Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuni/kumpaniji li qed jagħtu konsulenza legali fid-dekasteru tiegħi, kif ġej:-
Dok. 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Dok. 'B' - Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Dok. 'C' - Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)
Fir-rigward ta' Dok. 'C', fin-nuqqas ta' kuntratt qed inpoġġi kopja tal-Letter of Acceptance.
Rigward il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, it-tagħrif mitlub qed jingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4597.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna jew kumpanija li qed jagħtu konsulenza legali f'żewġ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, kif ġej:-
Dok. 'A' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Dok. 'B' - Kunsill Malti għall-iSport
Fir-rigward ta' Dok. 'B', fin-nuqqas ta' kuntratt qed inpoġġi kopja tal-Letter of Acceptance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti li qed jattendu l-iskola tal-mużika Johann Strauss u x'inhi l-età tagħhom? Liema strumenti qed jiġu mgħallma, u kemm hemm studenti li qed jitgħallmu kull strument, u sa liema grad jistgħu jaslu? Jista' jgħid jekk studenti ta' din l-iskola jingħatawx preferenza jekk ikunu se jdoqqu fl-Orkestra Filarmonika ta' Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa qed jiġu offruti 26 kors bil-parteċipazzjoni ta’ 1,410 student. Dan jinkludi 414-il student li jattendu l-kors tat-Teorija, li 377 student minnhom jattendu wkoll kors ieħor fil-prattika. Il-lista sħiħa tal-korsijiet, bin-numru ta’ studenti li qed jattendu kull kors, l-etajiet tagħhom u l-għola grad li qed jiġi mgħallem f’kull kors, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru għat-Turiżmu.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – registered disabled persons
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala registered disabled persons mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Jista’ jgħid dawn il-persuni kemm ilhom fuq dan ir-reġistru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx moniteraġġ fuq il-frott li jingħataw lit-tfal fl-iskejjel, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Gvern għax ġieli jirriżulta li t-tfal qed jingħataw frott skadut?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li, minn żmien għal ieħor, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima jibgħat rappreżentanti biex jaraw li l-frott li jingħata lit-tfal ma jkunx skadut.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għall-Aġenzija Żgħażagħ għas-sena 2014 u jekk din hix se tkun inqas minn dik li kienet allokata għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-diskors tal-Baġit tal-04 ta' Novembru 2013.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iSport Promotion Unit għadhiex tipprovdi lezzjonijiet tal-ġinnastika lill-istudenti tat-tielet sena tal-iskejjel primarji tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, minn min qed isiru dawn il-lezzjonijiet u xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni bħala għalliema tal-edukazzjoni fiżika u/jew bħala kwalifiki fil-ġinnastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-iSport Promotion Unit għadha qed tipprovdi l-lezzjonijiet li kienu jingħataw fis-snin ta’ qabel. Anzi, il-lezzjonijiet tal-Ġinnastika fil-Primarja ġew estiżi wkoll għall-istudenti tal-ewwel u t-tieni sena sabiex dan is-servizz jilħaq lil numru akbar ta’studenti.
Dawn il-lezzjonijiet qegħdin jingħataw bl-istess persuni li kienu jagħtu dawn il-lezzjonijiet fis-snin ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema Master It li hi ffinanzjata b'fondi Ewropej, tapplikax għal persuni li jkunu se jagħmlu l-kors ta' masters fl-Università ta' Malta jew tapplikax biss għal min se jagħmel kors barra minn Malta? L-iskema hija marbuta ma' data sa meta l-kors tal-masters irid jitlesta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskema ta’ Boroż ta’ Studju “MASTER it!” tapplika għall-persuni li jkunu qed isegwu jew li se jibdew isegwu kors kemm mal-Universita` ta’ Malta kif ukoll għal dawk li qed isegwu jew jixtiequ jsegwu kors ma' Universitajiet barra minn Malta.
Ir-riżultat tad-
Degree
jrid jiġi ppubblikat sa Ottubru 2015.
Peress li diversi studenti tas-sixth form Għawdxin qed jilmentaw għaliex l-ismart card mhix qed tiġi aċċettata mill-examination centre, jista’ l-Ministru jara x’inhi l-problema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sa issa qatt ma nħass il-bżonn li ċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Għawdex ikollu Smart Card Reader peress li l-istudenti tas-Sixth Form kienu jużaw il-faċilita` tal-ismart card reader li hemm fil-Librerija ta’ Sir M’Ang Refalo li qiegħed żewġ passi bogħod miċ-Ċentru tal-Eżamijiet .
Wara d-diskors tal-baġit għas-sena 2014 li ġie ppreżentat il-bieraħ 4 ta’ Novembru 2013, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis previst fuq il-vot tal-isport meta mqabbel ma' dak ta' din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid b'kemm tnaqqas u minn fejn se jkun qed jitnaqqas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget ta' l-04 ta' Novembru 2013.
Wara d-diskors tal-baġit għas-sena 2014 li ġie ppreżentat il-bieraħ 4 ta’ Novembru 2013, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis previst fuq il-vot taż-żgħażagħ meta mqabbel ma' dak ta' din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid b'kemm tnaqqas u minn fejn se jkun qed jitnaqqas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget tal-04 ta' Novembru 2013.
Kunsill Malti għall-Isport — allokazzjoni finanzjarja 2014
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsill Malti għall-Isport għas-sena 2014 u jekk din hix se tkun inqas minn dik li kienet allokata għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget tal-04 ta' Novembru 2013.
għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi – għajnuna finanzjarja għall-2014
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le hux se jkun hemm tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja li s-soltu tingħata lill-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi għas-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget tal-04 ta' Novembru 2013.
Kulleġġi t'Għawdex — Higher Secondary Sir M.A. Refalo
Question
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-Higher Secondary ta' Għawdex Sir M.A. Refalo, minn din is-sena ġiet taħt il-kulleġġ ta' Għawdex meta skejjel simili f'Malta mhumiex taħt kulleġġi f'Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Għall-ko-ordinazzjoni aħjar tas-sistema edukattiva f'Għawdex.
Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-użu ta’ tablet għar-raba’ sena fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hux qed issir ħidma fuq il-content management jew software ta’ dawn l-istess tablets?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-MITA fuq il-punti li semma fil-mistoqsija, jiġifieri l-content management u software. Hu mistenni li proġett pilota għall-użu tat-tablets jibda aktar tard f'din is-sena skolastika.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema xahar u sena twaqqfet l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel mill-Kunsill Malti għall-Isport u kemm kien in-numru ta' tfal li kienu reġistrati (sena, sena) fi ħdan din l-akkademja sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel bdiet f'Ottubru 2011:
· fl-ewwel sena (2011) kien hemm 24 parteċipant u
· fit-tieni sena (fl-2012) kien hemm 28 parteċipant
Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel – lecture room — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol infrastrutturali fuq il-lecture room li tintuża għat-tagħlim fl-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel u kif kien iffinanzjat ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol infrastrutturali fuq il-lecture room li tintuża għat-tfal fl-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Zwiemel beda fis-sena 2012 u tlesta issa. Ix-xogħol ġie ffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-iSport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal reġistrati fl-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel matul din is-sena akkademika (2013/2014)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn din is-sena akkademika, l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel qed titmexxa mill-Malta Racing Club.
Ninsab infurmat li hemm tmintax (18) tfal irreġistrati. Infurmat ukoll li hemm oħrajn li potenzjalment jirreġistraw.