Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6140 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha allegat ka¿ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni tagħha mingħand it-Teżor?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi l-pensjoni mit-Teżor li qed tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament hija dik dovuta lilha. Il-pensjoni ġiet maħduma fuq is-salarju illi l-persuna kellha fid-data tal-irtirar fit-8 ta’ Lulju 1981 u li dak iż-żmien kien ta’ €5,273.70 fis-sena. Dan irriżulta fil-pensjoni li l-persuna baqgħet tieħu sal-lum, li tammonta għall-€2,636.85 fis-sena u somma li tħallset darba ta’ €10,986.86. Il-pensjoni tat-Teżor ma tiżdied qatt.
Leg 12 PQ #5989 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Spiża fuq mistoqsijiet parlamentari

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4936, jista' l-Ministru jikkonferma li bla ebda dubju l-iktar domanda li se tqum biex titwieġeb hi l-istess mistoqsija parlamentari 4936 billi biex titwieġeb din il-mistoqsija trid tinġabar in-nefqa separata ta' eluf ta' domandi li saru matul l-istess ħames snin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ma tistax tkun kwantifikabbli minħabba l-fatt illi kull mistoqsija parlamentari hija ta’ natura differenti u allura mhux kull mistoqsija tirrikjedi l-istess ammont ta’ riżorsi u volum ta’ riċerka biex titwieġeb.
Leg 12 PQ #6035 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5897 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'2012 kien hemm żewġ clubs Għawdxin, Għajnsielem FC u SK Victoria Wanderers li ġew imwegħda għajnuna finanzarja mill-Good Causes Fund. Dawn il-wegħdi li jammontaw għal €60,000 għadhom ma tħallsux u qed jistennew il-pagament bħal diversi oħra li ġew imwegħda flus ħafna aktar milli jista’ jiddisponi l-fond.
Leg 12 PQ #4608 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Finanzi, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #5875 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministri — Użu ta’ Credit Cards

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-perijodu 2008 sa Frar 2013, rigward l-użu ta’ credit cards mill-Ministri, xahar b’xahar, għall-pagamenti u/jew spejjeż li ġew rikorruti? X’kienu l-ammonti li ġew rikorruti? X’kienu l-ammonti li ġew imħallsa u x’inhuma r-raġunijiet/spjegazzjonijiet għal dawn l-ispejjeż?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #5654 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Sptar Mater Dei – policy dwar procurement

Question

Peress li f’gazzetta lokali ġie rappurtat minn konsulent tal-Gvern li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix policy tal-procurement, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xiri tal-Isptar Mater Dei hux regolat mill-Public Contract Regulations?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tal-Isptar Mater Dei huwa regolat mill-Public Procurement Regulations. Wieħed irid jiddistingwi bejn il-metodoloġija ta’ xiri u l-politika ta’ x’jinxtara u meta. Tal-ewwel hi stabbilità mir-Regolamenti waqt li tat-tieni tiġi stabbilità mill-amministrazzjoni tal-Isptar.
Leg 12 PQ #5658 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Professjonisti – ħlas ta’ taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi arranġamenti jew prattiċi speċjali marbutin mal-mod kif professjonisti (eż. avukati, tobba, konsulenti tas-saħħa, eċċ.) jikkomputaw it-taxxa dovuta minnhom u jgħid jekk teżistix xi forma ta’ differenza bejn it-trattament tat-taxxa tagħhom u ta’ taxpayers oħra in ġenerali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda distinzjoni kif professjonisti jikkomputaw it-taxxa dovuta minnhom paragunat ma’ taxpayers oħra. Teżisti distinzjoni ta’ kif professjonisti li huma self-employed jikkalkulaw il-qligħ tagħhom fejn dawn jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw il-profitti tagħhom fuq cash basis minflok fuq accruals basis. Professjonisti li huma f’impjieg jiġu ntaxxati fuq id-dħul bħal kull impjegat ieħor. Dan fil-fatt huwa deduċibbli billi l-liġi tesiġi li kumpaniji jżommu l-kotba tan-negozju tagħhom skont prinċipji internazzjonalment aċċettati tal-kontabilità u konsegwentament dawn iridu jinżammu fuq accruals basis . Rigward professjonisti m’hemmx dan ir-rekwisit.
Leg 12 PQ #5659 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Sistema ta’ e-procurement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jużaw is-sistema ta’ e-procurement u għal kull dipartiment/entità jagħti dawn id-dettalji: meta beda juża din is-sistema; kemm ħareġ sejħiet b’din is-sistema; kemm aġġudika sejħiet b’din is-sistema; u x’inhu l-valur kumplessiv tas-sejħiet aġġudikati permezz ta’ din is-sistema?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #5940 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Kawżi Ġusti – laqgħat tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' sa issa l-Bord tal-Kawżi Ġusti tul din il-leġiżlatura? Jista' jgħid kemm kien l-ammont li tqassam mill-istess fond lill-organizzazzjonijiet/għaqdiet/soċjetajiet sa issa tul din il-leġiżlatura u jelenka wkoll liema kienu dawk l-organizzazzjonijiet/għaqdiet/soċjetajiet li ngħataw għajnuna sa issa f'din il-leġiżlatura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #5984 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Stimi ta' periti mhux aċċettati

