Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10174 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Casualty Department — Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fil-Casualty Department matul is-sena 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #10177 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — X-Rays

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan aħjar biex ir-riżultati ta' X-ray fl-iSptar St. Luke's jaslu għand il-pazjenti aktar malajr?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed tiġi studjata il-flessibilita` tas-sistema komputerizzata li għandna diġa` fl-Isptar San Luqa sabiex jiġi determinat kif tista` taqdi wkoll il-funzjoni ta` rapportar ta` X-Rays. Ċertament li dan iħaffef ħafna l-proċess li permezz tiegħu tasal l-informazzjoni għand il-pazjent.
Leg 9 PQ #10184 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Health Centres — X-Rays

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax ikun possibbli li X-Rays ordnati mill-Health Centres jiġu rrapportati qabel xahar meta t-tabib li jkun issuġġerih jidhirlu li hemm urġenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-X-Rays ordnati mill-Health Centres fil-maġġor parti tagħhom jiġu rrapportati qabel xahar, u l-medja hi ta' ħmistax-il ġurnata. Meta t-tabib jidhirlu li hem xi urgenza speċjali dan jista' jikkuntattja lid-Dipartiment tal-X-Rays f'St Luke's sabiex jieħu r-riżultat qabel u anke fl-istess jum jekk jintbgħat il-wet film St Luke's dak in-nhar.
Leg 9 PQ #10185 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex pazjent jingħata appuntament għal: 1) Surgical out-patients; 2) Medical out-patients; 3) Orthopaedic out-patients; 4) Gynae out-patients; 5) Antenatal clinic; 6) Dermatology out-patients; ui 7) Ophthalmic out-patients?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10312 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tilqim kontra l-influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li huma taħt l-eta' ta' 65 sena u li jbatu minn mard kroniku, bħal ażma, bronkite kronika, eċċ. humiex qed jingħataw it-tilqima kontra l-influwenza? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura li trid tintuża biex jingħataw din it-tilqima?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuni kollha li jbatu minn ċertu mard kroniku huma intitolati li jieħdu t-tilqima kontra l-influwenza mingħajr ħlas miċ-Ċentri tas-Saħħa. Il-proċedura li trid tintuża għal dawk taħt il-65 sena biex jingħataw it-tilqima hija illi meta jmorru il-klinika għat-tilqima jippreżentaw il-karta is-safra tal-mard kroniku (Schedule V) jew ċertifikat ta` tabib li jindika il-marda kronika tagħhom. Il-mard kroniku li għalih tingħata bla ħlas it-tilqima ta tal-Pulmun mard kroniku tal-Qalb mard kroniku tal-Fwied mard kroniku tal-Kliewi Ażma kronika Dijabete u Immunodefiċenza
Leg 9 PQ #10023 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tat-tobba ta' St. Luke's li nqabdu skartati minn xogħolhom? Veru li f'ħafna każi se jitmewtu l-passi li kienu se jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-każijiet ta' dixxiplina kontra tobba li qed jirreferi għalihom l-onorevoli nterpellant qed jiġu trattati bl-istess mod li jiġu trattati każijiet ta' dixxiplina oħra.
Leg 9 PQ #10142 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Waste ta' l-isptarijiet

