Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27563 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tmiem tas-sena finali tal-korsijiet fl-iskola tat-Tarġa Gap sejjer ikun f'Novembru ta' din is-sena u mhux wara l-għeluq fis-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet kollha organizzati minn Salvatore Dmech School for Craftsman Tarġa Gap jiġu fi tmiem f'Lulju.
Leg 9 PQ #27565 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assistent Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess tal-ħatra ta' l-Assistent Direttur tal-Kurrikulu fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed jieħu l-kors normali tiegħu.
Leg 9 PQ #27495 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fakulta' ta' l-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irreġistraw studenti għal dawn is-suġġetti f'dawn l-aħħar erba' snin; near eastern studies; arabic; german u hebrew fil-fakulta' ta' l-arti u ta' l-edukazzjoni separatament? Minn dawn l-istudenti kemm minnhom irriżenjaw mill-kors? X'kienet ir-raġuni li twaqqaf id-dipartiment ta' l-Għarbi u Near Eastern Studies fil-fakulta' ta' l-arti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub jinħtieġ riċerka ta' ċertu dettal li tieħu l-ħin, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27500 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 27313?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninħtieġu aktar żmien biex tiġi kompletata u verifikata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #27510 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill ta' l-Ewropa — Laqgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-segretarju parlamentari attenda laqgħa ta' ġurnata għal esperti li jifformaw working group dwar l-isport u l-ambjent tal-Kunsill ta' l-Ewropa meta din ma kenitx għal ministri iżda għal esperti? Jista' jgħid x'ġie diskuss u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskors tas-Segretarju Parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt id-9 Konferenza għall-Ministri Ewropej responsabbli mill-Isport li kienet saret Bratislava f'Mejju tas-sena 2000, kienet approvata Riżoluzzjoni Nru 5/2000 fuq Abbozz ta' Kodiċi għas-sostenibilita` fl-isport. Is-Segretarju Parlamentari kien attenda din il-Konferenza u pparteċipa fid-dibattitu dwar din il-kodiċi. Din il-kodiċi ġiet addottata bħala Rakkomandazzjoni mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa. L-istess Kunsill tal-Ministri ddeċieda li jitwaqqaf grupp ta' esperti sabiex jistudja kif din ir-rakkomandazzjoni għandha tkun implementata fil-pajjiżi membri. Minħabba li Malta wriet interess partikolari f'din il-ħidma, is-Segretarju Parlamentari ġie mistieden jipparteċipa fil-ħidma ta' dan il-grupp ta' esperti. Ma sarux diskorsi formali fil-laqgħa imma diskussjoni ġenerali dwar il-ħidma u strateġija tal-grupp fix-xhur li ġejjin. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Leg 9 PQ #27517 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'istituzzjonijiet post-sekondarji f'Malta u f'Għawdex, fl-oqsma governattivi, tal-knisja u privati f'suġġetti tal-Matsec intermediate, avanzat u systems of knowledge?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti li kienu qegħdin jistudjaw l-Oqsma ta' l-Għerf u s-suġġetti tal-MATSEC fil-livell avvanzat u intermediate matul is-sena skolastika 2000 - 2001 eskluż il-Junior College huwa: Skejjel Governattivi 1055 Skejjel tal-Knisja 625 Skejjel Indipendenti 181 Total 1861
Leg 9 PQ #27519 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Pembroke - Skola Primarja

Question

Peress li hemm il-ħsieb li t-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Pembroke se jitferrxu fl-iskejjel ta' Tas Sliema u ta' San Ġiljan biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-bini ta' l-iskola, jista' jiġi kkunsidrat li minflok jintbagħtu fil-bini ta' l-iskola Sir Luigi Preziosi dawn l-istudenti sekondarji jintbagħtu fil-bini ta' l-iskola Santa Marija ta' l-Imsida li l-istudenti tagħha se jmorru l-guardian Angel tal-Ħamrun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha ma kkonkludiet ebda deċiżjoni u qed tikkonsidra diversi possibbiltajiet. Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru għall-konsiderazzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #27532 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xgħajra — Ground

