Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7443 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147 li ngħataw fil-leġislatura li għaddiet.
Leg 12 PQ #8029 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

B’referenza għall-management accounts annessi mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6477, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat għalxiex l-ispejjeż amministrattivi tas-servizzi mentali żdiedu b’aktar minn €2.4m (52%) f’għaxar xhur (Jannar-Ottubru 2013) meta mqabbla mas-sena 2012?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ż-żieda fl-ispejjeż amministrativi hi dovuta għal-fatt li bdew jiġu re-charged lid-Dipartiment tal-Eldelry l-ispejjeż tat-tlett is-swali tal-ġerjatrija li joperaw mill-Isptar Monte Karmeli li ammontaw għal-€2.1m sa Ottubru 2013. Biex inkunu prudenti, sakemm dawn il-flus jitħallsu mid-Dipartiment ta’ l-Anżjani bdiet issir ‘provision for bad debts’ kontrihom. Iż-żidiet l-oħra huma dovuti għal żieda fl-għoli tal-ħajja, inflazzjoni u żidiet fil-pagi skond il-ftehim kollettiv.
Leg 12 PQ #8032 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Pazjenti - immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ammessi fl-Isptar Mater Dei pazjenti li kienu immigranti irregolari, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)? Għal kull sena jista’ jgħid kemm qattgħu ġranet rikoverati fl-isptar komplessivament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li nġabret mis-sistema tal-Patient Administration System preċedenti ta’ l- Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li kienu immigranti rregolari li ġew ammessi fl-Isptar Mater Dei sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13) jinsab fit-tabella hawn taħt flimkien mal-medja ta’ ġranet li qattgħu rikoverati fl-isptar. Ta’ min wieħed jinnota li mis-sistema tal- Patient Administration System preċedenti wieħed ma setgħax ikun jaf jekk il-pazjenti ammessi humiex immigranti rregolari b’mod dirett. Għaldaqstant, dawn il-parametri ġew użati biex jiġu identifikati l-immigranti irregolari rreġistrati fis-sistema: · Isem tal-pazjent imniżżel bħala immigrant irregolari jew bin-numru tal-puluzija · Numru tal-karta ta’ l-identita jispiċċa bl-ittra ‘F’ u l-lokalita rreġistrata bħala Ħal-Far, iż-Żurrieq, Birżebuġa, il-Marsa, Ħal-Safi, Ħal-Balzan Numru ta' Pazjenti Average length of stay (days) 2009 292 3 2010 135 3.2 2011 238 4.2 212 276 3.7 2013 (Jan-mid Dec) 337 3
Leg 12 PQ #8033 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Pazjenti - refuġjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ammessi fl-Isptar Mater Dei pazjenti li kienu bi status ta’ refuġjat, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)? Għal kull sena jista’ jgħid kemm qattgħu ġranet rikoverati fl-isptar komplessivament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sitema to l-‘IT’ preżenti ma tippermettix li wieħed jidentifika persuni li għandhom status ta’ refuġjat. Għaldaqstant l-informazzjoni li tista’ tingħata hija dik kif misjuba fir-risposta 8032.
Leg 12 PQ #8322 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ vetturi jew dumpers (funzjonabbli) li bħalissa qed jintużaw fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u jagħti wkoll id-data tal-manifattura tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Fl-Addolorata qed jintużaw l-istess vetturi li kienu jintużaw fiż-żmien li l-Onorevoli Membru kien Ministru tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #7941 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Barts School of Medicine — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid min innegozja l-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine kif imħabbar mill-Ministru fit-12 ta' Frar 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li n-negozjati saru bejn il-Ministru tas-Saħħa, Ministru ta l-Edukazzjoni u Xogħol u l-Malta Enterprise li taqa’ taħt il-Ministru tal-Ekonomija.
Leg 12 PQ #7942 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Barts School of Medicine — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-Università jew mal-Medical School qabel ma ġie iffirmat il-ftehim bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine kif imħabbar mill-Ministru fit-12 ta' Frar 2014? Jekk iva, jista' jgħid ma' min ikkonsulta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-proġett li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru huwa Public Private Partnership u ma hemm ebda involvement minn naħa tal-Universita’ ta’ Malta.
Leg 12 PQ #7943 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Barts School of Medicine — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati xi għaqdiet/organizzazzjonijiet tal-istudenti qabel ma' ntlaħaq il-ftehim bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

