil u 2,278 tunellati metriċi ta' Gas Oil (diesel).
Leg 9 PQ #18826 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żurrieq — Triq Dun Vinċenz Balzan - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza fi Triq Dun Vincenz Balzan, Żurrieq, tiġi mibdula stante illi l-istess ilha xhur tiġi rapportata inutilment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza li għaliha qed issir riferenza saret ix-xahar li għadda.
Leg 9 PQ #18870 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Readings

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar ir-reading tal-kont tad-dawl u l-ilma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-qari ta' l-arloġġi tad-dawl u l-ilma fuq il-kont li għalih qed issir riferenza sar f'dawn id-dati: Fis-6 ta' Diċembru 1997, fis-16 ta' Marzu 1998, fil-25 ta' Mejju 1998, fl-24 ta' Awissu 1998 u fl-4 ta' Diċembru 1998 sar qari uffiċjali. Fis-7 ta' Mejju 1999 il-qari ġie mogħti mill-konsumatur. Fil-25 ta' Awissu 1999 il-post instab magħluq mill-meter reader. Fid-19 ta' Jannar 2000 il-qari ġie mogħti mill-konsumatur, u Fis-26 ta' Mejju sar qari uffiċjali.
Leg 9 PQ #18893 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħadid — Riċiklar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħadid li qiegħed jiġi esportat għar-recycling fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999? F'liema pajjiżi qiegħed jiġi esportat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li bit-terminu 'għar-recycling" l-Onorevoli Interpellant irid ifisser "scrap". Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18897 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Titjiriet

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jispjega għaliex diversi drabi matul dawn l-aħħar tliet xhur, fuq it-titjiriet ta' l-Air Malta lejn Malta, l-gazzetta "In-Nazzjon" tkun nieqsa? Hija b'kumbinazzjoni jew le li l-unika gazzetta nieqsa tkun "In-Nazzjon"?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-"uplift" tal-gazzetta "In-Nazzjon" fuq it-titjiriet ta' l-Air Malta huwa l-istess bħal dak tal-gazzetti bil-Malti l-oħra ta' kuljum. Għaldaqstant l-iskarsezza fuq xi "return flights" li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant bilfors li kienet inċidentali.
Leg 9 PQ #18898 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li għadu mhux obbligatorju li kull dar f'Malta li tirċievi l-elettriku mill-Enemalta jkollha s-salvavita (ECCB) mwaħħla? F'tali kża, ma jaħsibx li wasal iż-żmien li tkun obbligatorja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kull minjapplika għal servizz ġdid ta' l-elettriku huwa obbligat skond ir-Regolamenti ta' l-Elettriku li jkollu nstallata salvavita (ELCB)
Leg 9 PQ #18919 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vodaphone — Policy

Question

Jista' l-Ministru, jgħid jekk jaf bil-policy li għandha d-ditta Vodafone, li meta tiltaqa' ma' mobile telephone li d-ditta tkun taf li ġie rrapportat misruq jew mitluf, la tinforma lill-pulizija u lanqas il-proprjetarju tat-telefon? Jekk jaf b'din il-policy jista' jgħid jekk jaqbilx magħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba hija fin-Negattiv.
Leg 9 PQ #18926 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ILO — Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar mill-uffiċjali ta' l-ILO dwar it-tisħiħ propost tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Ministeru għall-Politika Soċjali kien talab lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tibgħat uffiċċjal/konsulent sabiex jissuġġerixxi mezzi li permezz tagħhom tissaħħaħ il-konsultazzjoni bejn il-partijiet soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku. B'riżultat tax-xogħol li sar minn dan l-uffiċjal, il-Gvern kien f'qagħda li jħejji Abbozz ta' Liġi. Dan l-Abbozz fi "draft form" intbagħat lill-partijiet soċjali sabiex jissottomettu r-reazzjonijiet tagħhom qabel jiġi ppubblikat.
Leg 9 PQ #18276 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Child Care Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-Child Care Centre ta' l-Air Malta għadu ma bediex jiffunzjona minkejja li dan ilu li ġie inawgurat minn Ottubru li għadda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan iċ-ċentru jkun jista' jibda jopera f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #18346 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Xogħol ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18607 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18432, cioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17832, jista' l-Ministru almenu jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid x'inhu l-għadd ta' kontijiet tad-dawl u ilma li għad iridu jitqassmu lill-konsumatur? Ta' liema perijodu huma u ta' liema lokalitajiet huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha kontijiet pendenti li jkopru żewġ perjodi. L-ewwel perjodu hu dak ta' Jannar - April 2000 u n-numru ta' kontijiet pendenti jammonta għal 190 elf. It-tieni perjodu hu dak ta' April - Awissu 2000 u peress li l-qari ta' l-arloġġi għal dan il-perjodu għadu għaddej, għadhom ma inħarġux kontijiet.

Enemalta — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17399?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-aħħar ħames snin kien hemm mija disgħa u erbgħin każ ta' ħsara kawżata minn vultaġġ għoli. Il-Korporazzjoni Enemalta bdiet tagħmel ħlasijiet għall-ħsara kawżata mill-1998 'l hawn. Minn dakinhar sa llum sar ħlas globali ta' Lm10,913 għal 46 każ minnhom.
Leg 9 PQ #18663 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Strike - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jid kemm tħallsu dawk il-ħaddiema li daħlu għax-xogħol meta kien hemm l-istrajk fl-MIA mill-20/8/99 'il quddiem? Kemm kienu dawn il-ħaddiema li daħlu għax-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'Seduta oħra.