Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10423 u cioe' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies?
Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara, stante li l-uffiċjali nkarigati daparti ta' l-Enemalta mhux qegħdin joffru l-ebda spjega suffiċjenti, x'inhi r-raġuni li l-kont tal-persuna anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qiegħed ta' kull darba jkun eżorbitanti avolja m'għandhom l-ebda element li jistgħu jikkontribwixxu għal tali kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-sussidju li ssoltu jingħata lil lanċa li topera għall-Kemmuna għadu ma ngħatax? Jaf li l-ħaddiema u dawk kollha li jivjaġġaw lejn Kemmuna qed ibatu minn dan l-inkonvenjent għax ikollhom iħallsu għat-trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat illi ma' kien jingħata ebda sussidju fir-rigward tal-lanċa msemmija mill-Onor Interpellant. Li kien jiġri hu li kienet tinkera lanċa biex tieħu qassis u pulizija biss (mhux "ħaddiema u dawk kollha li jivjaġġaw") is-Sibt, il-Ħadd u festi pubbliċi bejn Novembru u Mejju. Il-Gozo Channel kienet tħallas Lm28.00 kull vjaġġ. Peress li l-Gozo Channel illum qed taħdem taħt Public Service Obligation Contract il-kirja relattiva - jekk għandha tibqa ssir - trid issir jew direttament minn min hu interessat jew taħt l-obligi tal-kuntratt.
B'referenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari li diġa' saru dwar toilets fiċ-Ċirkewwa peress li kemm il-ħaddiema kif ukoll il-passiġġieri qed jilmentaw minħabba faċilita' ta' toilets adegwati, jista' il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għad-domandi numru 7624 u 8016 fejn jirrigwarda il-ħaddiema. Dwar l-użu mill-pubbliku , l-Onor. Interpellant hi għal darb'oħra mitluba biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10477 u cioe' jgħid jekk hemmx xi żviluppi ġodda dwar x'se jsir mill-ħaddiema ta' Ħal Ferħ li l-istabbiliment fejn kienu jaħdmu għalaq biex il-post jgħaddi għand sidien privati?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli membru għandu jinnota li l-ħaddiema ta' Ħal-Ferh huma koperti bi ftehmin Industrijali li ġie estiż sa 31/12/05.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10478 u cioe'jgħid fiex waslu t-trattattivi biex Ħal Ferħ jgħaddi għand kumpannija privata? Kemm hemm kumpanniji privati nteressati f'Ħal Ferħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għadha ma' ħarġitx ebda sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jgħid dawk il-fondi li nqatgħu minn holiday flats ma' l-MTA għandhomx il-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl b'rati kummerċjali jew b'rati domestiċi? Jekk b'rati kummerċjali, jaf li huma diversi dawk l-abitazzjonijiet li preżentement huma vojta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-korporazzjoni Enemalta milli twaħħal l-arloġġ tad-dawl fil-post - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li hemm applikazzjonijiet għal servizz ta' l-elettriku reġistrati pendenti fi Triq Sruġ, Xagħra Għawdex. B'dana kollu ngħarraf lill-Onor Interpellant li jista' jsir kuntatt mal-Customer Care ta' l- Enemalta ħalli wieħed jeżamina sew il-każ.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tat-Telephone
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 10228 u cioe' jista' jinformana għaliex il-korporazzjoni Enemalta qed tieħu bejn tlieta u erbgħa ġimgħat biex tirranġa l-bozoz maqtugħa rapportati mill-kunsill lokali tar-Rabat, Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li d-dewmien kien minħabba żieda ta' ħsarat minħabba l-maltemp. Il-manutenzjoni meħtieġa issa saret.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu d-dejn li għandhom dawn il-kumpanniji, jew li kellhom sa Diċembru 2003, Diċembru 2004 u llum 2005:
Gozo Ferries, Gozo Channel, Malta freeport u s-sussidjarji tagħhom?
Lil min hu dovut dan id-dejn? Kemm minnu hu fi flus Maltin u kemm fi flus barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus dawn il-kumpanniji mingħand il-gvern matul l-2003 sa Diċembru 2004:
Gozo ferries, Gozo channel, Malta freeport?
Għal xiex intużaw dawn il-flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Xemxija — Triq Katarina Vitale - servizz ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk fi Triq Katarina Vitale, fix-Xemxija hemmx servizz ta' drenaġġ? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk dan hux fil-pjan li jsir u jekk iva, meta se jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fit-triq imsemmija għad ma hemmx servizz ta' drenaġġ.
Dan huwa ppjanat li jsir u qiegħed fil-programm tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9904 u cioe', wara li kienet għalqet it-twissija ta’ l-Enemalta fit-30 ta’ Novembru 2004 dwar ħlasijiet pendenti ta’ kontijiet, jista' jgħid kemm–il dar, każin u għaqda ma baqgħux jingħataw is-servizz tad-dawl? F’liema lokalitajiet kienu? Kemm kien hemm persuni li għamlu arranġamenti ma’ l-Enemalta biex il-kont jitħallas bin-nifs?
Separate Cover: No
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru b'kollox u kemm saru f'kull gazzetta riklami li dehru fl-aħħar ġimgħat dwar il-miżura mħabbra fil-budget dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u kemm kienet l-ispiża totali fuq dawn ir-riklami? Jista' jaqsam ukoll din l-ispiża għal kull gazzetta li fuqhom dehru r-riklami?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħasset li għandha tinforma aktar lill-pubbliku dwar il-miżura imsemmija billi tagħmel serje ta' riklami fil-gazzetti kollha. Għaldaqstant, il-KSI għamlet 30 riklam b'kollox. L-ispiża totali (inkluz il-VAT) mistenni jammonta għal LM3,842.62.
Riklami saru kif jidher fit-Tabella li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-policy ta' l-Enemalta fir-rigward tat-tneħħija tal-cables ta' l-elettriku minn mal-faċċata tad-djar meta jsiru x-xogħlijiet?
Dawn il-cables jinteħħew b'mod temporanju jew permanenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li t-tneħħija ta' cables minn mal-faċċati tad-djar tiddependi fuq it-tip ta' żvilupp li jkun qiegħed isir u għalhekk tista tkun kemm temporanja kif ukoll permanenti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9995 u 10051 u cioe' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies?
Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.