Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ suppliers li l-Gvern xtara mingħandhom il-mediċini u għal kull supplier jgħid b’kemm xtara (f’Euro) sena b’sena, bejn 2011 u 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fl-elfejn u ħdax (2011) kien hemm mija, tnejn u ħamsin supplier (152), fis-sena elfejn u tnax (2012) kien hemm mija, tnejn u tletin (132) supplier, filwaqt li fis-sena elfejn u tlettax (2012) kien hemm mija, tlieta u għoxrin supplier (123).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6464, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-migration team tal-Isptar Sir Paul Boffa u jgħid x’remunerazzjoni u benefiċċji għandu/ha kull membru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-migration team ġie assimilat fi ħdan l-Oncology Project Board u huwa magħmul minn dawn il-membri:
Is-Segretarju Parlamentari għas-saħħa (Chairperson)
Is-Segretarju Permanenti tad-Dipartiment tas-Saħħa(Deputy Chairperson)
L-Uffiċjal Mediku ewlieni fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Id-Direttur Ġenerali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha
Id-Direttur Ġenerali tal-finanzi fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Id-Direttur Ġenerali ghar-rizorsi umani fi hdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Id-Direttur b'risponsabilita għal-implimentazzjoni tal-programmi tal-EU fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Il-Kap Ezekuttiv għall-proġetti speċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Il-Kap Ezekuttiv tal-Foundation for Medical Services
Ic-Chairperson Kliniku tal-Ematologija u l-Onkologija
Ic-Chief Operating Officer ta l-Isptar Boffa
Ic-Chief Nursing Manager ta l-Isptar Boffa
Il-membri kollha jagħtu kontribut fuq dan il-board bħala parti mill-qadi tad-dmirijiet regolari tagħhom u għaldaqstant m'humiex imħallsa sabiex jiffurmaw parti minn dan il-board.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6464, jista’ l-Ministru jgħid min hu u x’esperjenza għandu l-kap/chairman tal-migration team tal-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. interpellant għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8486 li fiha id-dettalji kollha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6489, jista’ l-Ministru jgħid għalxiex ma ppubblikax l-ismijiet tal-Konsulenti rispettivi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mhix prassi tad-dipartiment li jippublika l-ismijiet tal-impjegati meta tintalab informazzjoni simili. Qed tiġi segwita din il-linja biex tiġi protetta l-informazzjoni tal- impjegati tad-dipartiment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6509, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull persuna li ġiet ingaġġata f’kull pożizzjoni murija fit-tabella annessa mal-imsemmija mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
M’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru sitt elef, ħames mija u disgħa (6509).
Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra b’kemm persentaġġ naqsu l-emissjonijiet tal-karbonju mill-impjant tal-Enemalta? Jista’ jgħid ukoll kemm sewa lill-Enemalta biex xtrat ċ-ċertifikati neċessarji biex tkun in regola ma’ dak mitlub minnha taħt l-iskema Ewropea tal-emission trading? Jista’ jgħid kemm qed jipproġetta li se jiswa lill-Enemalta biex tibqa’ in regola tul l-erba’ snin li ġejjin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Assistenza lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn – stallazzjoni ta’ dawl
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9157, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jassisti lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn sabiex isiru stallazzjonijiet ta’dawl f’din il-parti mudlama ta’ Triq il-Blajjiet?
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ xogħol li ngħataw għall-ħidma fuq l-Isptar tal-Onkoloġija? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta’ ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. kemm tħallas s’issa;
e. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
f. hemmx xi
dispute
marbuta mal-kuntratt;
g. hemmx xi
delay
fl-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet koperti fil-kuntratt; u
h. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u għaxra (2010) sal-lum ingħataw tnax-il (12) kuntratt għall-ħidma fuq l-Isptar tal-Onkoloġija, li jvarjaw minn xogħol ta’ kostruzzjoni għal installar ta’ apparat. Ma hemm l-ebda dispute marbuta ma’ dawn il-kuntratti.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ catering jew xi forma oħra ta’ outsourcing ta’ servizzi tal-ikel u xorb fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu; u
d. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u sebgħa (2007) sal-lum ingħataw erbgħa (4) kuntratti ta’ catering jew servizzi ta’ ikel u xorb, li jvarjaw minn ikel għall-pazjenti għal vending machines, b’valur totali ta’ seba’ miljuni, tlett mija, tlieta u tletin elf, sitt mija tlieta u tmenin ewro (€7,333,683).
