Dipartiment ta' l-artijiet — Persuni li qed jitolbu kumpens
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li la l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u lanqas l-eredi tiegħu ma ġew kumpensati bl-istess mod illi kienu ġew kumpensati persuni oħra li kellhom l-art tagħhom fil-kontrada ta' Bur Lanġasa l/o Żurrieq esproprjata, u dan billi apparti l-kumpens fi flus ta' l-art meħuda ġew mogħtija plot kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħti aktar dettalji dwar l-art f`Bur Lanġasa l/o Żurrieq u possibilment jindika l-art imsemmija fuq pjanta.
Kunsill ta' l-Ewropa — Rapport tal-commissioner of human rights
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk irċeviex ir-rapport tal-commissioner of human rights tal-kunsill ta' l-Ewropa li żar Malta dan l-aħħar? Jekk iva, huwa l-każ li jpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
M`għandi ebda oġġezzjoni li meta nirċievi r-Rapport Finali nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa: a) pick pocketing; b) hold-ups; c) snatch and grab; d) serq minn residenzi; e) serq minn fabbriki; f) serq minn bajjiet; g) serq minn karozzi; h) serq minn ħwienet; i) serq ta' karozzi; j) serq minn bars/lukandi; k) serq ta' dgħajjes; l) serq minn dgħajjes; m) tip ta' serq ieħor għas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001, xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati li t-tip tagħhom qed jiġu elenkati hawn taħt għas-snin 2000 u 2001, xahar b'xahar: a) against morals and honour of the family; b)arson; c) attempted offences; d) bodily harm; e) against religious sentiment; f) damage; g) drugs; h) forgery; i) fraud; j) illegal immigration; k) prostitution; l) sexual offences; m) theft; n) threats and private violence; o) violation of places of confinement; p) violation against public officers; q) computer misuse; r) perjury and falsse swearing; s) abandon of child; t) crimes against public safety; u) abuse of public authority?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-vakanza ta' assistant manager Airport security, jista' il-Ministru jgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-ħtieġa ta' din il-vakanza?
Response (BORG, TONIO)
Il-ħtieġa ta` sejħa għall-applikazzjonijiet għall-vakanza ta` Assistant Manager, Airport Security, hija dovuta għall-fatt li l-Assistant Manager kien ġie "boarded out" f`Novembru 2003.
Interpreti — Traduzzjoni u Interpretazzjoni - Qrati tal-Ġustizzja
Question
Jista' il-Ministru jgħid b'liema mekkaniżmu tiġi ċċertifikata l-kapaċita' ta' interpreti li jagħtu servizz ta' traduzzjoni u interpretazzjoni fil-Qrati tal-Ġustizzja u jekk jeżistix elenku ta' dawn l-interpreti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi traduzzjoni ta` att ġudizzjarju, jekk tkun meħtieġa b`liġi jew ordnata mill-Qorti, issir minn uffiċjal tal-Qorti. Altrimenti l-parti li tkun tenħtieġha tqabbad traduttur li wara li jagħmel it-traduzzjoni jaħlifha fir-reġistru tal-qorti kompetenti biex jagħmilha uffiċjali.
Interpretazzjoni ssir minn persuna nominata mill-qorti kompetenti minn fost l-uffiċjali tal-qorti jew minn persuna oħra li l-qorti jkun jidhrilha li hija kapaċi li tagħmilha ta` interpretu.
Ma hemmx elenku ta` tradutturi jew interpreti.
Għargħur — Kumpens lil familji mid-dipartiment ta' l-artijiet
Question
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar il-kumpens li għandu jitħallas lill-familji skond l-art in kwestjoni fi Triq Fra Dominiku Mifsud, fil-Għargħur mid-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jistenna lill-Awtorita` tat-Trasport biex tgħaddi l-fondi meħtieġa.
Appena l-Awtorita` tat-Trasport tgħaddi l-fondi meħtieġa, id-Dipartiment tal-Artijiet jippubblika d-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta fil-Gazzetta tal-Gvern u jiddeposita l-flus il-bank. Meta jsir dan, is-sidien tal-art ikunu jistgħu jiġbru l-flus.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti matul din is-sena fuq każi ta' pedofelija, abbużi sesswali fuq minorenni, bejgħ ta' xorb alkoħoliku bil-kuntrabandu u b'kuntrabandu ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003, kien hemm 26 persuna li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi ta` abbuż sesswali fuq minorenni. Kien hemm persuna oħra li ġiet akkużata fuq bejgħ ta` xorb alkoħoliku bil-kuntrabandu, filwaqt li 51 persuna oħra ġew akkużati in konnessjoni ma` xi tip ta` evażjoni ta` dazju.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3093 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilliera f'Malta u Għawdex li huma bejn it-18-il sena u l-25 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm disgħa u għoxrin (29) Kunsilliera li huma bejn it-18-il sena u l-25 sena. Ħamsa u għoxrin (25) minnhom qegħdin ma` Kunsilli f`Malta u erbgħa (4) f`Għawdex.