F’dan l-istadju ma kienx hemm involviment ta’ għaqdiet ta’ studenti lokali billi l-iskola tal-Medicina msemmija mill-Onorevoli Membru qed timmira għal studenti li m’humiex Maltin.
Leg 12 PQ #7944 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta’ impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċess intuża biex tiġi appuntata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fit-28 ta' Ġunju 2013 ġiet ippubblikata ċirkulari tal-OPM 11/2013 għal sejħa interna għall pozizzjoni ta' Direttur (Procurement) fejn is-suġġett imsemmji ġie maħtur. Fil-fratemp, fil-Ministeru bdiet isir restrutturazzjoni u inħasset il-ħtiega li din il-kariga tinbidel għal-pożizzjoni ta'Direttur (Contracts). Għaldaqstant saret talba lill-OPM skont l-Artikli 10(1) u 19(4) tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika biex jinbidel it-titlu tal-pożizzjoni ta' Director (Procurement) għal dik ta' Director (Contracts).
Leg 12 PQ #7945 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta’ impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha li ngħata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onorevoli Membru għandu jkun jaf li s-salarju u l-benefiċċji huma dawk li jingħataw f’kull kuntratt ta’ Direttur mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Leg 12 PQ #7948 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Creon – out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se ddum out of stock il-mediċina Creon li tintuża għall-pazjenti bil-kundizzjoni tal-Fibrożi Cistika u jista’ jgħid ukoll jekk il-pazjenti hux se jingħataw mediċina alternattiva minflok?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba li żdied l-użu u l-konsum,il-mediċina Creon waslet l-aħħar fit-13 ta’ Jannar u tqassmet fl-ispiżeriji tal-POYC. L-ordni l-oħra wasslet nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu, 2014. Fil-frattemp id-dipartiment trasferixxa stock minn spiżeriji biex il-mediċina tasal għand il-pazjenti kollha. Id-dipartiment prova jwassal il-mediċina qabel imma l-kumpanija ma kellix stock lest.
Leg 12 PQ #8299 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

OHSA – Quantitative Risk Analysis tal-LNG Powerstation

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7366, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-espert barrani li qabdet l-OHSA ħalli jevalwa l-Quantitative Risk Analysis tal-LNG Powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Jista’ jpoġġi kopja tas-CV tiegħu? Jista’ jpoġġi wkoll kopja tar-rapporti sħaħ ta’ dan l-espert fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membruli l-informazzjoni diġa hija pubblika.
Leg 12 PQ #8300 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

OHSA – konsultazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-LNG powerstation

