Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3981 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Remeprazole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-mediċina kontra l-ulċeri Remeprazole fil-jum li fih li qed issir din l-interpellanza ilha diġà 8 ġimgħat out of stock? Meta se tkun in stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

.Ninsab infurmat li l-medicina li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru mhijiex out of stock. Id-Dipartiment tas-Saħħa dejjem kellu stock ta’ din il-medicina minn Lulju 2013 ‘il hawn.
Leg 12 PQ #7739 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Gvern Taljan — Ftehim ta' Koperazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ftehim ta' Koperazzjoni li reċentament ġie ffirmat mal-Gvern Taljan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7740 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Gvern Iżreali — Ftehim ta' Koperazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ftehim ta' Koperazzjoni li reċentament ġie ffirmat mal-Gvern tal-Iżrael?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7940 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Barts School of Medicine — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine kif imħabbar mill-Ministru fit-12 ta' Frar 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

F’dan l-istadju ma naħsibx li jkun xieraq li tali dokument għandu jkun ippubblikat.
Leg 12 PQ #8209 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — ċertifikat mill-COMAH

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-awtorità kompetenti nazzjonali dwar il-kontroll ta’ periklu minn inċidenti kbar (COMAH) għadha ma ċċertifikatx ir-risk assessment li sar fuq il-proġett tal-bini ta’ terminal tal-LNG u l-ħażna tal-LNG f’Delimara għax dan mhux komplut? Sa meta hu mistenni li jingħata tali ċertifikat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha li għamlet l-awtorità kompetenti nazzjonali dwar il-kontroll ta’ periklu (COMAH) fuq dan il-proġett ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

F’dan l-istadju li wasal fih il-proġett konċernat, l-obbligu tal-Awtorità Kompetenti huwa li jkun evalwat ir-risk assessment u tinħareġ opinjoni għal skopijiet ta’ land use planning.
Leg 12 PQ #8279 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

pensjoni — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-qraba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema rigward flus li ħallas meta kien l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-kaz qed jiġi segwit mill-Customer Care tal-Ministeru.
Leg 12 PQ #7295 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti farmaċewtiċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljata tal-mediċini, apparat u items oħra li nxtraw fis-sena 2013 u kemm swew?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7296 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

nefqa fuq mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’mediċini fis-sena 2013 u jaqsam l-informazzjoni fuq dawn il-kategoriji: a. POYC; b. ċentri tas-Saħħa; c. Sptar Mater Dei; d. Karen Grech Rehab Hospital; e. SVPR; f. Sptar Ġenerali ta’ Għawdex; u g. postijiet l-oħra kollha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-nefqa minn entitajiet diversi f’mediċini fis-sena 2013 hija kif se nsemmi: Entities Euro Boffa Hospital 4,330,133 Gozo Hospital 1,266,606 Karen Grech Rehabilitation Hospital 364,827 Mater Dei Hospital 21,872,135 Mount Carmel Hospital 850,432 St. Vincent de Paule Hospital 567,490 Pharmacy of Your Choice 15,653,294 Corradino Facility 40,759 Detox Centre 156,915 Other 1,486 AFM Pharmacy 4,386 Primary Health Care 2,895,471 Total 48,003,933
Leg 12 PQ #7297 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkularijiet kollha li jagħmel referenza għalihom fit-tweġiba?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7298 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kriterji li fuqhom il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jingħataw il-mediċini b’xejn?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7299 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ mediċini li tqassmu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa fl-aħħar tliet snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7300 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti – kura barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti (mhux episodji) għall-kura barra minn Malta sena b’sena bejn l-2004 u l-2013? Jista’ jagħti t-total ta’ kull sena maqsuma skont il-mard/kundizzjoni li għalihom intbagħtu barra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta sena b’sena bejn l-2004 u l-2013 hija kif se nsemmi: SENA Numru ta’ Pazjenti 2004 235 2005 255 2006 265 2007 258 2008 279 2009 296 2010 306 2011 316 2012 415 2013 424 Infurmat ukoll lil-informazzjoni maqsuma skont il-marda jew kundizzjoni (għall-kull episodju) bdiet tinżamm mill-2011 u hija kif misjuba sena b’sena fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7429 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7833 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — contract for service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onor. Membru għandha tkun informata li dan il-Ministeru għandu ngaġġati miegħu wieħed u għoxrin persuna fuq contract of service għal perjodu ta’ sena. Il-ħlas u l-kundizzjonijiet huma skont dawk stipulat fir-regoli tal-Gvern.
Leg 12 PQ #8179 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — ħlas lill-ISMETT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti ħlas il-Ministeru għas-Saħħa lill-ISMETT (Sqallija) u Pisa għal trapjanti li saru f’dawn iż-żewġ entitajiet mill-2011 sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sal-lum il-Ministeru tas-Saħħa għandu jagħti ħlas ta’ €415,724.60 għal trapjanti jew assessments lill-ISMETT (Sqallija) li saru qabel Marzu 2013. Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda kont pendenti għal trapjanti li saru ġewwa Pisa.
Leg 12 PQ #8237 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Proċess tal-IVF