Question

Billi l-Ministru fl-aħħar ġimgħat semma l-użu tal-microwave bħala metodu li se jiddaħħal għat-trattament tal-waste ta'l-isptarijiet, jista' jgħid: (1) Din is-sistema hijiex intiża bħala t-trattament aħħari tal-hospital waste jew jekk hux parti minn proċess ieħor ta' trattament? (2) Jekk se jintuża bħala trattament aħħari fejn mistenni jintrema' l-prodott finali? (3) Liema sptarijiet kbar madwar id-dinja jużaw is-sistema tal-microwave bħala trattament finali? (4) Is-cytotoxics se jiġu pproċessati fis-sistema tal-microwave? (5) Mistenni li jkun hemm effluents fl-arja, jekk fl-affermattiv, kif se jiġu ttrattati? (6) Din is-sistema ta' microwave titlob ammont ta' ilma biex titħaddem? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-volum kuljum? (7) Partijiet mill-iġsma se jingħaddu mill-istess proċess? Huwa etikament korrett li tintuża din is-sistema jekk il-prodott finali se jintrema' f'xi miżbla? 8) Kemm mistennija tkun l-ispiża rikorrenti biex titħaddem b'mod effiċjenti din is-sistema? 9) Għaliex intgħażlet din is-sistema meta f'pajjiżi Ewropej jużaw sistemi aktar effiċjenti u irħas biex jintrema' l-hospital waste?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sistema tal-microwave hija intiża sabiex tipproċessa skart kliniku li jista jkun mikrobijoloġikament ikkontaminat u permezz ta' disinfettazzjoni termika jġibu fi stat li ma jkun ta' ebda periklu infettiv. Għaldaqstant il-proċess huwa wieħed aħħari fis-sens li skart kliniku wara li jiġi pproċessat jkun jistaż jista'jiġi mormi f'miżbla mingħajr ebda perikolu ambjentali. Is-sistema tal-microwave ġiet żviluppata ġewwa l-Istati Uniti sabiex tikkonforma mal-leġislazzjoni iebsa ta' `waste management' ta' dan il-pajjiż u tintuża f'madwar 50 faċilitajiet differenti mxerdin madwar il-pajjiż kollu. Dawn is-sistemi qed jinxterdu b'mod mgħaġġel f'pajjiżi oħrajn nkluż il-Ġappun u l-Ewropa fejn anke ġiet mogħtija is-`CE mark'. Is-sistema ma tipproduċix effluents fl-ambjent tant li ġewwa l-Ingilterra għaddiet mit-testijiet kollha tad-`Department of Environmental and Consumer Services, Enfield'. Il-volum tal-ilma li hemm bżonn huwa minimu. Ma hijiex l-intenzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa li appendiġi umani wara operazzjonijiet jgħaddu minn dan il-proċess u dawn ser ikomplu jiġu midfuna ġewwa ċimiterju. Is-sistema tal-microwave ma ipproċessax skart farmaċewtiku u ta' cytotoxics li madanakollu jikkostitwixxu anqas minn wieħed fil-mija tal-iskart domestiku. Sistemi alternattivi ta' proċessar ser jiġu żviluppati għal dan it-tip ta' skart. L-għażla ta' din is-sistema ġiet ibbażata fuq is-`safety record' ambjentali ta' dawn is-sistemi u l-ispejjeż kapitali u rikorrenti li, kontra l-impressjoni tal-onorevoli membru, huma ferm anqas mis-sistemi tradizzjonali tal-`incineration' jew `autoclaving' użati f'pajjiż Ewropej tant li numru ta' faċilitajiet fejn l-inċineraturi qed jitneħħew minħabba eta' jew riskju ambjentali qegħdin jaqilbu għall-microwave. Jekk l-Onor. interpellant huwa konvint li f'pajjiżi Ewropej jużaw sistemi kif jintrema l-`Hospital Waste' b'mod iktar effiċjenti u irħas, nitolbuh jikkomunikahom lid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #10169 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern li jimpjega ħaddiema fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jgħid liema grades għandu bżonn u kemm fil-kwantita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10170 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-regola tal-gvern għal dawk il-pazjenti bi dħul baxx li għandhom bżonn mediċini bilfors u li ma jinstabux fl-ispiżeriji ta' l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-regolament tad-Dipartiment tas-Saħħa rigward l-għoti ta' mediċini b'xejn għal min għandu l-karta r-roża hu li dawn huma intitolati għal mediċini li jidhru fil-formularju ta'l-isptar.
Leg 9 PQ #10171 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni bl-HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni infettati bl-HIV? Kemm mietu persuni bl-HIV matul l-1999 u x'kienet l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta' testijiet li kienu posittivi għall-HIV mill-1985 'l hawn huwa ta' 147. Din il-figura ma tistax teskludi testijiet doppji peress illi t-test isir b'mod anonimu u jistgħu jinkludu wkoll testijiet li saru fuq barranin. Bħalissa hemm 32 persuna li huma infettati bl-HIV u qed jibbenefikaw mis-Servizzi tas-Saħħa. Matul l-1999 kien hemm persuna waħda li mietet kaġun tal-AIDS. L-eta' tal-pazjent ma tistax tiġi svelata minħabba li tista' tiġi identifikata l-persuna.
Leg 9 PQ #10172 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Persuni b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fiċ-ċentri tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, il-Mosta, il-Furjana, il-Gżira, ir-Rabat u Ħal Qormi? X'kienet l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-metodi ta' kif jinżamm ir-records fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma jippermettix li tinżamm statistika ta' din il-kwalita' u li jkun hemm statistika ta' kemm attendew pazjenti għal raġuni jew mard speċifiku.
Leg 9 PQ #10173 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex jitjiebu l-appuntamenti u jonqos id-dewmien biex isiru żjarat u appuntamenti f'St. Luke's Hospital u fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10194 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-6 ta' Settembru 1998 sas-6 ta' Settembru 1999 saru 427 trasferimenti fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Minnhom 277 intalbu mill-impjegati stess.
Leg 9 PQ #9694 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu mal-gvern illum? X'inhu l-grad tagħhom, kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm hemm tobba barranin jaħdmu mal-gvern illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' tobba jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa 551. Il-gradi tagħhom huwa kif ġej: Nisa Rġiel Total ___________________________________________ ____________________ Chairman/Director - 8 8 Consultant 5 76 81 Senior Registrar 8 41 49 Principal Medical Officer 4 7 11 Registrar 13 30 43 Senior Medical Officer 3 9 12 Senior House Officer 33 55 88 Medical Officer 53 103 156 Houseman 36 67 103 _____________________________________________ ___________________ Total 155 396 551 In-numru ta' tobba barranin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa llum huwa 42.
Leg 9 PQ #10136 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti fil-kirurġija, mediċina, pedjatrija, ginekoloġija, obstetrija u patoloġija jew f'xi sub-speciality f'dawn id-dipartimenti li għandhom concession li ma jaħdmux is-Sibt ħlief meta jmisshom għassa ta' 24 siegħa, jew li l-ġranet li normalment jaħdmu ma jinkludix is-Sibt ħlief meta jkunu għassa? Min huma? X'inhuma r-raġunijiet li s-Sibt ma jaħdmux? X'inhuma l-ħinijiet li normalment suppost jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10137 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati b'kuntratt definit jew indefinit li qed jaħdmu llum mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sabiex il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tkun f'pożizzjoni li taqdi l-missjoni fdata lilha bis-serjeta', ingħatat il-fiat sabiex issaħħaħ in-nuqqasijiet li kienu ilhom jinħassu fl-istruttura organizzattiva. Għal dan il-għan ġew impjegati numru ta' professjonisti u oħrajn, skond il-kuntratti li se jitpoġġew f'seduta oħra fuq il-Mejda tal-Kamra. L-`organisational chart' (li tista' tinbidel skond l-esiġenzi tas-servizzi), u l-lista sħiħa ta' impjegati wkoll se jitpoġġew f' seduta oħra fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10138 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati ħaddiema fl-Isptar Zammit Clapp mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, f'liema grad ġew impjegati u kemm ħaddiema ġew impjegati? Kemm minnhom ġew imħaddma fulltime jew part-time? Qabel ġew imħaddma xi ħaddiema, deher xi avviż fuq il-Gazzetta tal-Gvern jew f'xi ġurnal lokali jew fuq xi forma oħra ta' media? Jekk fl-affermattiv, fejn u meta deher jew instema' l-avviż? Xi proċeduri ntużaw dwar l-għażla ta' dawn il-ħaddiema? Jekk saru l-interviews, minn min saru? Fl-Isptar Zammit Clapp x'inhi l-proċedura li qed tintuża fl-għażla ta' ħaddiema minn barra? X'inhu l-isem u l-ID card ta' dawk il-ħaddiema li mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum ġew impjegati fl-Isptar Zammit Clapp?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-7 ta' Settembru 1998 sa llum ġew impjegati disgħa u għoxrin (29) ħaddiem kif jidher fuq il-lista mehmuża li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sitta u għoxrin ħaddiem ġew impjegati fuq bażi part-time u tlieta fuq bażi full-time. Avviżi għal dawn il-postijiet dehru skond il-lista li wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-ħaddiema intgħażlu b'intervista minn Bord nominat mill-`Hospital Management Committee'. Il-proċedura li qed tintuża fl-għażla hija hekk: L-ETC tiġi mitluba għal lista ta' kandidati biex jiġu intervistati minn bord maħtur apposta. Jekk ħadd mill-kandidati ma jikkwalifika, l-ETC tintalab permess sabiex issir sejħa fil-ġurnali. L-isem u l-ID Card tal-impjegati huma dawk kif jidhru fil-lista annessa.
Leg 9 PQ #10143 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — X-Rays