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ security jew xi forma oħra ta’ outsourcing ta’ servizzi ta’ sigurtà fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri, speċifikatament kemm ikopri sigħat;
ċ. il-valur tiegħu;
d. kemm tħallas s’issa u għal kemm-il siegħa ta’ servizz; u
e. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u sebgħa (2007) sal-lum ingħataw erbgħa (4) kuntratti ta’ security, li jkopru l-Isptar Mater Dei, l-Isptar Monte Carmeli, s-Servizzi ta’ saħħa mentali u s-Central Supplies Procurement Unit.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ carers jew xi forma oħra ta’ outsourcing ta’ servizzi ta’ care workers fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta’ ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri, speċifikatament kemm ikopri sigħat;
c. il-valur tiegħu;
d. kemm tħallas s’issa u għal kemm-il siegħa ta’ servizz; u
e. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u disgħa (2009) sal-lum ingħataw tlitt (3) kuntratti ta’ carers, li jkopru l-Isptar Mater Dei, s-Servizzi ta’ saħħa mentali u l-Kura tas-saħħa primarja.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mediċini kollha li ġew approvati mill-Government Formulary List Advisory Committee (GFLAC) minn Marzu 2013 sal-lum u f’kull każ jgħid meta l-mediċina rispettiva ġiet approvata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-mediċini li jiġu rakkomandati mill-Kumitat Konsultattiv tal-Formolarju tal-Gvern (GFLAC), u approvati mill-Kumitat Konsultattiv fuq Benefiċċji għall-Kura tas-Saħħa (ACHCB) ikunu inklużi fil-formolarju tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mediċini kollha li ġew imħassra mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum u f’kull każ jgħid meta l-mediċina rispettiva ġiet imħassra mill-imsemmi formularju?
Jista’ l-Ministru jassigura li qed jittieħdu l-passi neċessarji mill-awtorità konċernata sabiex tiġi kkontrollata l-problema li diversi persuni qed ibatu minnha ta’ ġrieden li qed joħorġu mis-sit abbandunat tal-lukanda Jerma Palace?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-aħħar ilment li rċieva d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali dwar infestazzjoni ta’ ġrieden fis-sit abbandunat imsemmi kien fl-elfejn u ħdax (2011).
Madankollu dan is-sit riċentament intgħażel ma’ żoni oħra biex fihom jitwettqu sensiela ta’ trattamenti kontra l-ġrieden bħala prevenzjoni. L-aħħar trattament sar fit-12 ta’ Mejju u se jibqa’ jinżamm monitoraġġ taż-żona u se jibqgħu wkoll isiru t-trattamenti msemmija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3806 u jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fis-segretarjat tiegħu? X’inhu l-pakkett finanzjarju għal din il-kariga?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-persuna indikata ma taħdimx fis-segretarjat għas-saħħa.
Dokument ta' ftehim fuq provvista ta' gass mal-privat
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2261, ġaladarba hu stess qed jgħid li jeżistu kuntratti kemm b’kundizzjonijiet u anki b’mekkaniżmi differenti, jista’ l-Ministru jqiegħed imqar dokument wieħed fuq il-Mejda tal-Kamra li juri ftehim ta’ prezz fiss għall-għaxar snin? Jaf li din l-interpellanza ilha pendenti mit-30 ta’ Mejju 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali kuntratti jeżistu kemm f’kundizzjonijiet u anki b’mekkaniżmi differenti.