Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa, sena b'sena mill-2004 sal-2012, f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dar Malta fi Brussell? Jista' jagħti break down ta’ x’kien dan ix-xogħol, sena b’sena? Jista' jagħti rendikont ta’ kemm kien id-dħul, sena b'sena mill-2004 sal-2012, li sar għall-pajjiż permezz ta’ kirjiet ta’ sulari, eċċ. minn Dar Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u d-9 ta' Jannar 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi ma nxtraw u anqas inkrew opri t’arti mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji kif mitlub.
B'referenza għall-miżura li ġiet imħabbra fil-Baġit li għadda dwar rifużjoni tal-VAT ta' karozzi mixtrija bejn l-2004 u l-2008, jista’ l-Ministru jgħid kif se jistabbilixxi min se jibda jieħu r-rifużjoni l-ewwel peress illi din ir-rifużjoni se tingħata fuq perijodu ta' seba’ snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji dwar din l-iskema se jitħabbru dalwaqt.
B'referenza għall-miżura li ġiet imħabbra fil-Baġit li għadda dwar rifużjoni tal-VAT ta' karozzi mixtrija bejn l-2004 u l-2008, jista’ l-Ministru jgħid min se jieħu din ir-rifużjoni f'każ li karozza ġiet mixtrija ħames snin ilu però issa biegħha lil terzi, min kien xtara l-karozza oriġinarjament jew fuq min qiegħda l-karozza llum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji dwar din l-iskema se jitħabbru fi żmien li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ex membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) li għandhom bejn 45 u 61 sena li jieħdu bonus mit-Teżor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2013 kien hemm 545 ex membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin) li għandhom bejn 45 u 61 sena u li kienu intitolati biex jieħdu bonus mit-Teżor.
Ministeru għall-Finanzi — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6140, jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata din il-persuna peress li l-problema tagħha mhix fuq il-pensjoni ġenerali iżda fuq żmien partikolari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi l-pensjoni kienet ġiet mnaqqsa skont kif kienet tgħid l-Ordinanza tal-Pensjonijiet Kap 93. fiż-żmien imsemmi.
Pulizija li spiċċa b’servizz komplut imma ma kellux 55 sena eta’ ried jinforma lit-Teżor jekk ikollu mpjieg u jekk bejn il-pensjoni mhux ikkomutata u l-impjieg li sab wara li rtira, id-dħul tiegħu jaqbiżx is-salarju li kieku baqa’ Pulizija. Id-dħul żejjed jitnaqqas mill-Pensjoni kif fil-fatt ġara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew lill-kaxxa ta’ Malta l-billboards li saru biex jirriklamaw il-miżuri tal-baġit? Jista’ jgħid mingħand min inkrew il-billboards, u għand min sar ix-xogħol tal-produzzjoni u l-istampar? Jista’ jgħid jekk ħarġux sejħiet pubbliċi għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet, u jekk le, għaliex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Finanzi — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2643 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi skema li persuni li ħa jkunu qegħdin jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom jieħdu lura xi ammont ta’ VAT li jkunu ħallsu? Jekk iva, kemm hu dan l-ammont u kif trid tagħmel persuna sabiex tibbenefika minn din l-iskema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru Għall-Finanzi huwa Uffiċjal fi Skala 4.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5877 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u jgħid liema prodotti agrikoli jiġu esportati minn Malta u Għawdex? Kemm kienet il-kwantità kull sena ta’ kull prodott li ġie esportat f’dawn l-aħħar ħames snin? X’tip ta’ u kemm qed tieħu sussidju Malta mill-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6143.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li jingħad li fil-kas tad-Dipartimenti u Entitajiet li ġejjin: Commissioner of Revenue, Contracts, Customs, EPD, FIAU, IRD, Lotto, MFSA, Teżor u VAT ir-risposta hija fin-negattiv.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward ħlas tal-VAT?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ċempel lill-persuna reġistrata sabiex jieħu konjizzjoni tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sal-lum.