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27320?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' weġibt għall-Mistoqsijiet Numru 13941 u 19706, f'Awissu ta' l-1998 il-Klabb tax-Xgħajra Tornadoes kienu ħadu għajnuna ta' Lm2500 biex jiġi rranġat il-ground u f-fence ta' madwar. Minflok li dawn il-flus intefqu għal dan l-iskop intefqu fuq affarijiet oħra. Infurmat li saret talba uffiċjali mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari lid-Dipartiment tat-Toroq biex jibdew ix-xogħlijiet biex jissewwa l-ħajt ta' wara l-lasti. Ġejna nfurmati li dan ix-xogħol ser jinbeda fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #27465 Sitting 585 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar il-każ li ġara fil-Mużew ta' l-Arkejoloġija f'April li għadda wara li persuna ħeddet lil persuna oħra. (dettalji jidhru separati) Meta ttieħdu dawn il-passi? Fejn wasal dan il-każ s'issa li mhux l-unika wieħed li kienet involuta fih il-persuna li għamlet it-theddid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-każ li ġara fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija f'April li għadda, għadu qed jiġi investigat.
Leg 9 PQ #27466 Sitting 585 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir l-istħarriġ serju u ġenerali fost l-istudenti tal-iskejjel ġenerali tal-Gvern biex isir magħruf x'livelli ta' ħila għandhom jew m'għandhomx fil-kitba u fil-qari tal-Malti u l-Inġliz biex ikunu mfassla programmi edukattivi addattati biex għallinqas l-adolexxenti tagħna jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom bil-ħila li jiktbu u jaqraw il-Malti u l-Inġliz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm il-ħsieb li dan isir. L-ewwel ma' jmiss huwa 'follow up' tal-'baseline assessment' li sar fl-1998. Wara jsiru 'links' bejn dak l-istudju u ieħor li se jħares lejn il-livell milħuqa fis-sekondarja.
Leg 9 PQ #27463 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Fine Arts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex jiġi żgurat li x-xogħlijiet tal-bronż ta' Antonio Sciortino jkunu mħarsa sew wara li tpoġġew fil-basement tal-Mużew tal-Fine Arts biex nevitaw li jinsterqu? Wara li jitlesta x-xogħol ta' restawr u konservazzjoni fuqhom se jerġgħu jitpoġġew fil-basement?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27464 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Fine Arts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-jiem 11,12,14 u 15 ta' Ġunju 2001 kien hemm custodian guide wieħed xogħol fil-Mużew tal-Fine Arts ? Ma jidhirlux li persuna waħda flimkien ma' żewġ security guards tal-Group 4 mhumiex biżżejjed jekk ma rridux li jinsterqu xi esebiti oħra kif ġara fi Frar li għadda meta nsterqet il-pittura ta' Guiseppe Grech?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27424 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Summer Schools

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għalliema li qed jagħllmu summer schools fl-iskejjel tal-Gvern se jibdew fid-9.00 am u mhux fit-8.00 am bħal fis-snin preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara diversi suġġerimenti illi saru matul is-snin min-naħa ta' ħafna ġenituri dwar il-ħinijiet ta' Skola Sajf, id-Diviżjoni dehrilha illi l-aħjar deċiżjoni kienet dik illi ċ-Ċentru ta' Skola Sajf għandhom jiftħu kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00 sa nofsinhar.
Leg 9 PQ #27429 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Kumpless Sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-perit responsabbli mill-kumpless sportiv tal-Kottonera? Kemm tħallas s'issa u kemm huwa maħsub li jitħallas? Jista' jgħid ukoll min kien il-perit li għamel il-pjanta ta' l-istess kumpless u kemm tħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27435 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technology Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Kors Certificate in Technology Education li se jiġi organizzat mill-Universita' ta' Malta jiġi segwit minn kors ieħor f'livell ta' diploma u eventwalment f'livell ta' degree?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat li wara li l-kors Certificate in Technology Education ikun sar darbtejn, jibda jiġi offrut il-kors Diploma in Technology Education. Dan biex jiġi żgurat li jkun hemm kandidati biżżejjed. Ta' min jinnota li t-Technology Education diġa' qiegħed jiġi offrut fil-B.Ed, (Hons).
Leg 9 PQ #27438 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-istatistika li għandha kemm ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika dwar l-assentejiżmu u l-iskartar ta' l-istudenti mill-iskejjel x'passi u x'inizjattivi se jittieħdu biex tiġi ndirizzata din il-problema serja?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27439 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pjan għall-Iżvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'verifiki saru mill-uffiċjali ta' l-edukazzjoni responsabbli biex jaraw li kull skola għamlet il-Pjan tagħha għall-Iżvilupp ta' l-Iskola u għamlitu b'mod serju?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27440 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni tat-Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf il-panel li se jfassal is-sillabu ta' l-eżamijiet tas-Sec fis-suġġett ta' l-Edukazzjoni tat-Teknoloġija?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27443 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27280?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27444 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27281?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li issa li kważi l-istudenti kollha jiġu l-Universita` b'konoxxenza mhux ħażin ta' l-użu tal-computer, il-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni qiegħda tikkonċentra biex l-għalliema futuri kollha kemm dawk primarji kif ukoll dawk sekondarji jkunu kapaċi jgħallmu permezz tal-computers. Barra minn hekk, il-Fakulta` għandha programmi li jifformaw għalliema speċjalizzati fl-Informatika. Ta' min jinnota wkoll li gradwati fil-Fakulta` tax-Xjenza u ta' l-Inġenerija li jispeċjalizzaw fil-computers u l-Informatika jistgħu jidħlu għall-kors tal-PGCE fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni biex jużaw l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom fil-qasam edukattiv. Konxja mill-bżonn għal aktar għalliem esperti fl-użu tal-computers u l-Informatika, il-Fakulta` qiegħda tkabbar ir-riżorsi umani u l-laboratorji f'dan il-qasam.