Dipartiment ta' l-artijiet — Garaxx proprjeta' tal-gvern
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-garage proprjeta' tal-gvern li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatement inkeriex lil terzi persuni? Jekk iva, jista' jgħid jekk inħarġux offerti u lil min ġie aġġudikat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond id-Dipartiment tal-Artijiet ma jirriżultax li hemm garage hekk kif muri fid-dettalji li ntbagħtu separatement. L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħti aktar dettalji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm avukati impjegati fl-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali, jagħti dettalji u jispjega kif inhu mqassam ix-xogħol?
Jista' jispjega wkoll x'inhuma s-salary scales ta' dawn l-avukati?
Ma jidhirlux li hemm bżonn urġenti li jiġu ngaġġati iktar avukati f'dan l-uffiċċju?
Response (BORG, TONIO)
B`kollox hemm 15-il avukat impjegati fl-uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali. Dawn huma l-Avukat Ġenerali (salary scale 1), id-Deputat Avukat Ġenerali (salary scale 3), 2 Assistenti Avukati Ġenerali (salary scale 4), 2 Avukati Anzjani (salary scale 5 - wieħed minnhom salary scale 4 on a personal basis), 7 Avukati tar-Repubblika (salary scale 6) u 2 Junior Legal Officers (salary scale 9).
Dawn jaħdmu x-xogħol kollu li jinqala` iżda bħala regola hemm 6 avukati li jaħdmu l-aktar fuq kriminal u 8 li jaħdmu l-aktar fuq ċivil. Qed isiru pjani għal żieda fin-numru ta` avukati.
Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali — Avukati li attendew delegazzjonijiet/konferenzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid u jagħti dettalji ta' min huma l-avukati fl-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali li attendew delegazzjonijiet/konferenzi fl-esteru?
Jista' jagħti l-istess tip ta' informazzjoni rigward il-membri tal-ġudikatura?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab din l-informazzjoni.
Qorti Kriminali Internazzjonali — Kariga ta' imħallef
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' arranġament sar ma’ dawk il-membri tal-ġudikatura li qed jippresjedu tribunali fl-esteru?
Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Malta kellhiex kandidat għall-kariga ta' Imhallef fil-Qorti Kriminali Internazzjonali u jekk le, għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Il-membri tal-ġudikatura li qed iservu f`tribunali internazzjonali barra għadhom membri tal-ġudikatura iżda ingħataw "leave of absence" b`unpaid leave.
Malta ma kellhiex kandidat għall-kariga ta` Imħallef fil-Qorti Kriminali Internazzjonali peress li kienet għadha ma rratifikatx l-Istatut ta` Ruma li waqqaf il-Qorti, meta saret l-għażla.
Qorti tad-drittijiet tal-bniedem — Kawżi kontra l-gvern Malti
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm ġew ippreżentati kawżi kontra l-gvern Malti quddiem il-qorti tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa Strasbourg u jispjega l-eżitu?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern Malti ma jiġix notifikat bl-applikazzjonijiet kollha li jsiru lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ġewwa Strasbourg, iżda biss dawk li l-Qorti tiddeċiedi li qabel tiddetermina jekk tilqagħhomx bħala Ammissibbli tikkomunikom lill-gvern.
Il-kawżi li nqatgħu fejn Malta kienet pajjiż intimat kienu s-segwenti:-
1. Demicoli vs Malta 27.08.1991 Proċeduri ta` "breach of privilige" tal-Parlament Malti ma jiggarantixxux smiegħ xieraq.
2. Aquilina vs Malta 29.04.1999 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest
3. T.W. vs Malta 29.04.1999 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest
4. Sabeur Ben Ali vs Malta 29.06.2000 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest
5. Kadem vs Malta 09.01.2003 Nuqqas ta` rimedju għal kontestazzjoni immedjata tal-arrest
Fil-każijiet kollha, għaddiet leġislazzjoni mill-Parlament li ipprovdiet rimedju għan-nuqqas indikat fis-sentenzi.