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-koppji li sa issa ġew mistiedna jattendu l-isptar biex ikunu jistgħu jieħdu t-trattament tal-IVF? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-istess koppji hux qed jintalbu li jħallsu ċertu spejjeż li mbagħad eventwalment jiġu mogħtija lura lill-koppja li tkun ħadet it-trattament? Jekk iva, x'inhuma l-kundizzjonijiet li fuqhom se tkun ibbażata d-deċiżjoni dwar jekk l-istess koppji jingħatawx il-ħlas lura inkella le? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm koppji li wara li ntalbu jħallsu dawn il-pagamenti, ma baqgħux jattendu kif mitluba? Kemm kienu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-bidu tas-servizz tal- IVF b'xejn f'Ottubru 2013, kien hemm iktar minn 120 koppja li ġew riferuti għal IVF, għalhekk inħatar ART Prioritisation Committee biex ipoġġi f'ordni ta' preċedenza dawn il-koppji fuq kriterji stabilliti ta' eta biex jintgħażlu l-ewwel 50 koppja biex jagħmlu l-IVF.(kif kien ħabbar il-gvern li sa Dicembru 2013 ikollna 50 cycle ta IVF) Is-servizz tal-IVF kollu kien bla ħlas (aparti il-medicini) u l-koppji ma ħallsux la għal IVF innifisha u lanqas għal cryopreservation (iffrizar tal-bajd) offrut lilhom. Mill-koppji magħzula, 27 għazlu li jagħmlu il-proċess li nbeda f'Dicembru waqt li oħrajn iposponewħ għal data aktar tard. Bi pjacir inħabbar li kellna riżultati pozittivi u diġa għandna koppji li qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom.
Leg 12 PQ #8247 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Memorandum of Understanding — Queen Mary Bart Medical School

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-MoU li ġie ffirmat ma’ Queen Mary Bart Medical School?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li f’dan l-istadju ma nħossx li għandi nippubblika ċertu dettalji.
Leg 12 PQ #7289 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — tinda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienet il-kumpanija li tqabdet biex tarma u żżarma t-tinda ħdejn l-Isptar Mater Dei nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar 2014? Jista’ jgħid kif intgħażlet din il-kumpanija u kemm swiet biex intramat u żżarmat it-tinda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kumpanija li ġiet inkarigata biex tarma u ż-żarma t-tinda ħdejn l-isptar Mater Dei fid-dati msemmija, ntgħażlet permezz ta’ Direct order mill-amministrazjoni tal-Isptar Mater Dei. Din il-kumpanija hija MFCC u l-ispiża kienet ta’ €7021 Euro.
Leg 12 PQ #7290 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

B’referenza għall-paġna 21 tal-white paper dwar il-mediċini out of stock jingħad li hemm ħafna ħela ta’ mediċini mill-pazjenti, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika u/jew l-informazzjoni li fuqhom hija bbażata din l-asserzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7291 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Investigazzjoni dwar biopsija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni dwar l-inċident fejn għebet biopsy ta’ pazjent hekk kif kien rappurtat fi stqarrija tal-Gvern fis-7 ta’ Settembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jara r-rapport mitlub minnu fil-privat.