Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri maħruġa miċ-ċensiment li sar fl-2011 li juru kemm kien hemm domanda għar-residenti li hemm ġewwa Għawdex u Kemmuna, kemm minnhom huma Maltin kif ukoll barranin maqsuma skont l-etajiet, kemm hemm minnhom għandhom ID card bil-(M) u kemm minnhom għandhom ID card bil-(G), kemm minn dawn jaqgħu taħt old dependency age? Kemm minn dawn il-persuni jgħixu għal rashom, kemm hemm minnhom jgħixu ma’ xi qarib jew qraba tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqoqsija lil Ministeru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati fl-armata? kemm suldati ġew involuti f'attività barra l-pajjiż f'dawn l-aħħar ħames snin u f'liema pajjiżi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Hemm elf ħames mija u disgħa u tletin (1,539) suldat u tmenin (80) rekluta fil-Forzi Armati ta’ Malta. Sitt mija u tmienja u sittin (668) suldat kienu involuti f'attività barra l-pajjiż f'dawn l-aħħar ħames snin, din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid hekk hux minnu li se jkun hemm Director of Studies fi ħdan l-Akkademja tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Permanenti fi hdan il-Ministeru għamel talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex tinħoloq vakanza fil-pożizzjoni ta’ Direttur li jkun ikopri, fost doveri oħra, l-istudji fi ħdan l-Akkademja tal-Pulizija, liema talba ġiet approvata. Issa jmiss li toħroġ is-sejħa permezz ta’ ċirkolari min-naħa tal-Uffiċju tal-Prim Ministru biex issir l-għażla.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Director of Studies il-ġdid hux se jkun impjegat full-time mal-Akkademja tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-pożizzjoni ta’ direttur li jkun responsabli, fost affarijiet oħra, tal-Akkademja tal-Pulizja, se tkun fuq bazi full-time.
Peress li l-Amministrazzjoni ta’ qabel kienet għaddiet l-indiċijiet tal-atti notarili kollha li kienu jeżistu fir-Reġistru Pubbliku lil ditta privata biex jiġu diġitalizzati, liema indiċijiet qatt ma reġgħu lura Għawdex, u peress li dawn l-indiċijiet issa kollha huma diġitalizzati, jista’ l-Ministru jgħid huwiex possibbli li dawn jerġgħu jittieħdu lura Għawdex fejn kienu għal dawn l-aħħar mijiet għas-snin ħalli min ikun jinteressah jkun jista’ jikkonsultahom fil-post oriġinali tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tiġi eżaminata din il-possibiltà.
Il-Qawra – Triq is-Sajjied – rapporti ta’ atti kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed tieħu l-Pulizija fuq rapporti ta’ atti kriminali li saru ripetutament fi Triq is-Sajjied, il-Qawra? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn minkejja dawn ir-rapporti, ir-residenti ta’ din it-triq qatt ma raw pulizija tant li spiċċaw jaqtgħu qalbhom mill-ġustizzja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi il-Pulizija dejjem investigat u aġġixxiet fuq kull rapport li kellha, kemm dawk ta’ natura kriminali kif ukoll oħrajn, fi Triq is-Sajjied, il-Qawra. Jirriżulta ukoll illi l-pulizija tagħmel ronda b’mod regolari fl-istess triq.
Jista’ l-Ministru jgħid kull sena bejn is-snin 2004-2012, kemm persuni kisbu ċ-ċittadinanza Maltija li qabel kienu ċittadini ta’ pajjiżi oħra, inkluż dawk li kisbu dual citizenship?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-emendi li saru fl-2000 fil-leġislazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Maltija, persuna li takkwista ċittadinanza Maltija tista' iżżomm kull ċittadinanza jew ċittadinanzi li hi jkollha. Għalhekk hu possibbli li dawk il-persuni kollha li akkwistaw iċ-ċittadinanza fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant jistgħu jgawdu minn "dual" jew "multiple citizenship".
In-numru ta' persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni jew b'naturalizzazzjoni sena b'sena matul il-perjodu 2004-2012 hu kif jidher hawn taħt:
2004 - 584
2005 - 562
2006 - 474
2007 - 553
2008 - 646
2009 - 819
2010 - 944
2011 - 1081
2012 – 1142
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġew elevati snieter, ġurnata b'ġurnata, bejn it-13 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta' Mejju 2013, u kif dawn kienu maqsuma bejn Malta u Għawdex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ingħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2009 sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 402 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 300 persuna kellhom il-każ tagħhom deċiż u nstabu ħatja. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation, libertà kondizzjonata, multa u twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea għall-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-lum? Kif kienu maqsuma dawn il-fondi, jekk kien hemm fondi, sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onrevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 1850 li kienet imwieġba lill-Onor. Azzopardi ftit aktar minn xahar ilu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' serq minn ġewwa:
a) residenzi;
b) vetturi; u
ċ) stabbilimenti kummerċjali,
bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Mejju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Mejju ta’ din is-sena ġew rapportati lill-pulizija 334 serqa minn residenzi, 651 minn vetturi u 226 -il serqa minn stabbilimenti kummerċjali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2206, jista’ l-Ministru jindika kemm hemm professjonisti (bħal psikjatra, psikologu, social worker, eċċ.) li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? X’għandhom jagħmlu l-priġunieri/l-qraba tagħhom biex jirċievu s-servizzi ta’ dawn il-professjonisti biex jgħinuhom fir-riabilitazzjoni tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm jagħtu s-servizzi professjonali tagħhom żewġ psikjatri, żewġ psikoloġi u żewġ social workers.
Priġunieri, jistgħu jitolbu huma stess appuntament u/jew jistgħu jiġu wkoll referuti mit-tobba li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-klinika li hemm fil-Faċilità.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fi ftit ġimgħat oħra l-Maġġuri li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jiġu promossi għal grad ta’ Kurunell fl-Armata? Jista’ l-Ministru jikkonferma wkoll li diġà kien hemm diskussjonijiet interni fi ħdan il-Ministeru tiegħu fuq liema minn dawn it-tlieta se jkun il-Brigadier il-ġdid tal-Forzi Armati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-tliet maġġuri ġew promossi għall-Kurunelli. Meta tittieħed id-deċiżjoni fuq il-Brigadier il-ġdid , din titħabbar, kif inhi n-norma li jiġu mħabbra ħatriet bħal dawn.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għal diversi ġimgħat ma kienx hemm pulizija jiddirieġi t-traffiku fil-Marsa (ħdejn l-iStamperija tal-Gvern) u f’postijiet oħra viċin waqt ir-rush hour ta’ filgħodu? Jista’ jgħid jekk din kinitx deċiżjoni li ttieħdet bħala miżura ta’ cost cutting?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li qed ikun hemm pulizija tat-traffiku fl-intersection fejn l-istamperija tal-gvern fuq bażi regolari ħlief għal meta l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux jippermettu. Dan il-gvern sab lill-Korp tal-Pulizija nieqes minn hafna rizorsi umani. Ovvjament ittieħdet azzjoni immedjata billi ftaħna sejħiet kif kien meħtieġ.