Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu previst li jdumu x-xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ f'dik il-karreġġjata li tagħti minn De Rohan Gate sa l-iskola ta' St Dorothy's? Jista' il-Ministru jgħid ukoll meta huwa previst li tinfetaħ għat-traffiku dik il-parti ta' Imdina Road li tagħti mill-iskola ta' St Dorothy's fid-direzzjoni tar-Rabat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħlijiet li qed isiru fi Mdina Road, preċiżament fil-karreggjata li tagħti minn De Rohan Gate għal St. Dorothy’s School mistennija jitlestew sa nofs Lulju 2005. Il-parti tat-triq ta’ Mdina Road minn St. Dorothy’s School direzzjoni lejn ir-Rabat, u cioe' sal-junction magħrufa bħala ‘Ta’ Srina’ mistennija tinfetaħ sal-aħħar ta’ Marzu 2005 .

Ħaż-Żebbuġ — Devjazzjoni tat-Traffiku

Question

In vista tad-devjazzjoni fit-traffiku minn fejn l-iskola ta' St Dorothy's Ħaż-Żebbuġ għal ġo Triq Michelanġ Sapiano, Triq il-Kbira, Misraħ San Filep, Triq Sciortino u Vjal il-Ħelsien li daħlet fis-seħħ mit-Tnejn 21 ta' Frar 2005, jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt tat-traffiku fuq iċ-ċentru ta' Ħaż-Żebbuġ minħabba dan it-tibdil? Jaf il-Ministru li għal ħinijiet twal dawn it-toroq qegħdin ikunu mimlijin bil-vetturi li qegħdin joħolqu konġestjoni a detriment tar-residenti ta' Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minħabba n-natura tax-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fi Triq Mdina bejn l-iskola ta’ St Dorothy sal-Mina ta’ De Rohan, it-triq ma tippermettix li t-traffiku jibqa' għaddej minn żewġ direzzjonijiet. Għaldaqstant, wara ġiet analizzata s-sitwazzjoni tat-traffiku li ġej mid-direzzjonijiet opposti fi Triq Mdina, u fuq qbil mall-Kunsill Lokali Żebbuġ, ġie miftiehem li: · Ir-rotta alternattiva għall-vetturi li ġejjin minn Ħ'Attard kienet aktar adekwata mir-rotta alternattiva għal vetturi li ġejjin minn Ħal Qormi. · Minħabba li d-distribution pattern ta’ vetturi li joriġinaw minn Ħ’Attard hija aktar mifruxa, għalhekk l-impatt fuq iċ-Ċentru ta’ Ħaż-Żebbuġ kienet ser tkun inqas ta’ inkonvenjent. Saret ukoll spezzjoni fiċ-Ċentru ta’ Ħaż-Żebbuġ sabiex ikun assigurat li t-traffiku jimxi bl-aktar mod effiċjenti.

Vetturi — K u Y plate

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi li għandhom K u Y plate? Jista' jaqsamhom skond il-marka u ċ-ċilindraġġ? Jista' jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna jkollha karozza ta' dan it-tip?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li t-total ta' karozzi u motor cycles reġistrati li għandhom K plate huwa 6153 filwaqt li t-total ta' karozzi reġistrati b'Y plate huwa 939. Biex persuna jkollha vettura ta' dan it-tip hija meħtieġa li jkollha public service garage. Vetturi bin-numri ta' reġistrazzjoni bil-K jistgħu jinkrew għal perjodu mhux aktar minn 90 ġurnata filwaqt li l-vetturi bin-numri ta' reġistrazzjoni GY jistgħu jkunu misjuqa biss mill-impjegati tal-Public Service Garage. Barra minn hekk ix-xufier irid jkollu tag li jkun awtorizzata mill-Awtorita dwar it-Trasport. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-vetturi K u GY Plates maqsuma skond il-marka u ċilindraġġ.

