Legislature:
Category:
Reset
Active:

Housing Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-pjanijiet għall-bini ta' 40 appartament f'Balzunetta l-Furjana u għal appartament f'Triq il-Kappuċċini l-Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar il-bini ta' appartamenti f'Balzunetta, il-Furjana, ninsab infurmat li għadhom għaddejjin negozjati biex tiġi rilokata fabbrika li hemm f'dan is-sit. Dawn in-negozjati qed isiru mill-MDC. Dwar il-progett ta' Triq il-Kapuċċini, ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha kif ħarġet il-permess biex il-bini eżistenti jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid. Għalhekk l-Awtorita' ser tara kif tinkwadra dan il-proġett fil-business tagħha.

Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu is-sidien ta' postijiet li kienu twaqqgħu f'Marsa Road, Marsa u li l-qorti kienet qaltilhom li jitħallsu skond iż-żmien? JIstgħu dawn l-individwi jiġi nfurmati bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-eżerċizzju tad-dipartiment tad-djar ta' l-ispezzjoni tad-djar ta' dawk li għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva mad-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-ispezzjonijiet issa tlestew u d-Dipartiment qiegħed jevalwahom.

Kontijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sakemm ma tingħatax raġuni l'għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.

Anzjani

Question

Peress li l-anzjana li isimha qed jintbagħat separatament teħtieġ li tidħol urġentement fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jirrimedja għal din it-talba ta' l-anzjana imsemmija? Jekk fl-affemattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija sarilha l-medical assessment f'April li għadda u skond ir-rapport mediku l-każ jipproċedi.

Pensjonijiet

Question

Billi la kien hemm qerq jew abbuż min-naħa ta' l-armla li d-detallji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi rivedut it-tnaqqis fil-pensjoni tagħha?.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ġie mistħarreġ u hija ġiet infurmata bir-riżultat.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari rnu. 20630 dwar persuni li nqabbdu mill-Ispetturi ta' l-ETC li kienu qed jirreġistraw u jaħdmu eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru n-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol bejn Settembru 2000 u April 2001, u n-numru ta' dawk li rebħu l-appelli quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol bejn Settembru 2000 u Frar 2001. Ninsab infurmat li l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol għadha għaddejja bil-każijiet ta' dawk li nqabdu jaħdmu matul Marzu, April u Mejju 2001. Ninsab infurmat ukoll li l-Korporazzjoni tressaq il-każ il-Qorti ta' min jinqabad jabbuża u ma jirregolariżżax il-pożizzjoni tiegħu.

SWDP

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna talbet għajnuna mill-SWDP, issa mill-aġenzija Appoġġ, matul l-aħħar snin u matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena minħabba: 1) Autism ii) Diżabilita iii) Aggressive Behaviour iv) grief v) Mental Disorder vi) Foster Care

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ETC hux involuta fil-proċess ta' taħriġ u eventwalment għażla ta' personnel għall-Casino di Venezia fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, kemm kienu dawk li applikaw u ġew aċċettati għal dan it-taħriġ, u minn liema lokalita ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mhix involuta fil-proċess imsemmi fil-Mistoqsija.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu opportunitajiet tax-xogħol part-time fuq in-notice boards ta' l-ETC f'Malta u Għawdex għal dan is-sajf li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ETC ma żżommx vacancies għal xi perijodu partikolari tas-sena. Madankollu fl-aħħar ta' April, 2001, l-ETC kellha 156 opportunita' għal xogħol fuq bażi part-time.

Relief

Question

Jista' l-Ministru jara li joħroġ ic-cheque tar-relief ta' omm separata b'żewġt tfal li ilha bla dħul għall-dan l-aħħar xahrejn? Id-dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna minnu ndikata ġie maħdum u ser titħallas l-Għajnuna Soċjali b'erba ġimgħat bil-quddiem kif wkoll l-arretrati li jkopru mill-21 ta' April 2001. Iċ-ċekk ġie mibgħut lill-benefiċċjarju.

Mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li nqatgħulha l-flus tal-mard, meta skond rendikont li s-Sigurta' Soċjali għandhom mill-HSBC jidher ċar li s-sinjura tista' tikwalifika mill-ġdid għall-dawn il-flus peress li l-flus li kellha ħarġithom biex tgħin lin-neputi tagħha li jinsab għall-kura barra l-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemmsaru spezzjonijiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul din l-aħħar sena fid-diversi postijiet tax-xogħol? Jista' jgħid liema kienu dawn il-kumpanniji / postijiet tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-Korporazzjoni għat-Taħriġ u x-Xogħol u n-numru ta' stabbilimenti spezzjonati skond is-settur.

Casual Cleaners

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm casual cleaners fis-settur tas-saħħa? Jista' jgħid kemm il-siegħa qegħdin jaħdmu bħala average? Hemm xi ħsieb li dawn il-casual cleaners isiru tal-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Casual Cleaners fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani hu ta' 24. Dawn jaħdmu medja ta' 40 siegħa fil-Ġimgħa. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema qiegħdin jiġu eżaminati.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill-każ pendenti tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ex-senior executive tal-ETC? Veru li din irriżenja mill-kariga tiegħu qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni uffiċjali

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Journeyman's Certificate

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġiet terminat l-apprendistat tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minkejja li żgur mhux tort tiegħu li ma kellux sponsor u hekk issa se jitlef id-dritt tant kruċjali għall-futur tiegħu li jikseb il-Journeyman's Certificate?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskema ta' l-apprendistat hi komposta minn taħtiġ teoretiku u prattiku. Il-parti teoretika tingħata minn stabbiliment edukattiv waqt li dik prattika tingħata fi stabbiliment tax-xogħol approvat mill-Korporazzjoni għat-Taħriġ u x-Xogħol. Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ma ssodisfatx elementi tat-taħriġ prattiku. Dan minkejja li isimha ġie sottomess għal bosta drabi bil-ħsieb li tiġi magħżula bħal ma' ġew magħżula oħrajn li qed isegwu l-istess programm. Għalhekk, wara li għadda l-perijodu stabbilit, il-Korporazzjoni ma kellha ebda alternattiva oħra ħlief li tinforma l-persuna konċernata li m'għadiex eliġibbli għall-Journeyman's Certificate.