Jista' il-Ministru jassigura li r-regolamenti tal-monti ta' Triq il-Merkanti jkunu mħarsa skond il-liġi sabiex kulħadd, inkluż bejjiegħa tal-monti u ħwienet tat-triq, ikollhom l-opportunita' li jgawdu mis-sens ta' ordni u ġustizzja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett tal-Belt qed tagħmel sorveljanza fl-inħawi tal-Monti fi Triq Merkanti, kemm sabiex ikunu mħarsa r-regolamenti dwar il-Monti, kif ukoll għal xi abbużi oħra li jista` jkun hemm.
Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli li jbiddel il-flood lights ta' mal-faċċata tal-qorti għax ilhom maqtugħa żmien twil?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm ir-responsabbilita` tal-flood lights tal-qorti m`humiex responsabbilita` ta` l-amministrazzjoni tal-Qorti ittieħdu l-passi sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.
Jista' il-Ministru jara li titneħħa l-vettura li għandha numru ta' reġistrazzjoni barrani (A428BAW) tat-tip Ford minn Triq Dr Zammit, f'Ħal Balzan u dan peress li l-istess vettura ilha abbandunata għal diversi xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħiet.
Jikkonferma l-Ministru li f'Ottubru l-konslu tagħna f'Iżrael flimkien ma' uffiċjali tas-sigurta' Iżraelita żaru l-MIA għal taħditiet dwar is-sigurta' fl-ajruport?
Response (BORG, TONIO)
F`Ottubru 2003, delegazzjoni Iżraelita ltaqgħet mal-Uffiċjal responsabbli għat-tmexxija ġenerali tas-sigurta` fl-avjazzjoni (Manager Airport Security).
Tas-Sliema — Taħrika li nstemgħet fit-tribunal tal-kunsill lokali
Question
Jista' il-Ministru: 1) jinvestiga min kien il-gwardjan responsabbli għat-taħrika li ħarġet kontra l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li nstemgħet fit-tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fil-5/12/03? 2) Saru investigazzjonijiet fuq dan il-każ wara li l-kunsill irċieva ittra f'isem din l-istess persuna u fiha ġie mgħarraf li l-karozza konċernata ta' l-istess persuna fil-ħin ta' l-allegat reat kienet fi Pjazza Katidrali t'Għawdex? 3) Jekk saru, għal liema raġuni t-taħrika ma ġietx irtirata u mhux ġiet imġiegħla tidher fit-tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fil-5/12/03? 4) Għandha dritt din il-persuna tiġi rikompensata għall-ispejjeż li kellha tagħmel biex tidher fit-tribunal u għat-tbatijiet li sofriet b'konsegwenza ta' dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-funzjoni ta` infurzar ta` kontravenzjoni tat-traffiku ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali.
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali.
Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jista` jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali fejn inħarġet it-taħrika.
B'riferenza għar-rapport li deher fil-ġurnal l-Orizzont tas-Sibt, 3 ta' Jannar 2004 a fol. 2 ta' l-istess ġurnal taħt it-titlu "Uffiċjal għoli tal-pulizija jħassar xhieda ta' ħabta", jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li tali inċident awtomobilisitku seħħ verament? Jista' jikkonferma li assistent kummissarju tal-pulizija ordna sabiex waħda mill-vetturi nvoluta fl-inċident titneħħa minn nofs qabel il-pulizija tad-distrett waslu fuq il-post u setgħu jagħmlu sketch? Jista' jgħid jekk il-każ hux qed jiġi nvestigat internament mill-korp tal-pulizija? Jekk saru investigazzjonijiet, x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant seħħ f`arterja prinċipali u kien qed jikkawża ostakolu għall-vetturi oħra. Peress li f`dan l-inċident ma kien weġġa` ħadd, waħda mill-vetturi ġiet imneħħija minn fejn kienet sabiex it-traffiku l-ieħor li kien qed jiġi ostakolat, ikun jista` jgħaddi mingħajr aktar dewmien. Il-proċedura normalment użata hija li l-vetturi involuti f`inċidenti tat-traffiku ma jitneħħewx mill-post tal-aċċident qabel ma jsir l-isketch. Pero` f`każi eċċezzjonali, fejn ma jkunx hemm persuni mweġġa` serjament u tali vetturi jkunu qed jostakolaw il-kumplament tat-traffiku f`arterji prinċipali, m`hemm xejn irregolari li dawn jitneħħew mill-post tal-aċċident. Fil-fatt fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, fuq ordni ta` uffiċjal tal-Pulizija, waħda mill-karozzi ġiet imneħħija sabiex il-kumplament tat-traffiku ikun jista` jgħaddi mingħajr aktar xkiel. Infurmat ukoll illi r-rapport u l-isketch ta` din il-kolliżjoni sar xorta waħda, peress li karozza minnhom ma kienetx tneħħiet minn fuq il-post tal-aċċident.