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti sħaħ li l-OHSA kellha f’idejha biex issottomettiet ir-reazzjoni tagħha għall-konsultazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-LNG powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-informazzjoni diġa hija pubblika.
Leg 12 PQ #8316 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata – xiri ta’ oqbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru konvenji sa issa għal xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u kemm inġabru flus b'kollox fuq l-istess konvenji? Meta se jsiru l-kuntratti tal-istess konvenji?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-konvenji fuq ix-xiri tal-oqbra nbeda fi Frar tal-2013 u s’issa saru 393 konvenju. Dan il-proċess ġie sospiż peress li l-permess tal-bini tal-oqbra kien skada f’Ġunju tal-2011 u ma kienx reġa ġie mġedded. Il-ħlas kien ta’ €2500 hekk kif stabbilit fl-Avviż Legali 327 tal-2012 - Ordni tal-2012 li jemenda l-Ordni dwar il-Prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra u għalhekk b’kollox inġabret is-somma ta’ €982,500. Il-proċess tal-kuntratti jitkompla kif stabbilit fil-konvenji jiġifieri wara tlett snin mill-iffirmar tal-istess konvenji.
Leg 12 PQ #8317 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess għat-tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-permess maħruġ mill-MEPA PA0556/02 li kien ħareġ fis-26 ta' Ġunju 2006 u li kellu terminu ta' ħames snin skada f’Ġinju tal-2011 u ma reġax ġie mġedded. Għaldaqstant kellu jinbeda l-proċess għall-applikazzjoni mill-MEPA mill-ġdid. Kif dan il-permess jinħareġ mill-MEPA jkun jista` jitkompla l-proġett tat-tkabbir li tant huwa mistenni minn dawk l-eluf ta’ applikanti li ilhom jistennew is-snin.
Leg 12 PQ #8318 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Infetti — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jitkompla l-proġett taċ-Ċimiterju tal-Infetti u jekk iva f'liema stadju wasal?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kien ġie deċiż li d-development permit application bin-numru ta’ referenza 01659556-7188-9 li ġiet sottomessa lill-MEPA fl-20 ta’ Jannar, 2012 ma tkompliex peress li x-xogħolijiet li kienu jridu jsiru kienu ser jiswew hafna flus minħabba l-lokazzjoni taċ-ċimiterju u l-ġeologija tas-sit in kwistjoni.
Leg 12 PQ #8319 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ħaż-Żebbuġ – Ċimiterju – oqbra għall-bejgħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx oqbra għall-bejgħ fiċ-Ċimiterju ta’ Ħaż-Żebbuġ u kemm hemm individwi jistennew biex jixtru qabar fl-istess ċimiterju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa m’hemmx oqbra għall-bejgħ fiċ-Ċimiterju Sant’ Andrija f’Ħaż-Żebbuġ. Il-lista ta’ stennija għal dan iċ-ċimiterju hija ta’ 236 applikant.
Leg 12 PQ #8320 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterji — privatizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu għaċ-ċimiterji tal-gvern u ċjoè jekk hux se jibqgħu mmexxija mill-ħaddiema tal-gvern jew mill-privat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s’issa m’hemm l-ebda ħsieb li ċ-ċimiterji tal-Gvern jitmexxew mill-privat.
Leg 12 PQ #8321 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-manutenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata matul is-sena 2013 u Jannar u Frar 2014 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinxtara apparat, makkinarju jew vetturi sabiex jintużaw fl-istess ċimiterju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet sar xogħol ta’ pavimentar u patching tat-toroq. Dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Works Division u s-somma li ntefqet għal dan ix-xogħol laħqet l-ammont ta’ €7406.80 Matul ix-xahar ta’ Jannar 2014 inbeda il-proċess tal-ħruġ tat-tender biex jitwaqqa ħajt li kien ilu ndikat fi stat ta’ periklu s’a mill-2003 u jerġa jinbena. L-istima għal dan ix-xogħol huwa ta' €22,000. Il-makkinarju huwa l-aħjar għodda biex tagħti servizz u żżomm iċ-ċimiterju kif mistħoqq għall-pubbliku li jiffrekwenta ċ-ċimiterju f'ċirkustanzi ta’ niket. Tlestew l-ispeċifikazzjonijiet għall-akkwist ta' dumper u żewġ trakkijiet wieħed b’kabina għal tnejn min-nies u trakk ieħor bil-kabina għall-ħames minn nies. Il-proċess għal dan l-akkwist miexi skont kif jitolbu r-Regolamenti tal-Procurement.
Leg 12 PQ #8327 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati b'kuntratt indefinit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 111-il impjegat fi ħdan dak li kien il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013. Fil-każijiet kollha, il-kuntratt definit tagħhom sar indefinit b’effett mill-14 ta’ Jannar 2013 skont il-Ftehim mal-Union Ħaddiema Magħqudin. L-ittri ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti ta’ dak li kien il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, u l-impjegati kienu fil-karigi li ġejjin: · Customer Care Official · Dental Surgery Assistant · Diabetes Nurse · EU Funds Manager · Hospital Planning Manager · ICT Applications Officer · Management Information Systems Officer · Manager Medical Illustrations Unit · Manager Ophthalmic Support Services · National EESSI Manager · Nuclear Medicine Nurse · Ocular Prosthetist · Pain Nurse · Practice Development Nurse (Paediatrics) · Practice Development Nurse (Palliative and Community Outreach) · Practice Development Nurse (Psychiatry) · Procurement Manager · Programme Manager (Operations) · Quality Assurance Administrator · Research Officer · Screening Nurse · Senior Principal Health Inspector · Senior Principal Physiotherapist · Senior Principal Speech Therapist · Specialist Dental Hygienist · Specialist Dental Technologist · Specialist Medical Laboratory Technologist · Specialist Occupational Therapist · Specialist Physiotherapist · Specialist Podologist (Diabetes) · Specialist Radiographer Diagnostic · Specialist Speech Therapist · Urology Nurse (Theatre) Dawn l-uffiċjali ġew kollha mogħtija l-istatus ta’ Officer in Scale fl-iskala rispettiva tagħhom, bil-provvediment li jibqgħu jgawdu mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom dment li jibqgħu jagħmlu xogħol relatat ma’ tali kuntratt.