ADT — Sejħa ta' CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għas-sejħa ta' CEO ma' l-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jagħti tagħrif dwar il-kwalifiki ta' kull applikant?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi kien hemm tnejn u erbgħin (42) applikazzjoni għas-sejħa ta’ CEO ma’ l-Awtorita dwar it-Trasport. Mit-tnejn u erbgħin (42) applikant tletin (30) kellhom qualifiki terzjarja :- - PhD (Doctor of Philosophy) x 1 - LL. D x 4 - M.Sc. Management x 1 - MBA x 3 - M.A. Human Resources Development x 1 - Degree in Marketing Communications x 1 - B.A. (Gen.) Sociology and Communication Studies x 1 - B. Comm (Hons) x 3 - Bachelor’s degree in Philosophy and Psychology x 1 - B.E&A (Hons) x 2 - Bachelor of Engineering (Hons) x 2 - Degree in Economics & Business Administration x 1 - Bachelor of Arts in Humanities x 1 - M.Ed x 1 - Bachelor of Arts in History x 1 - Bachelor of Communications x 1 - Diploma in Youth and Community Studies x 1 - Diploma in Business Management x 1 - Diploma in Sales Management & Marketing x 1 - Diploma in Logistics & Transport x 1 - Diploma in Auditing x 1 Tnax mill-applikanti kellhom edukazzjoni sekondarja.

Toroq — Xogħol marbut ma' taraġ

Question

Jista' il-Ministru jara x'kien sar minnha t-talba tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sabiex isir xogħol marbut ma' taraġ sabiex jagħmillu d-dħul lejn daru aktar komdu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Informat li d-Direttorat tat-toroq ser jagħmel spezzjoni fil-post imsemmi.

Mrieħel — Triq is-Sebħ - ħofor perikolużi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitranġaw il-ħofor perikolużi li hemm fil-bypass ta' l-Imrieħel fi Triq is-Sebħ eżatt kif taqbeż il-bridge, bejn Triq il-Masġar u Triq San Ġwakkin fid-direzzjoni lejn Ħ'Attard?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet ġew infurmati b'dawn il-ħsarat u x-xogħlijiet ta' patching temporanju ġew imwettqa fil-jiem li għaddew.

Żvilupp Urban u Toroq — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

ADT

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa fuq il-każ - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - peress li din il-persuna li ma tafx tikteb talbet li l-karozza tkun garaged u min imlielu l-karti għamillu to scrap?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li la darba l-applikazzjoni kienet titlob biex tiġi skreppjata l-karozza, l-Awtorita dwar it-Trasport imxiet skond din it-talba. Għalhekk m'huwiex possibli li tiġi revokata id-deċiżjoni u l-vettura ma tkunx tista' terġa' tintuża.

Direttur tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu d-direttur tat-toroq? Meta laħaq u post min ħa? X'inhu s-salarju u benefiċċji oħra li jġorr miegħu dan il-post?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttur tad-Direttorat tal-Network Infrastructure huwa Profs H.Semar. Huwa laħaq f'Awissu 2004 u minn din id-data issostitwixxa lis-Sur Carmel Zammit. Profs Semar huwa impjegat mal-GTZ-Deutsch Gesellschaft fur Technishe Zusammenarbeit Kmbh, Germany (German Agency for Technical Corporation) liema kumpanija għandha kuntratt ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport biex toffri servizzi professjonali. Bħala benefiċċji għandu karozza u użu ta' mobile phone bl-ispejjeż kollha mħallsa.

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' il-Minsitru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10545 u cioe' billi f'laqgħa li d-diriġenti tal-MIDI kellhom mal-Gżira United FC għarrfuhom li l-proġett ta' Manoel Island għandu jibda tard din is-sena, jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra: a) jekk il-Gżira United FCjistgħux ikunu jafu meta se jibda x-xogħol tal-ground il-ġdid fil-proġett ta' Manoel Island, liema ground għandu jkun l-ewwel xogħol tal-proġett? b) Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hemmx ftehim bejn il-gvern u l-MIDI dwar it-titlu tal-ground? c) Jekk il-Gżira United FC jistgħux ikunu jafu jekk hix l-intenzjoni tal-gvern li jsir ftehim mal-Gżira United FC fuq tmexxija u titlu legali tal-ground? d) Jekk il-Gżira United FCjistgħux ikunu jafu li jekk mhix l-intenzjoni li jsir ftehim bejn il-partijiet konċernati, x'inhi l-intenzjoni tal-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Xgħajra — Triq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk xi parti mis-sit li tinsab ix-Xgħajra kif indikat fuq il-pjanta - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - hijiex se ssir triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tintbgħat pjanta aktar ċara peress li dan is-sit ma jistax jiġi determinat eżatt.