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-proċedura fil-preżent: (i) sabiex pazjent ikun jista' jakkwista kopja ta' X-Ray (anke jekk bi ħlas) li jkun ħa fl-isptar; (ii) kemm iddum din il-proċedura u jekk il-Ministru jidhirlux li hi biżżejjed customer friendly; u (iii) x'inhi l-policy attwali rigward ħruġ ta' X-Ray minn stpar tal-gvern għall-klinika privata/konsulenti privati/sptarijiet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10165 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru Detox — Każi ta' persuni b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9295?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Diġa rrispondejt il-mistoqsija li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #10180 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Gynaecology ward

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-Gynaecology Ward/SLH "Sala Ġuże' Ellul" ma jkunx hemm aktar pollution miċ-ċumnija li teżisti f'dan il-ward? X'inhi r-raġuni li l-air conditioner ta' l-istess ward qiegħed jiġi programmat li jaħdem sal-5.00 p.m. u kull aġġustament ma jistax isir kemm-il darba tkun hekk tinħass il-ħtieġa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jeżistux ċmieni fil-Gynae Ward (Sala Ġuże Ellul), fl-Isptar San Luqa. Iż-żewġ Air Conditioning Units li jinsabu f'żewġt ikmamar fl-istess sala ma jiġu qatt ipprogrammati biex jaħdmu minn ħin sa ħin. Dawn jiġu aġġustati skond ix-xewqat u l-bżonnijiet tal-pazjenti.