Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – Ordni ta’ Ħarsien Temporanju

Question

Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi li ġew irrappurtati nieqsa minn pajjiżhom u li kienu jinsabu f’Marsalforn ma’ ommhom fit-18 ta’ Ġunju 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma d-dati li pprovda fi tweġiba parlamentari 10376 fejn qal li l-Qorti ħarġet ordni temporanju fit-18 ta’ Lulju 2014 li ġiet ikkonfermata fid-19 ta’ Lulju 2014? Meta ġiet infurmata l-Qorti mill-Aġenzija Appoġġ li ż-żewġ minuri li kienu taħt il-kura tagħha b’ordni tal-istess Qorti li huma neqsin minn taħt il-kura tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.

Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – ħruġ mill-pajjiż

Question

Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kkonfermat li dawn it-itfal kienu ħallew pajjiżna mingħajr l-awtorità tal-Aġenzija Appoġġ? Meta kienet infurmata l-Qorti li ż-żewġ minuri kienu ħallew il-pajjiż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.

Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – rapport lill-pulizija mill-Aġenzija Appoġġ

Question

Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-Pulizija dwar l-għajbien/ħtif taż-żewġ minuri? Jista’ jgħid x’informazzjoni għandu dwar x’azzjoni qed tittieħed mill-pulizija wara li t-tfal kienu ħarġu mill-pajjiż mingħajr l-awtorizzazzjoni neċessarja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.

Każ ta' żewġt itfal Ġermaniżi — Aġenzija Appoġġ - Rapport lill-Pulizija

Question

Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista' l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-pulizija dwar l-għibien/ħtif taż-żewġ minuri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.

Għawdex – tfal fostered

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal fostered ma’ familji Għawdxin matul is-sena 2012, 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li: ·Fis-sena 2012 kien hemm 30 tfal fostered ma’ 22 familja f’Għawdex; ·Fis-sena 2013 kien hemm 29 tfal fostered ma’ 22 familja f’Għawdex, ·Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2014 kien hemm 24 tfal fostered ma’ 21 familja f’Għawdex.

Għawdex — adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet minn familji Għawdxin matul is-sena 2012, 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kienx hemm digrieti t’adozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex. Fl-2013 kien hemm digriet wieħed (1) t’addozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex. L-istatistika għall-ewwel sitt xhur tal-2014 għad trid tinġabar.

Il-Qawra – Bini tal-Awtorità tad-Djar bejn Triq Porzjunkola u Triq Frejgatina

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex xi pjan partikolari biex issebbaħ mill-ġdid l-ispazju (bitħa kbira) li hemm bejn il-blokki mibnija mill-istess Awtorità bejn Triq Porzjunkola u Triq il Frejgatina, il-Qawra, San Pawl il-Baħar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa m’hemmx pjanijiet għal tali xogħlijiet fl-inħawi msemmija.

Politika Nazzjonali dwar it-Tfal — Realtajiet li qed jaffaċċjaw itfal

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal, fosthom cyber bullying, imħabbar f’Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju msemmi f’Novembru 2013 kellu jsir mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika flimkien mal-Università. Minħabba li din il-Kummissjoni m’għadhiex taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Politika Nazzjonali dwar it-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u dati tal-proċess tat-tfassil tal-Politika Nazzjonali ġdida dwar it-Tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar sena u nofs saret konsultazzjoni mat-tfal, żgħażagħ u adoloxxenti dwar il-ħatra tal-Kummissrju tat-Tfal u ġie ppubblikat dokument f’Diċembru 2013 bl-isem “A Voice for Your Voice”. F’April 2014 piet ipplubikata strateġija għat-tfal li jkunu taħt ordni ta’ ħarsien bl-isem “The Voice of the Child in Care”. Qiegħda tkompli wkoll ir-reviżjoni ta’ policy ġdida dwar it-tfal.

Politika Nazzjonali dwar it-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx użu mill-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal - u l-proċess ta’ konsultazzjoni dwarha - li kienet tfasslet mill-Gvern preċedenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10644.

Politika Nazzjonali dwar it-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżżid Politika Nazzjonali ġdida dwar it-Tfal fuq dik li kienet diġà tfasslet fis-snin li għaddew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10644.

Studju dwar cyber bullying

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal fosthom cyber bullying, imħabbar f’Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għandu dan il-Ministeru, l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal kien ikkummisjonat mill-Università ta’ Malta.

KNPD – pjanijiet għal tisħiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet biex tissaħħaħ il-Kummissjoni Persuni b’Diżabilità (KNPD) fix-xogħol regolatorju tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern huwa li jsaħħaħ il-KNPD u l-irwol tagħha u bħalissa qegħda ssir l-analiżi meħtieġa.

Aġenzija Sapport – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10333 u jara li jsir kuntatt ma’ dan il-missier li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fuq każ ta’ għajnuna soċjali għal tifel bi bżonnijiet soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10700.

Tnaqqis taċ-Children Allowance – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jindaga għalfejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inqata’ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol u tnaqqsitlu ċ-children allowance suppost massima li jieħu fuq it-tliet ulied tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta persuna tinqata’ mir-reġistrar ma tibqax intitolata għall-Għajnuna Soċjali għall-Qgħad u b’riżultat ta’ hekk, ma jkollhiex dritt għall-ogħla rata tal-Allowance għat-Tfal. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-parti tal-mistoqsija rigward ir-raġuni għalfejn inqata’ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol lill-Ministeru konċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – Ħisma mill-patrijiet kapuċċini

Question

Wara ħidma pastorali ta’ 120 sena mill-patrijiet kapuċċini fir-Residenza San Vinċenz de Paul, u li issa ġew fi tmiemha ftit tax-xhur ilu, jista’ l-Ministru jikkonsidra li xi sala jew grupp ta’ swali jisemmew għall-patrijiet kapuċċini bħala turija ta’ apprezzament għall-ħidma twila li fis-skiet wettqu dawn il-patrijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu se jkunu kkunsidrati.

Sodod ġodda għall-kura fit-tul għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu sodod ġodda għall-kura fit-tul għall-anzjani minn wara l-elezzjoni sal-lum? Jista' jgħid fejn żdiedu dawn is-sodod?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — dħul ta' anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn April 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — dħul ta' Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn April 2014 minn fejn daħlu dawn l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul jekk hux mill-Komunità, Sptar Karen Grech, Djar tal-Anzjani, Sptar Mater Dei jew postijiet oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Dħul fid-Djar Residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani f'kull dar residenzjali minn April 2013 sal-lum? Jista jgħid minn liema lokalità kien kull anzjan/a li daħlet f'dawn id-djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.