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-każijiet li hemm quddiem il-Qorti, appuntu fuq stimi ta' periti mhux aċċettati, se jkollhom il-każijiet tagħhom mneħħija, ġaladarba din hija budget proposal?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #5822 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2014 – konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas għat-tinda li ntramat fi Pjazza San Ġorġ u li minnha saret il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern hekk kif intemm id-diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru? Jista’ jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha, u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija trid tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #5823 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2014 — Kirja ta’ billboards u posters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kirja tal-billboards u l-posters li twaħħlu fuqhom li kellhom messaġġi marbutin mal-Baġit 2014? Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ser tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #4895 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Esportazzjoni ta’ deheb u fidda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4051 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie esportat deheb u fidda minn Malta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bi spjegazzjoni f’ammont u valur bejn l-2009 sal-2012?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4896 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni u esportazzjoni ta’ sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4052 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka kemm jiġu importati u esportati sigaretti min Malta fis-sena, kemm ġew ikkonsmati sigaretti f’Malta u Għawdex, kif ukoll l-ammont ta’ dazju li nġabar minn fuqhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4897 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4053 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kif ukoll second hand fl-2012 u kemm ġew skrappjati karozzi fl-2012? Minn dawn l-imsemmija karozzi importati ġewwa Malta, kemm minn dawn kienu petrol, diesel, hybrid jew bl-elettriku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2012 ġew impurtati total ta’ 4,335 karozza minn pajjiżi terzi. Il-karozzi li ġew impurtati huma kif ġej: Petrol ġodda - 2,779 Diesel ġodda - 380 Petrol second hand – 1,148 Diesel second hand - 2 Karozzi li jaħdmu bl-elettriku - 26 Rigward l-ammont ta’ karozzi li ġew skrapjati nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Transport Malta.
Leg 12 PQ #4936 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Spiża fuq mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mistoqsijiet parlamentari li l-aktar li ġiet tiswa biex tingħata tweġiba kif ukoll dik li l-inqas li ġiet tiswa fost dawk li saru bejn l-2008 u l-2012? Jista' jagħti l-ispiża totali inkluż ir-riċerka li saret?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #5780 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi – safar minn ministeru preċedenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5524 u jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija,mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5897 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4745 Sitting 73 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Active Credit Cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn active credit cards? Kemm żdied l-użu tagħhom bejn l-2008 sal-2012? Kemm kien hawn każijiet rrappurtati fuq frodi ta’ credit cards?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSA u c-Central Bank m’għandhomx l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2274 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.