Żvilupp Urban u Toroq — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali tal-Ministeru, inkluż id-Dipartimenti u l-entitajiet għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004 tammonta għal Lm33,571.78. Iċ-ċifra ta’ flus li diġa tħallset minn din l-ispiża hija ta’ Lm26,813.92. Fil-preżent l-Awtorita dwar it-Trasport hi responsabbli għall-pagamenti ta’ 42 mobile phones filwaqt li l-Ministeru huwa responsabbli ta’ 9. Jeżistu wkoll 2 linji “on line” ta’ mobile phone. Dan l-ammont huwa l-istess daqs tas-sena l-oħra (2004).
Leg 10 PQ #10638 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Minsitru jagħti listi ta' toroq fit-tieni distrett li se jsiru din is-sena 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Wied il-Qlejgħa — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għar-risposta tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 9765, jista' il-Ministru jagħti tagħrif kif baqgħu l-affarijiet wara l-ispezzjoni tal-periti tad-direttorat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Żurrieq — Triq il-Ġonna

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li Triq Tal-Ġonna fiż-Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ peress illi ilha tistenna ħafna u s-servizzi kollha jinsabu mgħoddija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li d-Direttorat bagħat perit jagħmel spezzjoni fuq it-triq imsemmija. Din it-triq qegħda fil-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru.

Żurrieq — Blue Grotto Avenue

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li s-service road fi Blue Grotto Avenue, fiż-Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ stante li dan ilu mistenni u issa li s-servizzi kollha jinsabu mgħoddija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li d-Direttorat bagħat perit jagħmel spezzjoni fuq it-triq imsemmija. Din it-triq qegħda fil-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru.

San Pawl il-Baħar — Triq Piscopo Macedonia

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinformana meta hemm il-ħsieb li jingħata t-tarmak fi Triq Piscopo Macedonia, San Pawl il-Baħar, speċjalment fl-isteep hill li hemm fit-tarf tat-triq li tiġi għal Triq Raddet ir-Roti, peress li din l-imsemmija triq tinsab fi stat ħażin ħafna u bħalissa hi ta' periklu kemm għan-nies kif ukoll għall-vetturi? Jista' forsi wkoll isir taraġ fil-ġenb ta' l-isteep hill sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jinżlu n-niżla bil-mixi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat tat-toroq ser jagħmel l-ispezzjoni fil-post imsemmi.
Leg 10 PQ #10820 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Żejtun: Triq il-Barrani — Traffic Lights

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10668 u cioe': B'referenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 9437 u t-tweġiba mogħtija fit-3 ta' Diċembru 2004, peress li issa għaddew ħafna aktar minn ħames ġimgħat li matulhom kien mistenni li t-traffic lights jitlestew, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta se jitwaħħlu u jibdew jiffunzjonaw? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm hu stmat li se tqum b'kollox meta jitlesta l-proġett kollu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Rabat — Triq Ħad Dingli - spralli

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jieħu passi biex jekk hu ndikat isiru spralli fi Triq Dingli, fir-Rabat, Malta biex jgħinu fit-tmexxija ta' l-ilma tax-xita li joħloq inkonvenjent meta tagħmel ix-xita?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din it-triq tagħmel parti min network ta' toroq Arterjali u distributorji. Għaldaqstant din it-triq se tifforma parti minn programm ta' rijabilitazzjoni li qed jiġi mhejji għal dawn it-toroq. Il-proposta magħmula tiġi eventwalment kunsidrata meta jkunu qed isiru it-thejjijiet u d-diżinji neċessarji għall-implimentazzjoni tax-xogħlijiet f'din it-triq.

San Ġiljan — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamnetari 10706, peress li bi żball ir-riferenza saret għal Triq il-Knisja, jista' il-Ministru jwieġeb dwar Triq Mensija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.