Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Active Ageing Unit (qabel magħruf bħala Entertainment Section) fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ assistenza tingħata lill-persuni b’diżabilità minħabba d-diżabilità tagħhom meta huma jidhru quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja? Min iħallas għal din l-assistenza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni b’diżabilità ingħataw xi forma ta’ assistenza minħabba d-diżabilità tagħhom meta huma dehru quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja fl-aħħar ħames snin? Kemm kienet l-ispiża għal din l-assistenza sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni b’diżabilità hux se jibqgħu jingħataw l-assistenza meħtieġa minħabba d-diżabilità tagħhom, mingħajr ħlas, meta dawn jidhru quddiem il-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx użu mill-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal u l-proċess ta’ konsultazzjoni dwarha li kienet tfasslet minn Gvern preċedenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ tal-persuna minn Bormla li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hemm is-soqfa fi stat perikoluż ħafna kawża ta' ħsara li ġejja mill-bejt?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex jiġi verifikat il-każ imsemmi. L-inkwilin diġa ġie nfurmat bid-data ta’ meta se ssir l-ispezzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10333 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Fiż-żmien li għamel il-YPU, il-ġenituri tal-individwu indikat kienu jirċievu benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, iżda peress li mexa ġo residenza tal-Aġenzija Sapport permanentament, dan il-benefiċċju waqaf skont id-disposizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Għajnuna Soċjali – każ ta’ individwu minn Ħaż-Żabbar
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ tal-individwu li jgħix Ħaż-Żabbar u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu bżonn għajnuna soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu dwar il-każ ta' żewġ subien Ġermaniżi taħt Ordni tal-Ħarsien li telqu minn pajjiżna mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa tal-Awtoritajiet Maltin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Każ ta’ tfal Ġermaniżi — awtorizzazzjoni tal-Ministru
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ġie infurmat li ż-żewġsubien Ġermaniżi taħt Ordni tal-Ħarsien kienu ħallew pajjiżna mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ kienet infurmata li t-tfal kienu nieqsa? Jista' jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-Pulizija li dawn iż-żewġt itfal Ġermaniżi taħt Ordni tal-Ħarsien kienu nieqsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Korrispondenza bejn l-Aġenzija Appoġġ u l-Awtoritajiet Soċjali Ġermaniżi
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm bejn l-Aġenżija Appoġġ u l-awtoritajiet soċjali Ġermaniżi dwar iż-żjara minn żewġ social workers Ġermaniżi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference tal-investigazzjoni li qed tagħmel il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali? Jista' jgħid jekk twaqqafx Bord ta' Investigazzjoni, u jekk iva, min hemm fuq dan il-Bord? Jekk ma twaqqafx Bord, jista' jgħid min qed jagħmel l-investigazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali – każ ta’ tfal Ġermaniżi
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali kenux bdew proċeduri fil-Qrati Maltin dwar il-każ taż-żewġ subien Ġermaniżi li huma taħt Ordni tal-Ħarsien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – persons of trust
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2344, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, u jgħid jekk sal-lum l-Ministeru żiedx iktar konsulenti (inkluż persons of trust), oltre dawk li ssemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 349, li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid x’terms of reference għandhom il-konsulenti (u persons of trust) kollha għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Ħal Tarxien li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha xi kont pendenti fuq kera tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-propjetà in kwistjoni hija propjeta tad-Dipartiment tal-Artijiet u mhux tal-Awtorità tad-Djar.
Ordni ta’ Ħarsien Temporanju – Każ ta’ tfal Ġermaniżi
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-Ordni tal-Ħarsien Temporanju fuq iż-żewġt itfal subien Ġermaniżi ta' erba' snin u sentejn li kienu jgħixu ma' ommhom f'Marsalforn? Jista' jgħid jekk wara l-Ordni tal-Ħarsien Temporanju kenitx ħarġet l-Ordni tal-Ħarsien u meta kienet ħarġet din l-Ordni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-18 ta’ Lulju 2014, il-Qorti ħarġet Ordni tal-Qorti temporanju ai termini ta’ Artiklu 133 tal-Kodiċi Ċivili sabiex il-minuri Jaydan u Jeremias Albrecht u Julia Wiedekind jiġu fdati fil-kura tal-Aġenzija Appoġġ sabiex jiġi vverifikat min kellu l-kura u kustodja legali tal-minuti in kwistjoni.
Fid-19 ta’ Lulju 2014, l-istess Qorti kkonfermat l-imsemmi Ordni fuq il-minuri kkonċernati. Ma nħarġitx Ordni Temporanja għall-Ħarsien jew ordni għall-Ħarsien kemm minħabba l-fatt li l-ħaddiema soċjali u l-pulizija kienu qed jistennew li l-Awtoritajiet Ġermaniżi jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jirripatrijaw lil dawn it-tfal fi kwistjoni ta’ ġranet u kemm minħabba l-fatt li effettivament l-ebda mill-awtoritajiet ma kellhom informazzjoni negattiva fuq il-kura tal-minuri għajr il-fatt li l-minuri Jeremias instab waħdu ġewwa għalqa u minħabba l-fatt li l-minuri kienu rreġistrati bħala nieqsa minn pajjiżhom.
Peress li kienet il-proċedura stabbilita li meta toħroġ Ordni tal-Ħarsien jiġu infurmati l-Pulizija tal-Immigrazzjoni biex tfal taħt Ordni tal-Ħarsien ma jkunux jistgħu jsiefru barra minn Malta mingħajr il-permessi meħtieġa mill-Ministeru, jista' l-Ministru jikkonferma li din il-proċedura għadha fis-seħħ? Jista' jgħid jekk din il-proċedura ġietx segwita meta nħarġet l-Ordni tal-Ħarsien fuq iż-żewġ subien Ġermaniżi li spiċċaw telqu minn Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-imsemmija proċedura għadha valida u għadha fis-seħħ. Din il-proċedura ma tapplikax għal tfal taħt Ordni tal-Qorti. Ma kienx hemm Ordni tal-Ħarsien f’dan il-każ.